This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0195
Case C-195/12: Reference for a preliminary ruling from the Cour Constitutionnelle, Belgium lodged on 26 April 2012 — I.B.V & Cie SA (Industrie du bois de Vielsalm & Cie SA) v Walloon Region
Kawża C-195/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage) (il-Belġju) fis- 26 ta’ April 2012 — I.B.V. & Cie SA (Industrie du bois de Vielsalm & Cie SA) vs Région wallonne
Kawża C-195/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage) (il-Belġju) fis- 26 ta’ April 2012 — I.B.V. & Cie SA (Industrie du bois de Vielsalm & Cie SA) vs Région wallonne
ĠU C 200, 7.7.2012, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage) (il-Belġju) fis-26 ta’ April 2012 — I.B.V. & Cie SA (Industrie du bois de Vielsalm & Cie SA) vs Région wallonne
(Kawża C-195/12)
2012/C 200/12
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle (li kienet Cour d’arbitrage)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: I.B.V. & Cie SA (Industrie du bois de Vielsalm & Cie SA)
Konvenut: Région wallonne
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/42/KEE (1), flimkien, skont il-każ, mal-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku (2) u mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (3), għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza, tal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħala:
|
(2) |
It-tweġiba tkun differenti jekk l-installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni jużaw biss prinċipalment l-injam jew, għall-kuntrarju, l-iskart tal-injam? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 3, p. 3.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121.
(3) ĠU L 140, p. 16.