This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0073
Case C-73/12: Reference for a preliminary ruling from the Giudice di Pace di Revere (Italy) lodged on 13 February 2012 — Criminal proceedings against Ahmed Ettaghi
Kawża C-73/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (L-Italja) fil- 13 ta’ Frar 2012 — proċeduri kriminali kontra Ahmed Ettaghi
Kawża C-73/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (L-Italja) fil- 13 ta’ Frar 2012 — proċeduri kriminali kontra Ahmed Ettaghi
ĠU C 118, 21.4.2012, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Giudice di Pace di Revere (L-Italja) fil-13 ta’ Frar 2012 — proċeduri kriminali kontra Ahmed Ettaghi
(Kawża C-73/12)
2012/C 118/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Giudice di Pace di Revere
Parti fil-kawża prinċipali
Ahmed Ettaghi
Domandi preliminari
(1) |
Fid-dawl tal-prinċipji tal-kooperazzjoni leali u tal-effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 4, 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2008/115/KE (1) jipprekludu l-possibbiltà li, saħansitra qabel in-nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni ta’ tkeċċija maħruġa mill-awtorità amministrattiva, ċittadin ta’ pajjiż terz li r-residenza tiegħu titqies illegali mill-Istat Membru jiġi ssanzjonat b’multa ssostitwita, bħala sanzjoni kriminali, b’piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju (“detenzione domiciliare”) minħabba s-sempliċi fatt li dan iċ-ċittadin daħal u baqa’ f’dan l-Istat Membru b’mod illegali? |
(2) |
Fid-dawl tal-prinċipji tal-kooperazzjoni leali u tal-effettività tad-direttivi, l-Artikoli 2, 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE jipprekludu l-possibbiltà li, sussegwentement għall-promulgazzjoni tad-Direttiva, Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni li tipprovdi li ċittadin ta’ pajjiż terz li r-residenza tiegħu titqies illegali mill-Istat Membru għandu jiġi ssanzjonat b’multa ssostitwita, bħala sanzjoni kriminali, bit-tkeċċija eżegwibbli immedjatament mingħajr osservanza tal-proċedura u tad-drittijiet tal-persuni barranin previsti mid-Direttiva? |
(3) |
Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun adottata matul it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ direttiva bil-għan li tiġi evitata jew, fi kwalunkwe każ, limitata, l-applikazzjoni tad-Direttiva, u liema miżuri għandha tieħu l-qorti jekk tikkonstata dan l-għan? |
(1) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98)