Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0100

    Kawża C-100/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (Italja) fl- 24 ta’ Frar 2012 — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria

    ĠU C 151, 26.5.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (Italja) fl-24 ta’ Frar 2012 — Fastweb SpA vs Azienda Sanitaria Locale di Alessandria

    (Kawża C-100/12)

    2012/C 151/25

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Fastweb SpA

    Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale di Alessandria

    Partijiet oħra fil-proċedura: Telecom Italia S.p.A., Path-net S.p.A.

    Domanda preliminari

    Il-prinċipji ta’ trattament ugwali tal-partijiet, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni fil-kuntratti pubbliċi msemmija fid-Direttiva 89/665/KEE (1) kif ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/66/KE (2) jopponu l-ġurisprudenza kif tirriżulta mid-deċiżjoni tas-seduta plenarja tal-Consiglio di Stato Nru 4 tal-2011, li tistabbilixxi li l-eżami tar-rikors inċidentali li jkun intiż sabiex jikkontesta l-locus standi tar-rikorrent prinċipali billi jikkontesta l-fatt li huwa ġie ammess jipparteċipa fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, għandu neċessarjament isir qabel dak tar-rikors prinċipali u għandu jkun ta’ natura li tinċidi fuq l-eżami tar-rikors prinċipali, anki fil-każ fejn ir-rikorrent prinċipali jkollu interess materjali fil-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura sħiħa tal-għażla u indipendentement mill-għadd ta’ kompetituri li jkunu pparteċipaw, partikolarment fil-każ fejn il-kompetituri rimanenti fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti jkunu tnejn biss (jiġifieri, ir-rikorrent fil-kawża principali u l-entità tal-għażla li tkun ukoll ir-rikorrent inċidentali) fejn kull wieħed minn dawn tal-aħħar jkun qiegħed jitlob l-esklużjoni tal-ieħor minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti minimi sabiex l-offerta tkun ikkunsidrata bħala idonea?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246.

    (2)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 31


    Top