Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0167

    Kawża C-167/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Employment Tribunal Newcastle upon Tyne (ir-Renju Unit) fit- 3 ta’ April 2012 — C.D. vs S.T.

    ĠU C 194, 30.6.2012, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 194/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Employment Tribunal Newcastle upon Tyne (ir-Renju Unit) fit-3 ta’ April 2012 — C.D. vs S.T.

    (Kawża C-167/12)

    2012/C 194/15

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Employment Tribunal Newcastle upon Tyne

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: C.D.

    Konvenut: S.T.

    Domandi preliminari

    F’kull waħda minn dawn id-domandi:

    (a)

    Il-frażi “omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta’ arranġament ma’ omm surrogata” tirreferi għas-sitwazzjoni fejn l-omm mhux bijoloġika inkwistjoni hija impjegata u ma kinitx hija nnifisha, f’mument rilevanti, tqila, jew weldet it-tarbija inkwistjoni;

    (b)

    Il-frażi “omm surrogata” tirreferi għas-sitwazzjoni fejn mara kienet tqila u weldet tarbija għal omm mhux bijoloġika.

    (1)

    L-Artikolu 1(1) u/jew l-Artikolu 2(ċ) u/jew l-Artikolu 8(1) u/jew l-Artikolu 11(2)(b) Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE (1), jew li qed ireddgħu jipprevedi d-dritt għal leave tal-maternità lil omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta’ arranġament ma’ omm surrogata?

    (2)

    Id-Direttiva 92/85/KEE (iċċitata iktar ’il fuq) tipprevedi dritt għal leave tal-maternità lil omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija fejn din tal-aħħar:

    (a)

    tista’ tredda wara t-twelid u/jew

    (b)

    effettivament tredda wara t-twelid?

    (3)

    Jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 14, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(l)(a) u/jew (b) u/jew l-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE (2), li persuna li timpjega tirrifjuta li tagħti leave tal-maternità lil omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta’ arranġament ma omm surrogata?

    (4)

    Fid-dawl tar-relazzjoni ta’ din l-impjegata mal-omm surrogata tat-tarbija, ikun hemm ksur potenzjali tal-Artikolu 14, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(l)(a) u/jew (b) u/jew l-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE, jekk jiġi miċħud il-leave tal-maternità lil omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta’ arranġament ma’ omm surrogata?

    (5)

    Ikun hemm ksur potenzjali tal-Artikolu 14, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(l)(a) u/jew (b) u/jew l-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE jekk, minħabba r-relazzjoni tal-omm mhux bijoloġika mal-omm surrogata tat-tarbija, l-omm mhux bijoloġika li jkollha tarbija permezz ta’ arranġament ma’ omm surrogata tiġi ssuġġettata għal trattament inqas favorevoli?

    (6)

    Jekk ir-risposta għad-domanda 4 hija fl-affermattiv, l-istatus tal-omm mhux bijoloġika huwa biżżejjed sabiex jintitolaha għad-dritt għal leave tal-maternità abbażi tar-relazzjoni tagħha mal-omm surrogata tat-tarbija?

    (7)

    Jekk ir-risposta għal xi waħda mid-domandi 1, 2, 3 u 4 hija fl-affermattiv:-

    (7.1)

    id-Direttiva 92/85/KEE, fl-aspetti rilevanti tagħha, għandha effett dirett; u

    (7.2)

    id-Direttiva 2006/54/KE, fl-aspetti rilevanti tagħha, għandha effett dirett?


    (1)  Direttiva 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110).

    (2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).


    Top