Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0283

Kawża C-283/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad-Varna (il-Bulgarija) fis- 6 ta’ Ġunju 2012 — Serebryanniy vek EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

ĠU C 243, 11.8.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad-Varna (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Ġunju 2012 — Serebryanniy vek EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-283/12)

2012/C 243/16

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad-Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Serebryanniy vek EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tista’ tiġi interpretata fis-sens li l-akkwist ta’ attiv intanġibbli inkambju għall-ispejjeż sostnuti għat-titjib ta’ proprjetà mikrija jew mogħtija b’użu jikkostitwixxi l-ħlas tas-servizz ta’ titjib, indipendentement mill-fatt li skont il-kuntratt, il-proprjetarju tal-proprjetà ma huwiex obbligat iħallas remunerazzjoni?

(2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(ċ) u tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, fi kwalunkwe każ, tikkunsidra bħala taxxabbli provvista ta’ servizzi mingħajr ħlas li tikkonsisti fit-titjib ta’ proprjetà mikrija jew mogħtija b’użu? Għall-finijiet tar-risposta għat-tieni domanda, u f’ċirkustanzi bħal dawk tal-proċeduri prinċipali, huwa rilevanti li:

il-fornitur tas-servizz mingħajr ħlas eżerċita d-dritt tiegħu għat-tnaqqis tal-VAT għall-prodotti u s-servizzi użati sabiex isir it-titjib, dritt li, fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-avviż għall-ħlas tat-taxxa rettifikattiv kien għadu ma ġiex irrifjutat lilu, u li:

fil-mument tal-verifika, il-kumpannija tkun għadha ma bdietx tuża l-proprjetà immobbli għal servizzi taxxabbli, iżda l-kuntratti jkunu għadhom ma skadewx?

(3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 62 u 63 tad-Direttiva 2006/112 jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-fatt li jagħti lok għall-ħlas tat-taxxa fuq is-servizz ma jseħħx fid-data tal-provvista tas-servizz (f’dan il-każ, meta jsir it-titjib), iżda fid-data tar-restituzzjoni effettiva tal-attiv li fir-rigward tiegħu jkun sar it-titjib, tat-tmiem tal-kuntratt jew tal-waqfien tal-użu?

(4)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domandi, skont liema regola tat-Titolu VII tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi ddeterminat l-valur taxxabbli tal-VAT, fil-każ fejn is-servizz mingħajr ħlas ma jkunx jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 26 tad-Direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


Top