Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0578

    Kawża C-578/12 P: Appell ippreżentat fis- 6 ta’ Diċembru 2012 minn El Corte Inglés, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fis- 27 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-39/10, El Corte Inglés, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    ĠU C 46, 16.2.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/16


    Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2012 minn El Corte Inglés, SA mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) mogħtija fis-27 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-39/10, El Corte Inglés, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    (Kawża C-578/12 P)

    2013/C 46/30

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: El Corte Inglés, SA (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, avukata, J.L. Rivas Zurdo, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Emilio Pucci International BV

    Talbiet tal-appellanti

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-39/10 kollha kemm hi.

    tordna li l-UASI għandu jbati l-ispejjeż sostnuti minn El Corte Inglés, SA.

    tordna li Emilio Pucci International BV għandha tbati l-ispejjeż sostnuti minn El Corte Inglés, SA.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti ssostni li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni [Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1)] bejn it-trade marks preċedenti “EMIDIO TUCCI” u “E. TUCCI” u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kkontestata “PUCCI”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25 u 28, billi pprovat użu ġenwin tat-trade marks Spanjoli kollha tagħha u hemm trade mark waħda (applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3679528) li ma hijiex suġġetta għal dan l-obbligu, filwaqt li hemm xebh li joħloq konfużjoni bejn is-sinjali inkwistjoni. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja 2009 ġew ukoll issodisfati f’din il-kawża, peress li r-reġistrazzjonijiet għal trade mark Komunitarja preċedenti jgawdu minn reputazzjoni fi Spanja fir-rigward ta’ prodotti marbuta mal-moda u l-użu ta’ sinjal li jixxiebah minn terzi jkun ta’ ħsara għal, u jikseb vantaġġ indebitu minn, tali reputazzjoni.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


    Top