Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0105

    Kawża C-105/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid- 29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs Essent NV u Essent Nederland BV

    ĠU C 151, 26.5.2012, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Frar 2012 — Staat der Nederlanden vs Essent NV u Essent Nederland BV

    (Kawża C-105/12)

    2012/C 151/26

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Staat der Nederlanden

    Konvenuti: Essent NV, Essent Nederland BV

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 345 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “sistema tal-proprjetà fl-Istati Membri” is-sistema tal-projbizzjoni assoluta ta’ privatizzazzjoni inkwistjoni f’din il-kawża, hekk kif stabbilita fid-digriet dwar l-azzjonijiet ta’ operaturi ta’ netwerk, moqri flimkien mal-Artikolu 93 tal-Liġi tal-1998 dwar l-elettriku u l-Artikolu 85 tal-Liġi dwar il-gass, li timplika li l-azzjonijiet f’operatur ta’ netwerk jistgħu jiġu ttrasferiti biss fl-ambitu tal-awtoritajiet pubbliċi?

    (2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu dan bħala konsegwenza li r-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital ma humiex applikabbli għall-projbizzjoni ta’ grupp ta’ kumpanniji, jew tal-inqas li ma hemmx bżonn tiġi eżaminata l-projbizzjoni ta’ grupp ta’ kumpanniji fid-dawl tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital?

    (3)

    L-għanijiet, li huma wkoll dawk tal-Won [liġi dwar l-amministrazzjoni indipendenti tan-netwerks (Wet onafhankelijk netbeheer)], intiżi, permezz tal-ġlieda kontra s-sussidji trażversali fis-sens wiesa’ (inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika), sabiex jiżguraw it-trasparenza fis-suq tal-enerġija u sabiex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huma interessi ekonomiċi puri, jew jistgħu jitqiesu wkoll bħala interessi ta’ natura mhux ekonomika, fis-sens li, f’ċerti ċirkustanzi, huma jistgħu jikkostitwixxu, inkwantu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, ġustifikazzjoni għal restrizzjoni tal-moviment liberu tal-kapital?


    Top