Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0209

    Kawża C-209/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgersichtshof (il-Ġermanja) fit- 3 ta’ Mejju 2012 — Walter Endress vs Allianz Lebensverischerungs AG

    ĠU C 200, 7.7.2012, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 200/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgersichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Mejju 2012 — Walter Endress vs Allianz Lebensverischerungs AG

    (Kawża C-209/12)

    2012/C 200/13

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgersichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Walter Endress

    Konvenuta: Allianz Lebensverischerungs AG

    Domanda preliminari

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990 (1), fid-dawl tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni, bħal dik tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 5a(2) tal-liġi Ġermaniża dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mit-tielet liġi ta’ traspożizzjoni tad-direttivi tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej fil-qasam tad-dritt tal-assigurazzjonijiet, tal-21 ta’ Lulju 1994 (it-tielet liġi ta’ traspożizzjoni fil-liġi Ġermaniża dwar il-kontroll ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni — VAG), li tagħti lill-persuna assigurata dritt ta’ rinunzja jew ta’ oppożizzjoni għal perijodu ta’ mhux iktar minn sena, li jibda’ jiddekorri mill-ħlas tal-ewwel primjum ta’ assigurazzjoni, anki jekk dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat bid-dritt tiegħu ta’ rinunzja jew ta’ oppożizzjoni?


    (1)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet intiżi sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (it-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 330, p. 50).

    (2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 360, p. 1).


    Top