EUR-Lex Baza aktów prawnych Unii Europejskiej

Powrót na stronę główną portalu EUR-Lex

Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex

Dokument 62012CN0132

Kawża C-132/12 P: Appell ippreżentat fid- 9 ta’ Marzu 2012 minn Stichting Woonpunt et kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas- 16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-203/10, Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 138, 12.5.2012, str. 7—8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/7


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2012 minn Stichting Woonpunt et kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-203/10, Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-132/12 P)

(2012/C 138/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, li kienet Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen, Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (rappreżentanti: P. Glazener u E. Henny, avukati, u L. Hancher, hoogleraar)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla fl-intier tiegħu jew parzjalment id-digriet [tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-203/10] skont l-aggravji mressqa f’dan l-appell.

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid skont l-evalwazzjoni ġuridika tal-Qorti tal-Ġustizzja.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll għal dawk tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Skont l-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni, evalwat b’mod żbaljat il-fatti rilevanti u ma mmotivatx biżżejjed id-digriet, meta kkunsidrat lill-appellanti bħala l-uniċi benefiċjarji potenzjali tal-iskema ta’ għajnuna adottata mill-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni li, qabel id-Deċiżjoni (1), l-appellanti kienu jibbenefikaw minn miżuri ta’ għajnuna eżistenti li kellhom jiġu emendati minħabba fiha.. Konsegwentement, l-appellanti mhux biss huma benefiċjarji potenzjali tal-miżuri ta’ għajnuna emendati, iżda huma wkoll benefiċjarji effettivi tal-miżuri ta’ għajnuna eżistenti. Bħala benefiċjarji effettivi, huma jirriżultaw ukoll affettwati individwalment mid-deċiżjoni inkwistjoni.

(2)

Skont it-tieni aggravju, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni, evalwat b’mod żbaljat il-fatti rilevanti u ma mmotivatx biżżejjed id-deċiżjoni, meta kkunsidrat li l-appellanti ma jagħmlux parti minn kategorija magħluqa ta’ kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali eżistenti. Sempliċi possibbiltà teorika li grupp partikolari ta’ benefiċjarji ta’ miżura ta’ għajnuna jista’ madankollu jikber ma hijiex biżżejjed sabiex dan il-grupp ma jiġix ikkunsidrat bħala grupp magħluq. Barra minn hekk, il-kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali eżistenti jiffurmaw grupp magħluq, peress li jirriżultaw iktar affettwati mid-Deċiżjoni minn kumpannija ipotetika li tista’ tiġi inkluża wara d-Deċiżjoni bħala kumpannija ta’ akkomodazzjoni soċjali.

(3)

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti jopponu l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-appellanti ma għandhomx interess li tiġi annullata d-Deċiżjoni fir-rigward tal-iskema ta’ għajnuna N 642/2009. Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat id-dritt tal-Unjoni, żbaljat fl-evalwazzjoni tal-fatti u ma mmotivatx biżżejjed id-deċiżjoni tagħha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 — il-Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali.


Góra