This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0399
Case C-399/12: Action brought on 28 August 2012 — Bundesrepublik Deutschland v Council of the European Union
Kawża C-399/12: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Awwissu 2012 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-399/12: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Awwissu 2012 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 343, 10.11.2012, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/9 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2012 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-399/12)
2012/C 343/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: N. Graf Vitzthum u T. Henze, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2012 (1); |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkontesta id-deċiżjoni tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2012, “li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti riżoluzzjonijiet li għandu jittieħed vot fuqhom fil-qafas tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV)”.
Skont il-Gvern Ġermaniż, din id-deċiżjoni hija vvizzjata minn żball ta’ liġi inkwantu hija bbażata fuq l-Artikolu 218(9) TFUE bħala bażi legali proċedurali. Minn naħa waħda, l-Artikolu 218(9) TFUE jirrigwarda biss l-istabbiliment ta’ pożizzjonijiet tal-Unjoni f’sedi li fihom l-Unjoni hija membru permezz ta’ ftehim internazzjonali. L-Artikolu 218(9) TFUE ma jipprovdi, għall-kuntrarju, ebda applikazzjoni fir-rigward tar-rappreżentanza tal-Istati Membri f’sedi tal-organizzazzjonijiet internazzjonali li fihom huma biss l-Istati Membri li huma membri permezz ta’ trattati internazzjonali. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 218(9) TFUE jirreferi biss għal “atti li jkollhom effetti legali”, jiġifieri atti vinkolanti taħt id-dritt internazzjonali. Ir-riżoluzzjonijiet tal-OIV ma jikkostitwixxux atti legali ta’ din in-natura.
Barra minn hekk, ma jidher li hemm ebda bażi legali proċedurali oħra għad-Deċiżjoni tal-Kunsill.
(1) Dokument tal-Kunsill Nr. 11436/12 “li jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti riżoluzzjonijiet li għandu jittieħed vot fuqhom, fil-qafas tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV)”.