Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0355

    Kawża C-355/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fis- 26 ta’ Lulju 2012 — Nintendo Co., Ltd et vs PC Box Srl u 9Net Srl

    ĠU C 295, 29.9.2012, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 295/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fis-26 ta’ Lulju 2012 — Nintendo Co., Ltd et vs PC Box Srl u 9Net Srl

    (Kawża C-355/12)

    2012/C 295/41

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Milano

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Nintendo Co., Ltd, Nintendo of America Inc., Nintendo of Europe GmbH

    Konvenuti: PC Box Srl u 9Net Srl

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29/KE (1), eżaminat b’mod partikolari fid-dawl tal-premessa 48 tal-preambolu tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tal-miżuri teknoloġiċi ta’ protezzjoni għal xogħlijiet jew oġġetti protetti bid-drittijiet tal-awtur tista’ tiġi estiża għal sistema mmanifatturata u kkumerċjalizzata mill-istess impriża, f’liema sistema l-hardware għandu strument li kapaċi jirrikonoxxi, fuq l-apparat separat li fih jinsab ix-xogħol protett (logħba elettronika mmanifatturata mill-istess impriża kif ukoll minn terzi, li huma proprjetarji tax-xogħol protett), kodiċi ta’ rikonoxximent li mingħajru dan ix-xogħol ma jistax jiġi vviżwalizzat u użat fil-kuntest ta’ din is-sistema, li għaldaqstant teskludi, flimkien mal-apparat li jagħmel parti minnha, kull interoperabbiltà ma’ apparati u prodotti kumplementari li ma humiex ġejjin mill-impriża li timmanifattura s-sistema stess?

    (2)

    Meta niġu għall-evalwazzjoni ta’ jekk l-użu ta’ prodott jew ta’ komponent li l-għan tiegħu huwa li jevita l-miżura teknoloġika ta’ protezzjoni għandux ikollu prevalenza jew le fuq għanijiet jew użi kummerċjalment rilevanti oħra, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29/KE, eżaminat b’mod partikolari fid-dawl tal-premessa 48 tal-preambolu tagħha, jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali għandha tirrikorri għal kriterji ta’ evalwazzjoni li jagħtu prominenza lill-użu partikolari assenjat mill-proprjetarji tad-drittijiet lill-prodott li fih jinsab il-kontenut protett jew, b’mod alternattiv jew b’mod addizzjonali, tirrikorri għal kriterji kwantitattivi bbażati fuq l-importanza tal-użi pparagunati jew għal kriterji kwalitattivi bbażati fuq in-natura u l-importanza tal-użi stess?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 14, p. 230.


    Top