Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0543

    Kawża C-543/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fit- 28 ta’ Novembru 2012 — Michal Zeman vs Krajské riaditeľstvo Policajného zboru v Žiline

    ĠU C 63, 2.3.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fit-28 ta’ Novembru 2012 — Michal Zeman vs Krajské riaditeľstvo Policajného zboru v Žiline

    (Kawża C-543/12)

    2013/C 63/14

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Qorti tar-rinviju

    Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti Michal Zeman

    Konvenuta: Krajské riaditeľstvo Policajného zboru v Žiline

    Domandi preliminari

    (1)

    Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva [tal-Kunsill 91/477/KEE, iktar ’il quddiem id-“Direttiva”], tal-Artikolu 3 tagħha, kif ukoll tal-Artikolu 45(1) u tal-Artikolu 52(1) tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    (a)

    jipprekludu Stat Membru milli jadotta leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-għoti ta’ Pass Ewropew tal-armi tan-nar fis-sens tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva lid-detentur ta’ permess għall-ġarr ta’ armi (awtorizzazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-pussess ta’ arma) li ngħata għal finijiet differenti mill-kaċċa jew attivitajiet sportivi u li mill-bqija jippermettilu jippossjedi (kif ukoll iġorr) arma tan-nar li għaliha jkun qiegħed jitlob il-Pass inkwistjoni,

    u dan minkejja l-fatt li:

    (b)

    il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru (ta’ oriġni) tippermetti lil dan id-detentur, anki fin-nuqqas ta’ Pass Ewropew tal-armi tan-nar, li joħroġ tali arma mit-territorju tiegħu lejn territorju ta’ Stat Membru ieħor, sempliċement bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-obbligi fil-qasam ta’ notifika, peress li l-għoti tal-Pass Ewropew tal-armi tan-nar ma jaffettwa bl-ebda mod is-sitwazzjoni ta’ dan id-detentur fil-konfront tal-Istat Membru ta’ oriġni (jiġifieri li jkun biżżejjed li dan id-detentur josserva l-istess obbligi fil-qasam ta’ notifika)?

    (2)

    F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, peress li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ma tippermettix li jingħata lil dan il-pussessur Pass Ewropew tal-armi tan-nar, l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva għandu effett dirett fis-sens li, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, l-Istat Membru għandu jagħti l-Pass inkwistjoni lill-imsemmi detentur?

    (3)

    F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda, l-awtorità kompetenti għandha tinterpreta l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li:

    (a)

    ma tipprojbixxix espliċitament lid-detentur iċċitat iktar ’il fuq milli jikseb Pass Ewropew tal-armi tan-nar, iżda li

    (b)

    tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti tal-Pass Ewropew tal-armi tan-nar unikament fir-rigward tad-detentur ta’ permess għall-ġarr ta’ armi (awtorizzazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-pussess ta’ arma) li jkun ingħata għal finijiet ta’ kaċċa jew sportivi,

    sa fejn hu possibbli fis-sens li l-awtorità kompetenti għandha wkoll tagħti l-Pass Ewropew tal-armi tan-nar lid-detentur ta’ permess għall-ġarr ta’ armi li ma jkunx ingħata għal finijiet ta’ kaċċa jew sportivi, sa fejn dan huwa possibbli grazzi għall-effett indirett tad-Direttiva?


    Top