Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0279

    Kawża C-279/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fl- 4 ta’ Ġunju 2012 — Fish Legal, Emily Shirley vs The Information Commissioner, United Utilities, Yorkshire Water and Southern Water

    ĠU C 250, 18.8.2012, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 250/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Fish Legal, Emily Shirley vs The Information Commissioner, United Utilities, Yorkshire Water and Southern Water

    (Kawża C-279/12)

    2012/C 250/17

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Upper Tribunal (Renju Unit)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Fish Legal, Emily Shirley

    Konvenuti: The Information Commissioner, United Utilities, Yorkshire Water and Southern Water

    Domandi preliminari

    Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2003/4 KE  (1)

    (1)

    Meta jiġi kkunsidrat jekk persuna fiżika jew ġuridika hijiex fost dawk li “jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skond il-liġijiet nazzjonali”, id-dritt u l-analiżi applikabbli huma purament nazzjonali?

    (2)

    Jekk dan ma huwiex il-każ, liema huma l-kriterji tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jew ma jistgħux jintużaw sabiex ikun stabbilit:

    (i)

    jekk il-funzjoni inkwistjoni hijiex, essenzjalment, fost il-funzjonijiet “amministratitvi pubbliċi”;

    (ii)

    jekk id-dritt nazzjonali essenzjalment jagħtix tali funzjoni lil din il-persuna?

    Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/4/KE

    (3)

    Xi jfisser meta persuna tkun “taħt il-kontroll ta’ korp jew persuna li jidħlu fil-(a) jew fil-(b)?” B’mod partikolari, liema huma, in-natura, il-forma u l-livell ta’ kontroll meħtieġa u liema huma l-kriterji li jistgħu jew ma jistgħux jintużaw biex jiġi identifikaw tali kontroll?

    (4)

    “Estensjoni tal-Istat” (fis-sens tal-paragrafu 20 tas-sentenza Foster et vs British Gas plc (Kawża C-188189) hija neċessarjament persuna li taqa’ taħt l-Artikolu 2(2)(c)?

    Artikolu 2(2)(b) u (ċ)

    (5)

    Meta persuna taqa’ taħt waħda minn dawn id-dispożizzjoni fir-rigward ta’ uħud mill-funzjonijiet tagħha, ta’ uħud mir-responsabbiltajiet tagħha, jew ta’ uħud mis-servizzi tagħha, l-obbligi tagħha li tipprovdi informazzjoni ambjentali huma limitati għall-informazzjoni li tirrigwarda l-funzjonijiet, ir-responsabbiltajiet u s-servizi tagħha jew dawn jestendu għall-informazzjoni ambjentali kollha, irrispettivament mill-għan ta’ din l-informazzjoni?


    (1)  Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).


    Top