Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0156

Kawża C-156/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fit- 30 ta’ Marzu 2012 — GREP GmbH

ĠU C 194, 30.6.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fit-30 ta’ Marzu 2012 — GREP GmbH

(Kawża C-156/12)

2012/C 194/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Freistaat Bayern

Konvenuta: GREP GmbH

Intervenjent: Revisor beim Landesgericht Salzburg

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li proċedura għall-infurzar ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru, skont l-Artikoli 38 et seq tar-Regolament (KE) Nru 44/2004 (1), taqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Karta?

(2a)

Jekk iva, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jinkludi d-dritt ta’ eżenzjoni mill-ħlas tal-ispejjeż tal-proċeduri, u b’mod partikolari mid-dritt ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa mal-preżentata ta’ rikors, u/jew onorarji dovuti għall-ksib tal-assistenza ta’ avukat fil-proċedura msemmija fil-punt 1?

(2b)

Dan japplika wkoll għal proċedura għall-infurzar li għandha titwettaq taħt id-dritt nazzjonali, jew minn tal-inqas, għal proċeduri ta’ appell simultanji li jikkonċernaw id-deċiżjoni li tawtorizza l-infurzar, jekk il-qorti tkun iddeċidiet fuq it-talba għall-infurzar u fuq l-awtorizzazzjoni tal-infurzar konġuntament fl-istess digriet?

(3)

Jekk ikun hemm talba għall-għajnuna legali (għajnuna għall-ispejjeż tal-proċeduri) fis-sens indikat hawn fuq, dan jirriżulta minn tal-inqas sussidjarjament mill-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 u/jew mill-Artikolu 6(1) tal-KEDB, meta d-dritt nazzjonali jobbliga lill-partijiet ikunu rrappreżentati minn avukat sabiex jippreżentaw ir-rikors previst?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


Top