Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 62012CN0233

    Kawża C-233/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di La Spezia (l-Italja) fl- 14 ta’ Mejju 2012 — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

    ĠU C 217, 21.7.2012, blz. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di La Spezia (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

    (Kawża C-233/12)

    2012/C 217/22

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di La Spezia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Simone Gardella

    Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikoli 20, 45, 48 u 145 sa 147 TFUE u l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li ma tippermettix ħaddiem ta’ Stat Membru jittrasferixxi fis-sistema ta’ pensjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali stabbilita fit-territorju ta’ Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea, fejn jaħdem u fejn jinsab assigurat, id-drittijiet tal-pensjoni li huwa kiseb fis-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat tiegħu, fejn kien assigurat qabel?

    (2)

    Fid-dawl b’mod partikolari tar-risposta għall-ewwel domanda, it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni għandu jiġi reż possibbli anki fin-nuqqas ta’ ftehim speċifiku bejn l-Istat Membru ta’ oriġini tal-ħaddiem jew l-istituzzjoni ta’ pensjoni tiegħu, minn naħa, u l-organizzazzjoni internazzjonali, min-naħa l-oħra?


    Naar boven