Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0290

Kawża C-290/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fil- 11 ta’ Ġunju 2012 — Oreste Della Rocca vs Poste Italiane SpA

ĠU C 243, 11.8.2012, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fil-11 ta’ Ġunju 2012 — Oreste Della Rocca vs Poste Italiane SpA

(Kawża C-290/12)

2012/C 243/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Oreste Della Rocca

Konvenuta: Poste Italiane SpA

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl b’mod partikolari tal-kunsiderazzjoni magħmula fil-punt 36 tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-15 ta’ Settembru 2010 (Kawża C-386/09, Ġabra p. I-8471), id-Direttiva 1999/70/KE (1), iktar preċiżament il-klawżola 2 tagħha, tirreferi ukoll għar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat bejn il-ħaddiem mqiegħed għad-dispożizzjoni u l-aġenzija ta’ xogħol temporanju jew bejn il-ħaddiem mqiegħed għad-dispożizzjoni u l-persuna li tirrikorri għas-servizzi tiegħu, u, għaldaqstant, dawn ir-relazzjonijiet huma rregolati mid-Direttiva 1999/70/KE?

(2)

Fl-assenza ta’ miżuri restrittivi oħra, dispożizzjoni li tippermetti li tiġi ġġustifikata l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat mal-aġenzija ta’ xogħol temporanju u t-tiġdid tiegħu minħabba raġunijiet ta’ natura teknika jew minħabba raġunijiet li jirrigwardaw eżiġenzi ta’ organizzazzjoni jew ta’ produzzjoni li ma humiex speċifiċi għall-aġenzija u lanqas għar-relazzjoni ta’ xogħol speċifiku għal żmien determinat, iżda jikkostitwixxu raġunijiet ta’ natura ġenerali speċifiċi għall-persuna li tirrikorri għas-servizzi tal-ħaddiem li ma humiex marbuta mar-relazzjoni ta’ xogħol speċifiku, tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-klawżola 5(1)(a) tad-Direttiva 1999/70/KE, jew tista’ tikkostitwixxi mod ta’ kif tiġi evitata l-imsemmija direttiva? Ir-raġunijiet oġġettivi previsti fil-klawżola 5(1)(a) tad-Direttiva 1999/70/KE għandhom ikunu stabbiliti bil-miktub u jikkonċernaw ir-relazzjoni ta’ xogħol speċifiku għal żmien determinat u t-tiġdid tiegħu u, għaldaqstant, ir-referenza għar-raġunijiet oġġettivi ta’ natura ġenerali li ġġustifikaw il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema tissodisfa l-klawżola 5(1)(a)?

(3)

Il-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE tipprekludi li terz, f’dan il-każ il-persuna li tirrikorri għas-servizzi tal-ħaddiem, jinżamm responsabbli għall-konsegwenzi tal-abbuż?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368


Top