Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0351

Kawża C-351/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Plzni (ir-Repubblika Ċeka) fl- 24 ta’ Lulju 2012 — Ochranný svaz autorský pro práva k dílům hudebním, o.s. (OSA) vs Léčebné lázně Mariánské Lázně, a.s.

ĠU C 295, 29.9.2012, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Plzni (ir-Repubblika Ċeka) fl-24 ta’ Lulju 2012 — Ochranný svaz autorský pro práva k dílům hudebním, o.s. (OSA) vs Léčebné lázně Mariánské Lázně, a.s.

(Kawża C-351/12)

2012/C 295/38

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Plzni

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ochranný svaz autorský pro práva k dílům hudebním, o.s. (OSA)

Konvenuta: Léčebné lázně Mariánské Lázně, a.s.

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1) għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-eċċezzjoni li ma tippermettix remunerazzjoni għal awturi għall-komunikazzjoni tax-xogħol tagħhom permezz tax-xandir bit-televiżjoni jew bir-radju lill-pazjenti fil-kmamar ta’ stabbiliment termali (spa) li tkun impriża kummerċjali tikser l-Artikolu 3 u l-Artikolu 5 tagħha (Artikolu 5(2)(e), (3)(b) u (5))?

(2)

Il-kontenut ta’ dawn id-dispożizzjonijiet relatati mal-użu tax-xogħol imsemmi iktar ’il fuq fid-direttiva huwa daqshekk inkundizzjonat u suffiċjentement preċiż biex jippermetti lill-korpi ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur ikunu jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati nazzjonali f’kawża bejn individwi jekk l-Istat ma jkun ittraspona korrettament id-direttiva fil-liġi nazzjonali ?

(3)

L-Artikoli 56 et seq kif ukoll l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ara l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2)) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur fit-territorju tal-Istat lil korp wieħed biss (monopolistika) ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur, ma tippermettix lid-destinatarju tas-servizz li jagħżel liberament korp ta’ ġestjoni kollettiva ta’ Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea ?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1 p. 230.

(2)  ĠU L 376, p. 36.


Top