This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0590
Case C-590/12: Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Winsen (Luhe) (Germany) lodged on 17 December 2012 — Andrea Merten v ERGO Lebensversicherung AG
Kawża C-590/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Winsen (Luhe) (il-Ġermanja) fis- 17 ta’ Diċembru 2012 — Andrea Merten vs ERGO Lebensversicherung AG
Kawża C-590/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Winsen (Luhe) (il-Ġermanja) fis- 17 ta’ Diċembru 2012 — Andrea Merten vs ERGO Lebensversicherung AG
ĠU C 46, 16.2.2013, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Winsen (Luhe) (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2012 — Andrea Merten vs ERGO Lebensversicherung AG
(Kawża C-590/12)
2013/C 46/31
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Winsen (Luhe)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Andrea Merten
Konvenuta: ERGO Lebensversicherung AG
Domanda preliminari
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619/KEE (1), ikkunsidrata fid-dawl tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 92/96/KEE (2), fit-test kif jinsab fl-Artikoli 35 u 36 flimkien mal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2002/83/KE (3) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni, bħal dik li tinsab fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 5a(2) tal-liġi Ġermaniża dwar il-kuntratt tal-assigurazzjoni, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mit-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni ta’ direttivi tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej fil-qasam tal-liġi tal-assigurazzjoni, tal-21 ta’ Lulju 1994 (it-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni fid-dritt Ġermaniż dwar il-kontroll tal-impriżi ta’ assigurazzjoni — VAG), li tirrikonoxxi lit-titolari ta’ polza ta’ assigurazzjoni dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni għal mhux iktar minn sena b’effett mill-ħlas tal-ewwel premium tal-assigurazzjoni u dan anki meta dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat dwar id-dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni tiegħu?
(1) Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet intiżi li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (it-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 330, p. 50).
(2) Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 360, p. 1).
(3) Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Novembru 2002, li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, p. 1).