Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0508

    Kawża C-508/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fid- 9 ta’ Novembru 2012 — Walter Vapenik vs Josef Thurner

    ĠU C 46, 16.2.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fid-9 ta’ Novembru 2012 — Walter Vapenik vs Josef Thurner

    (Kawża C-508/12)

    2013/C 46/22

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesgericht Salzburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Walter Vapenik

    Konvenut: Josef Thurner

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri biss kuntratti bejn impriżi fil-pożizzjoni ta’ kreditur u konsumaturi fil-pożizzjoni ta’ debitur, jew huwa biżżejjed li minn tal-inqas id-debitur ikun konsumatur, b’tali mod li din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal pretensjonijiet li jitressqu minn konsumatur kontra konsumatur ieħor?


    (1)  Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).


    Top