Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0122

    Kawża C-122/12 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis- 16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-152/09 — Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    ĠU C 165, 9.6.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 165/10


    Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-152/09 — Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    (Kawża C-122/12 P)

    2012/C 165/17

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: Bernhard Rintisch (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Valfleuri Pâtes alimentaires SA

    Talbiet tal-appellant

    L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tas-Seba’ Awla tal-Qorti Ġenerali (Qorti tal-ewwel istanza) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-152/09;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellant isostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (1) (CMTR) [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (2)] u abbażi ta’ użu ħażin ta’ poter. Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 meta ddeċidiet li l-Bord tal-Appell kien korrett meta ma ħax inkunsiderazzjoni dokumenti u provi prodotti mill-appellant. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Bord legalment irrifjuta li jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu meta naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-dokumenti msemmija iktar ’il fuq.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1, p. 146

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1


    Top