This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0374
Case C-374/12: Reference for a preliminary ruling from the Varhoven administrativen sad (Bulgaria) lodged on 6 August 2012 — Valimar OOD v Nachalnik na Mitnitsa — Varna
Kawża C-374/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis- 6 ta’ Awwissu 2012 — Valimar OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna
Kawża C-374/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis- 6 ta’ Awwissu 2012 — Valimar OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna
ĠU C 311, 13.10.2012, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Awwissu 2012 — Valimar OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Varna
(Kawża C-374/12)
2012/C 311/07
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valimar OOD
Konvenut: Nachalnikna Mitnitsa Varna
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 11(9) u l-ewwel frażi tal-Artikolu 11(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1), (illum ir-Regolament Nru 1225/2009 (2)) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) għandhom jiġu interpretati, flimkien mal-Artikolu 2(8) u (9) tiegħu, fis-sens li, peress li ma ntweriex li ċ-ċirkustanzi nbidlu fis-sens tal-Artikolu 11(9), dawn id-dispożizzjonijiet jieħdu preċedenża fuq is-setgħa kollha tal-istituzzjonijiet li tista’ tirriżulta mill-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni, inkluż — pereżempju fil-każ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007 (3) — tal-awtorizzazzjoni taċita għall-istituzzjonijiet sabiex jevalwaw iċ-ċertezza futura tal-prezzijiet għall-esportazzjoni ta’ Severstal-Metiz meta dawn il-prezzijiet jiġu pparagunati mal-prezzijiet minimi li jirriżultaw mill-impenn li jittieħed dwar il-prezz, kif ukoll tal-prezzjijiet ipprattikati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi? Ir-risposta għal din id-domanda hija influwenzata mill-fatt li, bħal fil-każ ta’ Severstal-Metiz u tar-Regolament (KE) Nru 1279/2007, l-istituzzjonijiet — meta jeżerċitaw il-prerogattivi ta’ evalwazzjoni tagħhom tat-tul tat-tibdil taċ-ċirkustanzi relatati mal-eżistenza tad-dumping, konformement mal-Artikolu 11(3) — jiddeċiedu li jbiddlu l-miżura antidumping (billi jnaqqsu r-rata tad-dazju antidumping)? |
(2) |
Mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li — fiċ-ċirkustanzi msemmija mill-parti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/20074 dwar id-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni ta’ Severstal-Metiz u fid-dawl tal-fatt li dan ir-regolament ma jikkonstatax espressament tibdil fis-sens tal-Artikolu 11(9), li jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ metodu ġdid — il-Kummissjoni jmissha applikat, sabiex tiddetermina l-prezzijiet għall-esportazzjoni, l-istess metodu li kien ġie applikat waqt l-eżami inizjali, jiġifieri l-metodu msemmi fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku? |
(3) |
Fid-dawl tar-risposti mogħtija għall-ewwel u għat-tieni domanda: għall-parti tagħha li tikkonċerna l-istituzzjoni u impożizzjoni ta’ miżuri antidumping individwali għall-importazzjoni ta’ ħbula u ta’ kejbils tal-azzar iffabbrikati mill-kumpannija Severstal-Metiz, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007 ġie adottat bi ksur tal-Artikolu 11(9) u (10) tar-Regolament bażiku, flimkien mal-Artikolu 2(8) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri skont bażi legali invalida, li f’dan il-każ għandu jiġi ddikjarat bħala null għal din il-parti? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007, tat-30 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni tar-Russja u li jirrevoka miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja u mit-Turkija (ĠU L 285, p. 1).