Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0019

    Kawża C-19/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis- 16 ta’ Jannar 2012 — Efir OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Plovdiv

    ĠU C 89, 24.3.2012, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Jannar 2012 — Efir OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Plovdiv

    (Kawża C-19/12)

    2012/C 89/22

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Varhoven administrativen sad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Efir OOD

    Konvenut: Direktor na Direktsia „Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto“ Plovdiv

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ avveniment li jagħti lok għall-ħlas tat-taxxa jikkonċerna kemm tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll tranżazzjonijiet eżenti?

    (2)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: dispożizzjoni nazzjonali bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li d-data tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tat-taxxa hija wkoll id-data ta’ meta ssir tranżazzjoni eżenti, hija valida?

    (3)

    L-Artikoli 62 u 63 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, huma direttament applikabbli?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


    Top