This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0364
Case C-364/12: Reference for a preliminary ruling from the Audiencia Provincial de Barcelona (Spain), lodged on 1 August 2012 — Miguel Fradera Torredemer and Others v Corporación Uniland, S.A.
Kawża C-364/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl- 1 ta’ Awwissu 2012 — Miguel Fradera Torredemer et vs Corporación Uniland, S.A.
Kawża C-364/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl- 1 ta’ Awwissu 2012 — Miguel Fradera Torredemer et vs Corporación Uniland, S.A.
ĠU C 303, 6.10.2012, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Miguel Fradera Torredemer et vs Corporación Uniland, S.A.
(Kawża C-364/12)
2012/C 303/30
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Miguel Fradera Torredemer, María Teresa Torredemer Marcet, Enrique Fradera Ohlsen u Alicia Fradera Torredemer
Konvenuta: Corporación Uniland, S.A.
Domandi preliminari
(1) |
Leġiżlazzjoni bħad-Digriet Irjali 1373/2003, tas-7 ta’ Novembru 2003, li jistabbilixxi l-iskala tal-onorarji tal-prokuraturi legali, leġiżlazzjoni li tissuġġetta l-ħlas tagħhom għal skala tal-onorarji minima li tista’ tiżdied jew titnaqqas biss bi 12 %, hija kompatibbli mal-Artikolu 101 TFUE (li kien l-Artikolu 81 tat-Trattat KE, moqri flimkien mal-Artikolu 10 tiegħu) u mal-Artikolu 4(3) TUE meta l-awtoritajiet tal-Istat Membru, inkluż il-qrati tiegħu, ma għandhomx il-possibbiltà effettiva li jidderogaw mit-tariffi minimi stabbiliti mill-iskala tal-onorarji legali f’każ ta’ ċirkustanzi straordinarji? |
(2) |
Sabiex tkun tista’ ssir deroga mill-onorarji minimi previsti mill-iskala tal-onorarji kkontestata, sproporzjon sinjifikattiv bejn ix-xogħol effettivament imwettaq mill-prokuratur legali u l-ammont tal-onorarji pagabbli skont din l-iskala jista’ jitqies bħala ċirkustanza straordinarja? |
(3) |
Id-Digriet Irjali 1373/2003, tas-7 ta’ Novembru 2003, li jistabbilixxi l-iskala tal-onorarji tal-prokuraturi legali huwa kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE (li kien l-Artikolu 49 KE)? |
(4) |
Din il-leġiżlazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123/KE (1)? |
(5) |
Id-dritt għal smigħ xieraq stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jinkludi d-dritt li wieħed jikkontesta effettivament l-onorarji tal-prokuratur legali meta dawn ikunu sproporzjonalment għolja u ma jikkorrispondux max-xogħol effettivament imwettaq? |
(6) |
F’każ ta’ risposta affermattiva: id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Spanjol li jipprekludu lill-parti kkundannata għall-ispejjeż milli tikkontesta l-ammont tal-onorarji tal-prokuratur legali meta hija tqis li dawn huma eċċessivi u ma jikkorrispondux max-xogħol effettivament imwettaq huma konformi mal-Artikolu 6 tal-Konvenżjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? |
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, ĠU L 376, p. 36.