Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0012

    Kawża C-12/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid- 9 ta’ Jannar 2012 — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co.

    ĠU C 89, 24.3.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Jannar 2012 — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co.

    (Kawża C-12/12)

    2012/C 89/20

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Colloseum Holding AG

    Konvenuta: Levi Strauss & Co.

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens:

    (1)

    li trade mark, li hija parti minn trade mark kumplessa u li kisbet karattru distintiv bl-użu tat-trade mark kumplessa biss, tista’ tintuża b’mod li tiżgura ż-żamma tad-drittijiet marbuta magħha meta tintuża biss it-trade mark kumplessa;

    (2)

    li trade mark tintuża b’mod li tiżgura ż-żamma tad-drittijiet marbuta magħha, meta tintuża flimkien ma’ trade mark oħra biss, meta l-pubbliku jikkunsidra ż-żewġ trade marks bħala sinjali distintivi indipendenti u, barra minn hekk, meta ż-żewġ trade marks jiġu rreġistrati flimkien bħala trade mark?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE), tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)


    Top