Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0524

    Kawża C-524/12: Appell ippreżentat fid- 19 ta’ Novembru 2012 minn TeamBank AG Nürnberg mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid- 19 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-220/11 — TeamBank AG Nürnberg vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/33


    Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2012 minn TeamBank AG Nürnberg mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-220/11 — TeamBank AG Nürnberg vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    (Kawża C-524/12)

    2013/C 9/56

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: TeamBank AG Nürnberg (rappreżentant: D. Terheggen, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża T-220/11;

    tilqa’ it-talbiet kollha li saru fl-ewwel istanza, hekk kif mitluba fir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali fit-18 ta’ April 2011.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), meta kkunsidrat li hemm riskju ta’ konfużjoni bejn is-sinjali figurattivi “f@ir Credit” u “FERCREDIT”.

    Kuntrarjament għall-opinjoni tal-Qorti Ġenerali, hemm differenza viżiva evidenti bejn l-impressjoni ġenerali taż-żewġ sinjali. Barra minn hekk, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li s-sinjali inkwistjoni jirrigwardaw servizzi finanzjarji li għandhom normalment konsegwenzi serji ta’ natura finanzjarja għall-utenti tagħhom. Konsegwentement, wieħed għandu jitlaq mill-prinċipju li l-konsumatur medju jeżamina bir-reqqa u ferm probabbilment jirrikonoxxi d-differenzi eżistenti bejn dawn is-sinjali. Dan il-fatt madankollu ma ġiex indirizzat b’mod adegwat mill-Qorti Ġenerali.

    Permezz ta’ evalwazzjoni korretta ta’ din iċ-ċirkustanza, kif ukoll tad-differenzi fl-impressjoni ġenerali taż-żewġ sinjali, wieħed jasal għar-riżultat li ma hemm l-ebda xebh rilevanti bejn iż-żewġ sinjali.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top