EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0606

Kawża C-606/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fl- 24 ta’ Diċembru 2012 — Dresser Rand SA vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli

ĠU C 101, 6.4.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Genova (l-Italja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Dresser Rand SA vs Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli

(Kawża C-606/12)

2013/C 101/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dresser Rand S.A.

Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Direzione Provinciale Ufficio Controlli

Domandi preliminari

(1)

Tranżazzjoni ta’ trasferiment ta’ merkanzija minn Stat Membru fit-territorju Taljan bil-għan li tiġi vverifikata l-adattabbiltà tal-merkanzija nnifisha għal merkanzija oħra akkwistata fit-territorju nazzjonali, mingħajr ma jkun sar ebda intervent fuq il-merkanzija introdotta fl-Italja, hija attribwibbli għall-kliem “xogħol fuq il-merkanzija” fl-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) u, f’dan ir-rigward, ikun utli li tiġi evalwata n-natura tat-tranżazzjonijiet bejn F.B. ITMI u DR-IT?

(2)

L-Artikolu 17(2)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-leġiżlazzjoni jew lill-prassi tal-Istati Membri l-fakultà li jipprovdu li l-ispedizzjoni jew it-trasport tal-merkanzija jiġu kkunsidrati bħala trasferiment lejn Stat Membru ieħor biss bil-kundizzjoni li l-merkanzija tirritorna fl-Istat Membru li minnu kienet inizjalment intbagħtet jew ġiet ittrasportata?


(1)  ĠU L 347, p. 1


Top