Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CC0063

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Y. Bot, ippreżentati fit-12 ta’ Settembru 2013.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2011/866/UE — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea — Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal — Metodu ta’ aġġustament — Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Klawżola ta’ eċċezzjoni — Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Deterjorament serju u għal għarrieda tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali — Aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal — Deċiżjoni tal-Kunsill — Rifjut li tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni.
    Kawża C‑63/12.
    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea — Regolamenti tal-Persunal — Rikors għal annullament — Komunikazzjoni COM(2011) 829 finali — Proposta COM(2011) 820 finali — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Preżentazzjoni ta’ proposti abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Nuqqas tal-Kummissjoni — Rikors li ma għadx għandu skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni.
    Kawża C‑66/12.
    Il‑Kummissjoni Ewropea vs Il‑Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea — Regolamenti tal-Persunal — Aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Deċiżjoni tal-Kunsill — Rifjut li tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni — Nuqqas li tittieħed azzjoni — Inammissibbiltà.
    Kawża C‑196/12.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2013:547

    KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

    BOT

    ippreżentati fi 12 ta’ Settembru 2013 ( 1 )

    Kawża C‑63/12

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Regolamenti tal-Persunal — Artikoli 64 u 65 — Artikoli 1, 3 u 10 tal-Anness XI — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet kif ukoll tal-koeffiċjenti korrettivi — Proposta għal Regolament li tirrigwarda aġġustament skont il-metodu ‘normali’ — Deċiżjoni tal-Kunsill li ma jadottax il-proposta — Kunċett ta’ ‘att li jista’ jiġi kkontestat’ — Kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni”

    Kawża C‑66/12

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Regolamenti tal-Persunal — Artikoli 64 u 65 — Artikoli 1, 3 u 10 tal-Anness XI — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet kif ukoll tal-koeffiċjenti korrettivi — Proposta għal Regolament li tirrigwarda aġġustament skont il-metodu ‘normali’ — Rikors tal-Kunsill — Deċiżjoni li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja — Regola ta’ maġġoranza applikabbli”

    u

    Kawża C‑196/12

    Il-Kummissjoni Ewropea

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Regolamenti tal-Persunal — Artikoli 64 u 65 — Artikoli 1, 3 u 10 tal-Anness XI — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet kif ukoll tal-koeffiċjenti korrettivi — Proposta għal Regolament li tirrigwarda aġġustament skont il-metodu ‘normali’ — Deċiżjoni tal-Kunsill li ma jadottax il-proposta — Astensjoni”

    Werrej

     

    I – Introduzzjoni

     

    II – Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal

     

    III – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

     

    A – Il-Kawża C‑63/12

     

    B – Il-Kawża C‑66/12

     

    C – Il-Kawża C‑196/12

     

    IV – Ir-rikorsi fil-Kawżi C‑63/12 u C‑196/12

     

    A – Fuq l-ammissibbiltà tar-rikorsi

     

    1. L-osservazzjonijiet tal-parties prinċipali u tal-partijiet intervenjenti

     

    2. L-evalwazzjoni tiegħi

     

    a) L-istħarriġ ġudizzjarju ta’ aġir ta’ rifjut prekluż minn istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni

     

    i) Ir-rikors għal annullament tal-Artikolu 263 TFUE jissanzjona l-azzjoni illegali tal-istituzzjoni

     

    ii) Ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Artikolu 265 TFUE jissanzjona n-nuqqas ta’ azzjoni tal-istituzzjoni

     

    iii) Ir-rifjut li jiġi adottat att għandu jiġi kkontestat permezz tar-rikors għal annullament

     

    b) L-evalwazzjoni tal-aġir tal-Kunsill

     

    B – Fuq il-mertu tar-rikors fil-Kawża C‑63/12

     

    1. L-osservazzjonijiet tal-partijiet prinċipali u tal-partijiet intervenjenti

     

    a) Rimarki preliminari

     

    b) L-argumenti magħmula

     

    i) Il-Kummissjoni

     

    – Ir-rifjut għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet

     

    – Ir-rijfut għal aġġustament tal-koeffiċjenti korrettivi

     

    ii) Il-Parlament

     

    c) L-argumenti għad-difiża

     

    i) Il-Kunsill

     

    – Ir-rifjut għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet

     

    – Ir-rifjut għal aġġustament tal-koeffiċjenti korrettivi

     

    ii) L-Istati Membri

     

    – Ir-Repubblika Ċeka

     

    – Ir-Renju tad-Danimarka

     

    – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

     

    – Ir-Renju ta’ Spanja

     

    – Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

     

    – Ir-Renju Unit

     

    2. L-evalwazzjoni tiegħi

     

    a) Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rwol u s-setgħat rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet

     

    b) Ir-resoluzzjoni tal-kunflitt bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill fuq l-eżistenza ta’ “deterjorament” serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni”

     

    i) L-analiżi tal-kundizzjonijiet għal bidu tal-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal

     

    ii) L-evalwazzjoni tal-mertu tal-motivi għal annullament

     

    – Fuq il-motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter

     

    – Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjoni legali mill-Kunsill, li ma setax iqis lilu nnifsu awtorizzat li ma jadottax il-proposta għal Regolament

     

    – Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni minħabba motivazzjoni insuffiċjenti u żbaljata

     

    V – Ir-rikors fil-Kawża C‑66/12

     

    A – Il-mertu tar-rikors

     

    1. L-osservazzjonijiet tal-partijiet fil-kawża prinċipali u l-intervenjenti.

     

    a) L-Irlanda

     

    b) Ir-Repubblika Franċiża

     

    2. L-evalwazzjoni tiegħi

     

    B – L-ammissibbiltà tar-rikors

     

    1. L-osservazzjonijiet tal-partijiet fil-kawża prinċipali u l-intervenjenti

     

    2. L-evalwazzjoni tiegħi

     

    VI – Fuq l-ispejjeż

     

    VII – Konklużjoni

    I – Introduzzjoni

    1.

    Il-kwistjoni dwar l-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet tal-persunal u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea, li kienet is-suġġett komuni tal-proċeduri fil-Kawżi C-63/12, C‑66/12 u C‑196/12, diġà ġiet eżaminata reċentament mill-Qorti tal-Ġustizzja u tat lok għas-sentenza tal-24 ta’ Novembru 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill ( 2 ), li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja annullat parzjalment ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009 ( 3 ), li kien iffissa perċentwali għall-aġġustament tar-remunerazzjonijiet inqas minn dak propost mill-Kummissjoni Ewropea.

    2.

    L-erba’ domandi magħmula minn dawn it-tliet rikorsi huma ppreżentati madankollu b’mod differenti, li jeżiġi analiżi iktar fil-fond mill-każ preċedenti. Barra minn hekk, tqajmu problemi ġodda u delikati li jirrigwardaw l-ammissibbiltà.

    3.

    Ir-Regolamenti tal-Persunal u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej, u li jwaqqaf miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni ( 4 ), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004 ( 5 ), u bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1080/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010 ( 6 )

    4.

    L-Artikoli 1 u 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal kienu jiddeterminaw, sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-kundizzjonijiet li taħthom ir-remunerazzjonijiet ta’ dawn l-uffiċjali u ta’ impjegati oħra kienu rreveduti, b’mod awtomatiku, kull sena mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq proposta tal-Kummissjoni.

    5.

    L-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunali kien jipprovdi, madankollu, “klawżola ta’ eċċezzjoni” li kienet tippermetti deroga minn dan il-metodu ta’ aġġustament “[j]ekk ikun hemm deterjorament serju u [f’daqqa] fis-sitwazzjoni ekonom[i]ka u soċjali ġewwa l-Unjoni”. F’dan il-każ, kienet il‑Kummissjoni li kellha tippreżenta “proposti xierqa” lill-Kunsill, li jiddeċiedi skont il-proċedura leġiżlattiv ordinarja.

    6.

    Fis-17 ta’ Diċembru 2010, peress li l-Kunsill, ikkonstata li “l-kriżi ekonomika u finanzjarja reċenti li seħħet fl-[Unjoni] u li twassal għal aġġustamenti baġitarji sinjifikattivi u żieda ta’ inċertezza fir-rigward tal-impjieg f’diversi Stati Membri toħloq deterjorament serju u f’daqqa fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ġewwa l-[Unjoni]”, talab lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 241 TFUE, sabiex tippreżentalu, abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI u fid-dawl tad-data oġġettiva pprovduta mill-Kummissjoni, proposti xierqa fil-ħin sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jeżaminawhom u jadottawhom qabel l-aħħar tas-sena 2011 ( 7 ).

    7.

    Peress li fit-13 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat Rapport fuq din il-klawżola ta’ eċċezzjoni ( 8 ) fejn ikkonkludiet li ma kien hemm ebda deterjomanet serju u f’daqqa fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni, il-Kunsill ikkontesta din il-konklużjoni u ddeċieda, fit-28 ta’ Ottubru 2011, b’maġġoranza “enormi” tad-delegazzjonijiet, li jressaq, quddiem il-Kummissjoni, talba ġdida fuq il-bażi tal-Artikolu 241 TFUE. Billi ddikjara li huwa kien “konvint li l-kriżi finanzjarja u ekonomika li qed tiffaċċja attwalment l-[Unjoni] u li wasslet għal aġġustamenti baġitarji sinjifikattivi fil-parti l-kbira tal-Istati Membri tikkostitwixxi deterjorament serju u f’daqqa fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ġewwa l-[Unjoni], il-Kunsill, “[f’]dawn iċ-ċirkustanzi partikolari u eċċezzjonali kif ukoll fid-dawl tad-data oġġettiva li tixhed is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fil-Ħarifa 2011”, talab lill-Kummissjoni sabiex timplementa l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal u sabiex tippreżenta proposta xierqa għall-aġġustament tar-remunerazzjonijiet ( 9 ).

    8.

    Għaldaqstant il-Kummissjoni ppreżentat, fl-24 ta’ Novembru 2011, Komunikazzjoni li tipprovdi informazzjoni supplimentari ( 10 ), li fiha sostniet li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-klawżola ma kinux sodisfatti, u fl-istess ġurnata ppreżentat lill-Kunsill proposta ta’ aġġustament skont l-eżami annwali 2011 ( 11 ), bil-ħsieb, minn naħa, li jkun hemm żieda ta’ 1.7 % fir‑remunerazzjonijiet u fil-pensjonijient, li din ir-rata tirriżulta mill-applikazjzoni purament mekkanika tal-metodu ta’ kalkolu stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal, u, min-naħa l-oħra, li jiġu aġġustati l-koeffiċjenti korrettivi.

    9.

    Peress li r-rifjut tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta skont l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal kien ibbażat fuq raġunijiet insuffiċjenti u żbaljati, il-Kunsill, permezz ta’ “deċiżjoni” tad-19 ta’ Diċembru 2011 ( 12 ), iddeċieda li ma jadottax il-proposta għal Regolament.

    10.

    Fit-3 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni ppreżentat rikors għal annullament kontra dan l-att, irreġistrat taħt in-Numru C‑63/12.

    11.

    Flimkien mal-eżerċizzju ta’ dan ir-rikors għal annullament, il-Kummissjoni, li fil-25 ta’ Jannar 2012 kienet innotifikat, lill-Kunsill, ittra ta’ intimazzjoni, għall-każ fejn l-attitudni ta’ dan tal-aħħar titqies bħala astensjoni ta’ azzjoni li tikkostitwixxi nuqqas li tittieħed azzjoni fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE, ippreżentat, fis-26 ta’ April 2012, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, irreġistrat taħt in-Numru C‑196/12.

    12.

    Min-naħa tiegħu, fit-3 ta’ Frar 2012, il-Kunsill ippreżenta rikors għal annullament u, sussidjarjament, għal nuqqas li tittieħed azzjoni, kemm kontra l-Komunikazzjoni kif ukoll kontra l-proposta għal Regolament, irreġistrat taħt in-Numru C-66/12.

    13.

    Il-Kummissjoni, sostnuta mill-Parlament Ewropew, tqis li l-Kunsill, fil-kuntest tal-proċedura tal-Persunal għall-aġġustament tar-remunerazzjonijiet prevista mir-Regolamenti, kien marbut li jsegwi l-proposta tagħha għal Regolament. Skont il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, il-Kunsill seta’ jeskludi l-applikazzjoni awtomatika tal-metodu ta’ kalkolu previst mir-Regolamenti tal-Persunal bil-għan li tittieħed inkunsiderazzjoni l-kriżi ekonomika u soċjali biss fuq proposta f’dan is-sens tal-Kummissjoni.

    14.

    Għaldaqstant il-Kummissjoni titlob prinċipalment l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li sussidjarjament titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, li tiddikjara li, billi ma adottax il-proposta għal Regolament, il-Kunsill naqas milli jwettaq l-obbligi tieħgu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal.

    15.

    Il-Kunsill, sostnut minn diversi Stati Membri ( 13 ), jikkontesta din it-talba u l-argument li jsostniha. Skont din l-istituzzjoni u dawn l-Istati Membri, ir-Regolamenti tal-Persunal jagħtuh is-setgħa li jirrifjuta l-aġġustament tar-remunerazzjonijeit meta huwa jqis li l-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni huma sodisfatti.

    16.

    Il-Kunsill jitlob, bis-sostenn tal-istess Stati Membri, li magħhom jingħaqdu tlieta oħra ( 14 ), l-annullament tal-Komunikazzjoni sa fejn il-Kummissjoni turi fiha r-rifjut definittiv tagħha li tippreżenta proposti xierqa abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal u dak tal-proposta għal Regolament sussegwenti. Sussidjarjament, huwa jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkonstata, skont l-Artikolu 265 TFUE, ksur tat-Trattati minħabba l-astensjoni tal-Kummissjoni.

    17.

    Għalkemm it-tliet kawżi ma kinux formalment is-suġġett ta’ ordni, l-interindipendenza ta’ dawn ir-rikorsi u n-natura komuni tal-motivi mressqa fuq il-mertu jiġġustifikaw il-preżentazzjoni ta’ konklużjonijiet uniċi.

    18.

    F’dawn il-konklużjonijiet, ser insostni li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat, fatt li jwassalni sabiex nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddikjara, minn naħa, ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-Kummissjoni ammissibbli u, min-naħa l-oħra u konsegwentement, ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentat fl-istess waqt minn din l-istituzzjoni inammissibbli.

    19.

    Jien ser nargumenta wkoll li l-eżistenza ta’ deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni tikkostitwixxi kundizzjoni għall-implementazzjoni tal-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, b’tali mod li l-Kunsill ikollu d-dritt li jirrifjuta l-proposta għal Regolament ibbażata fuq il-“metodu” normali jekk, u biss jekk, din il-kundizzjoni tkun sodisfatta.

    20.

    Jien ser inżid li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill fuq l-eżistenza ta’ tali deterjorament, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiżgura l-osservanza tal-ekwilibriju istituzzjonali billi teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni, limitat għar-riċerka tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.

    21.

    Barra minn hekk, jien ser insostni li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset, fid-dawl tad-data oġġettiva, li l-kriżi li l-Istati Membri kienu ffaċċjati biha fl-2010 ma kinitx tikkostitwixxi ċirkustanza li tawtorizza l-bidu tal-proċedura eċċezzjonali prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

    22.

    Minn dan jien ser niddeduċi li r-rikors għal annullament tal-Kummissjoni għandu jintlaqa’ u li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata.

    23.

    Sa fejn il-fondatezza tar-rikors għal annullament tal-Kummissjoni jipprevali, konsegwentement, fuq in-nuqqas ta’ fondatezza tar-rikors tal-Kunsill, jien ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-ekonomija tal-ġudizzju, li ma tiddeċidix fuq l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors tal-aħħar u li jiġi miċħud fuq il-mertu.

    24.

    Jien ser nikkonkludi, sussidjarjament, favur l-inammissibbiltà tar-rikors tal-Kunsill billi nsostni li d-deċiżjoni li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi adottata b’maġġoranza kkwalifikata prevista fl-Artikolu 16(3) TUE u l-irregolarità tad-deċiżjoni, li l-Kummissjoni għandha d-dritt li tibbaża fuqha, tikkawża l-inammissibbiltà tar-rikors.

    II – Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal

    25.

    Id-dispożizzjonijiet rilevanti huma l-Artikoli 64, 65 u 65a tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-Artikoli 1, 3, 10 u 15 tal-Anness XI tagħhom, bit-titolu “Regoli biex ikunu implimentati l-artikolu 64 u 65 tar-regolamenti tal-persunal”.

    26.

    L-Artikolu 64 tar Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:

    “Ir-remenerazzjoni ta’ uffiċjal espressa f’euro għandha,wara li ttnaqqis ta’ bilfors ippreżentati f’dawn ir-Regolamenti tal-Persunal jew kull regolament ta’ implementazzjoni jkunu saru, tkun peżata bir-rata ’l fuq min, taħt jew daqst [tkun affettwata b’koeffiċjent ta’ korrezzjoni b’rata superjuri, inferjuri jew ugwali għal ] 100 %, skond il-kondizzjonijiet ta’ l-għajxien fil-postijiet varji ta’ mpieg.

    Dawn il-peżati [koeffiċjenti] għandhom ikunu adottati mill-Kunsill, li jaġ[i]xxi fuq maġġoranza kwalifikata [...]”

    27.

    L-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:

    “1.   Il-Kunsill għandu kull sena jirrevedi r-remunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali u mpjegati oħra tal-Unjoni. Din ir-reviżjoni għandha ssir f’Settembru minħabba r-rapport konġunt tal-Kummissjoni bbażat fuq indiċi konġunt ippreparat mill-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal-Unjoni [Eurostat] bi ftehim ma’ l-uffiċċji ta’ l-Istatistika nazzjonali ta’ l-Istati Membri; l-indiċi għandu jirrifletti s-sitwazzjoni fl-1 ta’ Lulju ta’ kull wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni.

    Matul dan l-eżami, il-Kunsill jistudja jekk huwiex xieraq, fil-kuntest tal-politika ekonomika u soċjali tal-Unjoni, li jsir adattament tar-remunerazzjonijiet. B’mod partikolari għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ż-żieda eventwali tar-remunerazzjonijiet bażi pubbliċi u n-neċessitajiet tar-reklutaġġ.

    2.   Fil-każ ta’ bidla sostanzjali fl-għoli tal-ħajja, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, fi żmien xahrejn, x’aġġustamenti għandhom isiru għall-peżati u jekk ikun il-każ japplikawhom b’lura.

    3.   Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni [...]”

    28.

    L-Artikolu 65a tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi li r-regoli għall-implementazzjoni tal-Artikoli 64 u 65 ta’ dawn ir-regolamenti jinsabu fl-Anness XI ta’ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

    29.

    L-Artikolu 1(1) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi li “[g]ħall-iskopijiet tar-reviżjoni pprovduta fl-Artikolu 65(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat għandha kull sena tħejji rapport qabel l-aħħar ta’ Ottubru dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussel, il-partijiet ekonomiċi bejn Brussel u ċerti postijiet fl-Istati Membri, u l-bidliet fil-kapaċità ta’ l-akkwist tas-salarji tas-servizzi nazzjonali taċ-ċivil tal-gvern ċentrali”.

    30.

    L-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi:

    “1.   Taħt l-Artikolu 65(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u fuq il-bażi tal-kriterji ppreżentati fl-Ewwel Taqsima ta’ dan l-Anness, għandu jieħu deċiżjoni qabel l-aħħar ta’ kull sena, u jaġġusta r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet, b’effett mill-1 ta’ Lulju.

    2.   L-ammont ta’ l-aġġustament għandu jinkiseb billi l-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussel ikun immoltiplikat bl-indikatur speċifiku. L-aġġustament għandu jkun f’termini netti bħala persentaġġ uniformi fuqhom kollha.

    [...]

    6.   L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu l-aġġustament li jikkorrospondi posittiv jew negattiv tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali, ta’ dawk li qabel kienu uffiċjali u persuni oħra kkonċernati b’effett b’lura għall-perjodu bejn id-data effettiva u d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar l-aġġustament li jmiss.

    [...]”

    31.

    Il-fatturi li jintużaw għall-kalkolu tal-aġġustament annwali, elenkati fit-Taqsima I tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal huma l-bidliet fl-għoli tal-ħajja, il-partijiet ekonomiċi bjen Brussell u ċerti postijiet fl-Istati Membri, u fl-aħħar nett, il-bidliet fil-kapaċità ta’ akkwist tar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali nazzjonali tal-amministrazzjonijiet tal-Gvern ċentrali fi tmien Stati Membri elenkati fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 1(4)(a) tal-imsemmi anness ( 15 ).

    32.

    L-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, li jikkostitwixxi l-uniku artikolu tal-Kapitolu V tal-imsemmi anness, bit-titolu “Klawżola ta’ eċċezzjoni”, jipprovdi li:

    “Jekk ikun hemm deterjorament serju u [f’daqqa] fis-sitwazzjoni ekonom[i]ka u soċjali ġewwa l-Unjoni, eżaminata fuq bażi ta’ data oġġettiva pprovduta [għal] dan l-iskop mill-Kummissjoni, ta’ l-aħħar għandha tibgħat proposti xierqa li fuqhom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 336 [TFUE]”.

    33.

    Fl-aħħar nett, l-Artikolu 15 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, li jinsab fil-Kapitolu 7 tal-imsemmi anness, bit-titolu “Dispożizzjonijiet finali u l-klawżola tar-reviżjoni”, jipprovdi li:

    “1.   Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom jgħoddu mill-1 ta’ Lulju 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.   Għandhom ikunu riveduti fl-aħħar tar-raba’ sena, b’mod partikolari minħabba l-implikazzjonijiet tagħhom fuq l-estimi. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, fejn ikun il-każ, proposta biex ikun emendat dan l-Anness fuq bażi tal-Artikolu 336 [TFUE]”.

    III – Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

    A – Il-Kawża C‑63/12

    34.

    Il-Kummissjoni ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja t-talba tagħha għal annullament permezz ta’ rikors tas-7 ta’ Frar 2012. Fit-2 ta’ April 2012, il-Kunsill ippreżenta r-risposta tiegħu, fil-11 ta’ Mejju 2012 il-Kummissjoni ppreżentat ir-replika tagħha u fit-2 ta’ Lulju 2012 l-Kunsill ippreżenta l-kontroreplika tiegħu.

    35.

    Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ April 2012, il-Parlament tħalla jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Din l-istituzzjoni ppreżentat in-nota ta’ intervent tagħha fil-11 ta’ Ġunju 2012. Il-Kunsill ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fuq din in-nota. Il-Kummissjoni ppreżenta l-osservazzjonijiet fuq din in-nota fis-27 ta’ Lulju 2012.

    36.

    Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit tħallew jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Lulju 2012.

    37.

    Dawn l-Istati Membri ppreżentaw in-nota ta’ intervent tagħhom, ir-Repubblika Ċeka fid-19 ta’ Settembru 2012, ir-Renju ta’ Spanja fl-20 ta’ Settembru 2012, ir-Renju Unit fl-24 ta’ Settembru 2012 u l-Istati Membri l-oħrajn fil-21 ta’ Settembru 2012.

    38.

    Il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fuq dawn in-noti ta’ intervent fl-4 ta’ Jannar 2013.

    39.

    Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    40.

    Il-Parlament jitlob li jintlaqgħu dawn it-talbiet tal-Kummissjoni.

    41.

    Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiċħad ir-rikors għal annullament bħala inammissibbli;

    sussidjarjament, tiċħad ir-rikors bħala infondat;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    42.

    Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ t-talbiet tal-Kunsill.

    B – Il-Kawża C‑66/12

    43.

    Il-Kunsill ressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja t-talba tiegħu għal annullament permezz ta’ rikors tad-9 ta’ Frar 2012. Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha, fil-11 ta’ Mejju 2012 il-Kunsill ippreżenta r-replika tiegħu u fit-22 ta’ Ġunju l-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika tagħha.

    44.

    Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ April 2012, il-Parlament tħalla jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Huwa ppreżenta n-nota ta’ intervent tiegħu fil-11 ta’ Ġunju 2012. Il-Kunsill ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fuq din in-nota fis-27 ta’ Lulju 2012.

    45.

    Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit tħallew jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Lulju 2012.

    46.

    Ħlief ir-Repubblika tal-Litwanja li ma ppreżentatx in-nota tagħha, dawn l-Istati Membri ppreżentaw in-nota ta’ intervent tagħhom, ir-Repubblika Ċeka fid-19 ta’ Settembru 2012, ir-Renju ta’ Spanja fl-20 ta’ Settembru 2012, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federal tal-Ġermanja kif ukoll ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi fil-21 ta’ Settembru 2012, l-Irlanda fl-24 ta’ Settembru 2012 u r-Repubblika Franċiża fil-25 ta’ Settembru 2012.

    47.

    Il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fuq dawn in-noti ta’ intervent fl-4 ta’ Jannar 2013.

    48.

    Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    prinċipalment, tannulla l-Komunikazzjoni u l-proposta għal Regolament;

    sussidjarjament, tikkonstata ksur tat-Trattati minħabba l-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tippreżenta proposti xierqa lill-Parlament u lill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    49.

    Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju Franċiż, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ t-talbiet tal-Kunsill.

    50.

    Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tiċħad ir-rikors u;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    51.

    Il-Parlament jitlob li jintlaqgħu t-talbiet tal-Kummissjoni.

    C – Il-Kawża C‑196/12

    52.

    Il-Kummissjoni ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja r-rikors tagħha għal nuqqas li tittieħed azzjoni permezz ta’ rikors tas-26 ta’ April 2012. Fit-18 ta’ Ġunju 2012, il-Kunsill ippreżenta r-risposta tiegħu, fit-30 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni ppreżentat ir-replika tagħha u fis-17 ta’ Settembru l-Kunsill ippreżenta l-kontroreplika tiegħu.

    53.

    Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Settembru 2012, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir‑Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit tħallew jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill, filwaqt li l-Parlament tħalla jintervjeni insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.

    54.

    In-nota ta’ intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġiet ippreżentata fis-16 ta’ Ottubru 2012, dik tar-Renju ta’ Spanja fl-24 ta’ Ottubru 2012, dik tar-Renju Unit fl-14 ta’ Novembru 2012 u dawk tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Parlament fis-16 ta’ Novembru 2012.

    55.

    Il-Kummissjoni u l-Kunsill ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq dawn in-noti ta’ intervent fis-16 ta’ Jannar 2013 u fil-21 ta’ Jannar 2013, rispettivament.

    56.

    Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    Tiddikjara li, billi ma adottax il-proposta għal Regolament, il-Kunsill naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, u

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    57.

    Il-Parlament jitlob li jintlaqgħu t-talbiet tal-Kummissjoni.

    58.

    Il-Kunsill jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiċħad ir-rikors u;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż .

    59.

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ t-talbiet tal-Kunsill.

    IV – Ir-rikorsi fil-Kawżi C‑63/12 u C‑196/12

    A – Fuq l-ammissibbiltà tar-rikorsi

    1. L-osservazzjonijiet tal-partijiet prinċipali u tal-partijiet intervenjenti

    60.

    Il-Kunsill isostni li r-rikors għal annullament huwa inammissibbli, għaliex id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex att li tipproduċi effetti legali awtonomi, peress li f’din id-deċiżjoni, la emendat u lanqas ċaħdet b’mod definittiv il-proposta għal Regolament, iżda sempliċement, għal raġuni ta’ trasparenza, tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex ma setgħatx tadotta l-proposta.

    61.

    Il-Kummissjoni tikkontesta din l-analiżi u tipproponi li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ aspetti tal-proposta għal Regolament li l-Kunsill irrifjuta li jadotta.

    62.

    Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni tafferma li r-rikors għal annullament huwa ammissibbli, peress li n-natura deċiżjonali tal-att ikkontestat tirriżulta kemm mill-istrument ġuridiku użat kif ukoll mill-kontenut tiegħu.

    63.

    Għal dak li jikkonċerna l-forma tagħha, il-Kummissjoni tosserva li d-deċiżjoni kkontestata taqa’ taħt atti ġuridiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 288 TFUE, li hija kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea fis-Serje L, iddedikata għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u li hija ssemmi bħala bażi legali r-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari l-Artikolu 65 tagħhom u l-Annessi VII, XI u XIII tagħhom, kif ukoll l-Artikolu 20 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni.

    64.

    Għal dak li jikkonċerna l-mertu tal-att ikkontestat, dan jipproduċi effetti legali awtonomi li ma jistgħux jiġu kkontestati, peress li l-eżitu tad-deċiżjoni kkontestata huwa li ma hemmx aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet, li huma, konsegwentement, iffriżati. Il-Kummissjoni, li tistaqsi kif il-Kunsill jista’ jadotta l-proposta mingħajr ma qabel iħassar id-deċiżjoni li ma tiġix adottata, tqis li d-distinzjoni li l-Kunsill jipprova jistabbilixxi bejn “deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ adozzjoni” u “deċiżjoni ta’ rifjut” ma tibbaża fuq ebda tipoloġija stabbilita.

    65.

    Fit-tieni lok, fir-rigward tal-adozzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi li r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet huma affettwati minnhom, il-Kummissjoni, li tikkonstata li d-deċiżjoni kkontestata ma tinkludi ebda motivazzjoni fuq dan il-punt, tiddeduċi minn dan li għandu jitqies prinċipalment li, anki jekk, formalment, il-Kunsill adotta deċiżjoni ta’ rifjut, l-attitudni tiegħu għandha titqies bħala astensjoni illegali ta’ aġir li tista’ tiġi kkontestata permezz tar-rikors għal annullament.

    66.

    Il-Kunsill, li jirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri kkontestati jikkostitwixxux atti, huwa fuq il-mertu tagħhom li għandu jsir l-iffokar ( 16 ), jirrispondi li t-teżi li tgħid li d-deċiżjoni kkontestata għandha bħala effett l-iffriżar tas-salarji tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni tibbaża fuq il-premessa żbaljata li l-uniku fatt li l-Kummissjoni ppreżentat proposta fuq il-bażi tal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ma huwiex biżżejjed sabiex iwassal għal obbligu inkundizzjonali għall-Kunsill sabiex jaġixxi fuq din il-bażi. Huwa jżid li l-eżistenza ta’ dritt għall-uffiċjali għall-aġġustament propost mill-Kummissjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-Kunsill jiddeċiedi favur l-aġġustament, fatt li jippresupponi għażla bejn żewġ bażijiet legali reċiprokament esklużivi, jiġifieri l-Artikolu 3 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 10 tal-Anness XI tiegħu.

    67.

    Fl-aħħar nett, il-Kunsill josserva li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex definittiva u ma għandha ebda effett fuq l-eżistenza legali tal-proposta għal Regolament, li huwa jista’ fi kwalunkwe mument jadotta mingħajr ma jħassar att preċedenti, permezz tar-regola lex posterior derogat priori.

    68.

    Il-Parlament jadotta l-argumentazzjoni tal-Kummissjoni. Huwa jsostni li d-distinzjoni magħmula mill-Kunsill bejn deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ adozzjoni u deċiżjoni ta’ rifjut għandha titqies bħala artifiċjali u li huwa importanti li jittieħed inkunsiderazzjoni, waqt l-evalwazzjoni tan-natura tad-deċiżjoni, il-fatt li hija tikkostitwixxi r-risposta tal-Kunsill għal obbligu li jiġu aġġustati r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet “qabel l-aħħar ta’ kull sena” u għall-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni f’dan il-kuntest.

    69.

    L-Istati Membri intervenjenti jsostnu l-pożizzjoni tal-Kunsill, li tirreferi għall-argumenti mressqa minnu. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja żżid li d-deċiżjoni kkontestata ma tipproduċix effetti legali peress li hija ma tagħlaq ebda proċedura, u lanqas trendi l-proposta għal Regolament mingħajr skop. Din id-deċiżjoni tirrappreżenta biss stadju intermedjarju fil-proċedura mnieda mill-Kummissjoni bil-għan li jiġi ddeterminat l-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet, proċedura li ser tingħalaq biss meta l-Kunsill ikun adotta Regolament li jaġġusta r-remunerazzjonijiet b’effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2011.

    2. L-evalwazzjoni tiegħi

    70.

    Kif ser nuri, dan huwa rikors li għandu jiġi eżerċitat kontra d-deċiżjoni kkontestata, fiż-żewġ aspetti tiegħu, huwa rikors għal annullament u mhux rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni,.

    71.

    Ir-rikors għal annullament u r-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni ppreżentati mill-Kummissjoni għandhom, fir-realtà, għan wieħed li huwa l-istess, peress li huma intiżi sabiex jissanzjonaw l-aġir tal-Kunsill li jopponi kontra l-adozzjoni tal-proposta għal Regolament billi jinvoka l-involviment tal-klawżola ta’ eċċezzjoni. Peress li dan l-aġir deher, prima facie, li jista’ jiġi analizzat, kompletament, bħala li jikkostitwixxi deċiżjoni filwaqt li tiżvela, b’mod inċiżiv, l-eventwali nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kunsill sabiex isir l-aġġustament annwali tar-remunerazzjoni u sabiex jiffissa l-koeffiċjenti korrettivi, il-Kummissjoni kkontestat dan l-att minn żewġ aspetti differenti, billi ppreżentat kemm rikors għal annullament kif ukoll rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, li għalihom il-Kunsill irrisponda billi ppreżenta rikors għal annullament u, sussidjarjament, rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni.

    72.

    Ir-riluttanzi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar liema rimedju li għandu jiġi implementati jiżvela huma l-inċertezzi leġali madwar id-determinazzjoni tal‑kampijiet rispettivi tar-rikors għal annullament u tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, b’mod iktar partikolari meta l-aġir ikkontestat huwa aġir ta’ rifjut. Għalkemm din l-inċertezza hija dovuta għall-kumplessità tar-relazzjoni teoretika bejn dawn iż-żewġ rimedji u bejn ċerti bidliet testwali, hija tirriżulta wkoll minn żviluppi tal-ġurisprudenza li ssuġġerew ċertu tħassib. Xorta waħda, il-fatt li d-dubji jistgħu jitqajmu dwar il-linja diviżorja bejn iż-żewġ każijiet, barra minn hekk minn żewġ istituzzjonijiet tal-Unjoni, jidhirli li huwa partikolarment inkwetanti, meta s-sistema ġudizzjarja tal-kontroll tal-legalità ta’ atti tal-Unjoni hija meqjusa li tikkonforma mal-prinċipju ta’ kompletezza ( 17 ) u ta’ konsistenza sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    73.

    Dan il-prinċipju tal-aħħar, stabbilit mill-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, u affermat mill-ġdid mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jimplika li kull att illegali adottat minn istituzzjoni, organu jew korp tal-Unjoni jista’ jiġi kkontestat meta huwa jikkawża preġudizzju.

    74.

    Sabiex tiġi ggarantita protezzjoni ġudizzjarja kemm jista’ jkun wiesgħa, jista’ jiġi sostnut li għandha, l-ewwel u qabel kollox, tiġi evitata kull lakuna fl-istħarriġ tal-legalità u, għaldaqstant, li jsir b’tali mod li deċiżjoni negattiva ta’ istituzzjoni, ta’ organu jew korp tal-Unjoni tista’, jekk tipproduċi effetti legali vinkolanti, tinftiehem mill-Qorti tal-Ġustizzja, garanti tal-legalità, irrispettivmet jekk l-istħarriġ isirx permezz ta’ rikors għal annullament jew ta’ rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni.

    75.

    Għalhekk jeħtieġ li tiġi ammessa l-eżistenza ta’ żewġ rimedji kompetittivi, filwaqt li jiġi aċċettat, jekk ikun meħtieġ, li jinfetaħ dritt ta’ għażla għar-rikorrenti li jkunu jistgħu jagħżlu liberament ir-rimedju li permezz tiegħu huma għandhom l-intenzjoni li jikkontestaw deċiżjoni negattiva.

    76.

    Fis-sens ta’ din is-soluzzjoni, għandu jitfakkar li ż-żewġ rimedji għandhom għan komuni, li huwa rifless fid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-kliem li jipprovdu li huma “jifformaw biss l-espressjoni ta’ uniku u l-istess rimedju” ( 18 ) jew permezz tad-dikjarazzjoni tal-prinċipju s-segwenti li “s-sistema ta’ rimedji stabbiliti mit-Trattat tinkludi konnessjoni stretta [bejniethom]” ( 19 ).

    77.

    Madankollu, minkejja l-għan komuni tagħhom, dawn iż-żewġ rimedji jibqgħu differenti fin-natura tagħhom ( 20 ), fil-kundizzjonijiet tagħhom ta’ ammissibbiltà u ta’ eżerċizzju kif ukoll, sa ċertu punt, fl-effetti li huma jistgħu jipproduċu ( 21 ). Konsegwentement, jien konvint li ma huwiex konformi la mal-interess tar-rikorrenti u lanqas ma’ dak ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li jiġu permessi sovrapożizzjonijiet. Bil-kontra, huwa indispensabbli li tiġi identifikata linja ċara bejn dawn iż-żewġ rimedji, billi tikkonferilhom natura esklużiva lil xulxin u billi tiżgura l-koeżistenza armonjuża tagħhom ibbażata fuq kunċett “sistematiku” ( 22 ). L-imsemmija mistoqsija ma hijiex biss teoretika, peress li titlob analiżi tar-relazzjoni ta’ komplementarjetà jew ta’ kompetizzjoni bejn iż-żewġ rikorsi kif ukoll dik tal-grad ta’ awtonomija jew ta’ dipendenza tagħhom ( 23 ). Hija tinkludi wkoll kwistjoni prattika importanti, għaliex mir-risposta li din tingħata tiddependi l-possibbiltà għar-rikorrenti li jeżerċitaw ir-rimedju li jissanzjona l-aħjar l-illegalità mwettqa, f’perspettiva intiża li tipprivileġġa l-effettività tal-istħarriġ tal-legalità.

    78.

    Ukoll, qabel jiġi evalwat b’mod iktar preċiż l-aġir tal-Kunsill u r-rimedju li għandu jiġi eżerċitat sabiex tiġi kkontestata l-legalità, ser nibda billi nistabblixxi r-regoli li jirregolaw l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ aġir “negattiv”, jiġifieri dawk li permezz tagħhom istitizzjoni, korp jew organu tal-Unjoni jesprimi rifjut, kif jidhirli li jirriżultaw mill-istat attwali tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    a) L-istħarriġ ġudizzjarju ta’ aġir ta’ rifjut espress minn istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni

    79.

    Jien naħseb li nistgħu nieħdu bħala ċerta l-proposta s-segwenti. Peress li r-rikors għal annullament tal-Artikolu 263 TFUE jissanzjona l-azzjoni illegali tal-istitizzjoni (i), filwaqt li r-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Artikolu 265 TFUE jissanzjona n-nuqqas ta’ azzjoni tiegħu (ii), ir-rifjut li jiġi adottat att għandu jiġi kkontestat permezz tar-rimedju għal annullament (iii).

    i) Ir-rikors għal annullament tal-Artikolu 263 TFUE jissanzjona l-azzjoni illegali tal-istituzzjoni

    80.

    Skont l-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistħarreġ il-legalità ta’ atti tal-istituzzjonijiet, b’mod partikolari dawk tal-Kunsill, minbarra r-rakkomandazzjonijiet jew l-opinjonijiet.

    81.

    Sabiex att ikun jista’ jkun suġġett ta’ rikors għal annullament, għandhom jiġu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet.

    82.

    L-ewwel nett, jeħtieġ li att ġuridiku, “dispożizzjoni”, ikun ġie materjalment adottat minn waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

    83.

    It-tieni nett, minn ġurisprudenza stabbilita żviluppata fil-kuntest ta’ rikorsi għal annullament ippreżentati minn Stati Membri jew minn istituzzjonijiet jirriżulta li huma meqjusa bħala atti li ma jistgħux jiġu kkontestati fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE “kull dispożizzjoni adottata, irrispettivament mill-forma, li hija maħsuba sabiex tipproduċi effetti legali vinkolanti” ( 24 ). Meta r-rikors għal annullament huwa ppreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika kontra att li hija d-destinatarja tiegħu, l-effetti legali vinkolanti prodotti mill-att għandhom ikunu ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jemendaw b’mod ikkaratterizzat is-sitwazzjoni ġuridika tiegħu ( 25 ).

    84.

    Il-kriterju tal-effett legali vinkolanti għandu importanza speċifika meta jevalwa jekk in-natura kontestabbli jew le ta’ att intermedjarju li jofforma parti minn proċedura amministrattiva li tinkludi diversi fażijiet. Fil-priniċpju, sabiex ikun jista’ jiġi kkontestat, att għandu jippreżenta natura definittiva. Skont l-espressjoni użata mill-Qorti tal-Ġustizzja, huwa għandu jikkostitwixxi l‑“manifestazzjoni definittiva tal-volonta [tal-istituzzjoni]” ( 26 ), b’tali mod li atti intermedjarji li l-għan tagħhom huwa li jippreparaw id-deċiżjoni finali, bħal dawk li jesprimu opinjoni proviżżorja tal-istituzzjoni ma jistgħux jitqiesu bħala atti li jistgħu jiġu kkontestati ( 27 ).

    85.

    Għalhekk kien deċiż li proposta għal Regolament ippreżentata mill-Kummissjoni lill-Kunsill ma tistax titqies bħala att li jista’ jiġi kkontestat, peress li ma tikkostitwixxix att intermedjarju li l-għan tiegħu huwa biss li jipprepara l-adozzjoni ta’ att finali mingħajr ma jiffissa definittivament il-pożizzjoni li ser jadotta l-Kunsill ( 28 ).

    86.

    Min-naħa l-oħra, l-att intermedjarju li jipproduċi “effetti legali awtonomi” għandu jista’ tali li jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament ( 29 ).

    87.

    Fl-aħħar nett, għandu jiġi nnotat li, fil-każ li miżuri intermedjarji nieqsa minn natura deċiżiva ma jistgħux bħala tali jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament, l-eventwali illegalitajiet li jivvizzjawhom jistgħu, madankollu, jiġu invokati insostenn tar-rikors ippreżentat kontra l-att definittiv li huma fl-istadju ta’ żvilupp tiegħu ( 30 ).

    ii) Ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Artikolu 265 TFUE jissanzjona n-nuqqas ta’ azzjoni tal-istituzzjoni

    88.

    L-Artikolu 265 TFUE jipprovdi li, jekk il-Parlament, il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni jew il-Bank Ċentrali Ewropew, bi ksur tat-Trattati, ma jiħdux azzjoni, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni jistgħu jiftħu proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex dan il-ksur jiġi kkonstatat.

    89.

    Ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni jista’ wkoll jiġi eżerċitat minn kull persuna fiżika jew ġuridika li tilmenta li istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni jkun naqas milli jindirizzalha att minbarra rakkomandazzjoni jew opinjoni.

    90.

    Dan ir-rikors huwa ammissibbli biss jekk l-istituzzjoni, il-korp jew l-organu inkwistjoni jkun l-ewwel issejjaħ sabiex jieħu azzjoni u jekk, fl-iskadenza ta’ terminu ta’ xahrejn minn din l-istedina, din l-istituzzjoni, dan il-korp jew dan l-organu ma jkunx “spjega l-pożizzjoni [ħa pożizzjoni]”.

    91.

    Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni “huwa bbażat fuq l-idea li n-nuqqas ta’ azzjoni illegali [tal-istituzzjoni inkwistjoni jippermetti [...] li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex din tiddikjara li n-nuqqas li tieħu azzjoni huwa kuntrarju għat-Trattat, sa fejn l-istituzzjoni kkonċernata ma rrimedjatx għal dan in-nuqqas” ( 31 ).

    92.

    Il-konfrontazzjoni ta’ din ir-regola mas-suġġett tar-rikors għal annullament tippermetti li titfassal il-linja bejn iż-żewġ rimedji intiżi li jiżguraw l-istħarriġ dirett tal-legalità tal-aġir tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Filwaqt li r-rikors għal annullament jissanzjona l-manifestazzjoni ta’ volontà li tieħu l-forma ta’ att legali li jipproduċi effetti legali vinkolanti, ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni jissanzjona, bil-kontra, l-astensjoni illegali tal-istituzzjoni. Fi kliem ieħor, l-istħarriġ tal-legalità jitwettaq permezz ta’ rikors għal annullament meta l-istituzzjoni inkwistjoni tkun naqset permezz ta’ azzjoni u permezz tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni meta hija tkun naqset permezz ta’ ommissjoni.

    93.

    Huwa minn din is-summa divisio li toħroġ it-tweġiba għall-mistoqsija dwar liema rikors għandu jiġi eżerċitat kontra deċiżjoni ta’ rifjut.

    iii) Ir-rifjut li jiġi adottat att għandu jiġi kkontestat permezz tar-rikors għal annullament

    94.

    Għalkemm il-kjarezza apparenti tad-distinzjoni bejn ir-rikors għal annullament u r-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni kienet oskurata mid-differenzi kunċettwali bejn id-definizzjoni tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni li tinsab fit-Trattat KEFA u dik li tinsab fit-Trattat KEE ( 32 ), l-eżami tal-kwistjoni tar-rimedju ġudizzjarju li jista’ jintuża sabiex tiġi ddenunzjata l-illegalità marbuta ma’ deċiżjoni negattiva, jidhirli, madankollu, li jirriżulta b’mod ċar li r-rifjut huwa att li jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament.

    95.

    Fil-fatt, ir-rifjut li tittieħed deċiżjoni huwa deċiżjoni peress li huwa jesprimi manifestazzjoni ta’ volonta, anki jekk hija negattiva, u d-deċiżjoni ta’ rifjut issegwi l-istess regoli ta’ kompetenza u ta’ forma bħad-deċiżjoni pożittiva.

    96.

    Il-ġurisprudenza ssegwi b’mod ċar il-prinċipju ta’ ekwivalenza u hemm numru ta’ sentenzi li jiddikjaraw ammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ rifjut ( 33 ).

    97.

    Madankollu, f’obiter dictum inkluż fis-sentenza tagħha tas-27 ta’ Settembru 1988, Il-Parlament vs Il-Kunsill ( 34 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet li n-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ abbozz ta’ baġit mill-Kunsill seta’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Parlament, billi ddikjarat li “rifjut li tittieħed azzjoni, ikun kemm ikun espliċitu, jista’ jiġi ddeferit lill-Qorti tal-Ġustizzja abbażi tal-Artikolu 175, peress li ma jtemmx in-nuqqas li tittieħed azzjoni” ( 35 ). Din il-formulazzjoni, li d-duttrina setgħet tikklassifika bħala “misterjuża” ( 36 ), hija spjegata iktar minn kunsiderazzjonijiet marbutin mal-leġittimazzjoni attiva tal-Parlament milli mill-volontà li jitwessa’ l-ambitu tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni. Il-ġurisprudenza sussegwenti tmur lura għalhekk għal pożizzjoni iktar ortodossa ( 37 ).

    98.

    Barra minn hekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk deċiżjoni ta’ rifjut tikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat jew le, il-ġurisprudenza tiddistingwi skont jekk l-att irrifjutat setax jipproduċi jew le effetti legali definittivi. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja repetutament iddeċidiet li, meta att huwa ta’ natura negattiva, din id-deċiżjoni għandha tiġi evalwata skont is-suġġett tat-talba li għaliha hija tikkostitwixxi tweġiba ( 38 ). Dan il-kliem kemxejn vag, li huwa suġġett għal ċerti varjanti redazzjonali ( 39 ) huwa fir-realità l-espressjoni tal-proposta s-segwenti fir-rigward ta’ deċiżjonijiet negattivi. Ir-rifjut li jiġi adottat att jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament meta tali rikors seta’ ġie ppreżentat kontra l-att li l-istituzzjoni rrifjutat li tadotta. Għalhekk, jekk l-att irrifjutat jista’ jipproduċi effetti legali definittivi, ir-rifjut jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors. Għall-kuntrajru, jekk l-att li l-adozzjoni tiegħu ġiet irrifjutata ma jipproduċix tali effetti, ir-rifjut li jiġi adottat ma jistax jiġi ddeferit lill-Qorti tal-Ġustizzja permezz tar-rikors għal annullament.

    99.

    Ir-rifjut li tittieħed azzjoni għandu għaldaqstant jiġi kkontestat permezz tar-rikors għal annullament, irrispettivament mill-forma li fiha huwa espress.

    100.

    Dan huwa għalhekk, l-ewwel nett, każ ta’ rifjut espliċitu. Meta l-istituzzjoni twieġeb permezz ta’ deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda, ir-rikors għal nuqqas li tittieħed azzzjoni ma ġiex użat, peress li r-rikorrent għandu, fit-terminu ffissat mit-Trattat FUE, dritt għal rikors għal annullament li jippermettilu li jikkonstata l-illegalità tal-att adottat mill-istituzzjoni.

    101.

    Ir-rifjut espliċitu jista’ jiġi mmanifestat taħt żewġ forom differenti.

    102.

    Qabel kollox, jista’ jkun ir-rifjut dirett li tittieħed id-deċiżjoni mitluba ( 40 ).

    103.

    Sussegwentement, tista’ tkun l-adozzjoni ta’ att kuntrarju għal dak li kien intalab. F’dan il-każ, id-deċiżjoni meħuda ma tistax tiġi kkontestata permezz ta’ rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, għaliex, skont l-ispjegazzjoni mogħtija minn diversi sentenzi, dan ir-rikors “jirreferi għan-nuqqas li tittieħed azzjoni permezz tal-astensjoni li tingħata deċiżjoni jew li tittieħed pożizzjoni jew in-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ att differenti minn dak li l-persuni kkonċernati xtaqu jew qiesu neċessarju” ( 41 ).

    104.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset ukoll, fis-sentenza tat-23 ta’ Jannar 1992, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill ( 42 ), mogħtija wara rikors għal annullament ippreżentat mill-Kummissjoni kontra Regolament tal-Kunsill li rrettifika r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħrajn tal-Komunitajiet u aġġusta l-koeffiċjenti korrettivi relatati ma’ dawn ir-remunerazzjonijiet u ma’ dawn il-pensjonijiet, li l-adozzjoni ta’ att li jonqos illegalment li jinkludi proposta tal-Kummissjoni seta’ jiġi kkontestat permezz tar-rikors għal annullament. Fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, billi kkonstatat li l-proposta tal-Kummissjoni kienet tirrigwarda, b’mod partikolari, l-introduzzjoni ta’ koeffiċjent korrettiv speċifiku għal München (il-Ġermanja) u li r-Regolament adottat mill-Kunsill abbażi ta’ din il-proposta ma jinkludix dispożizzjonijiet f’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet intitolata tippreżenta rikors għal annullament kontra dan ir-regolament, peress li hija qieset li, permezz ta’ din l-ommissjoni, il-Kunsill kien kiser obbligu impost mit-Trattat KEE ( 43 ). Għalhekk, jekk istituzzjoni tkun ħadet azzjoni, iżda billi naqset milli tadotta parti mill-miżura proposta, l-illegalità li tirriżulta tista’, skont din id-deċiżjoni, tiġi ssanzjonata permezz tar-rikors għal annullament ( 44 ).

    105.

    Dan japplika wkoll, it-tieni nett, fil-każ ta’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut, flimkien, madankollu, din il-preċiżjoni fundamentali li d-deċiżjoni impliċita tista’ tirriżulta mis-silenzju jew min-nuqqas ta’ azzjoni ta’ istituzzjoni biss bil-kundizzjoni li dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tipprovdi dan espressament. Fil‑fatt, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, “fin-nuqqas ta’ [...] dispożizzjonijiet espressi, li jiffissaw terminu li fl-iskadenza tiegħu deċiżjoni impliċita titqies li saret u li jiddefinixxu l-kontenut ta’ din id-deċiżjoni, in-nuqqas ta’ azzjoni ta’ istituzzjoni ma tistax tiġi assimilata għal deċiżjoni, taħt piena li titqiegħed inkwistjoni s-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji stabbilita mit-Trattat” ( 45 ). Madankollu, “f’ċerti ċirkustanzi speċifiċi, [...] is-silenzju jew in-nuqqas ta’ azzjoni ta’ istituzzjoni jistgħu jitqiesu b’mod eċċezzjonali bħala li għandhom valur ta’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut” ( 46 ).

    106.

    Ukoll, huma miġbura fil-qosor il-linji gwida li jirregolaw ir-rikorsi kontra d-deċiżjonijiet negattivi.

    107.

    Jeħtieġ ukoll li jiżdiedu ż-żewġ preċiżjonjiet li ġejjin.

    108.

    L-ewwel nett, għandu jiġi nnotat li n-nuqqas ta’ deċiżjoni mingħajr il-maġġoranza meħtieġa ma jammontax għal rifjut li tingħata deċiżjoni.

    109.

    Is-sentenza tat-13 ta’ Lulju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill ( 47 ), mogħtija f’sentenza li kienet tikkonċerna l-implementazzjoni tal-patt ta’ stabbilità u ta’ żieda, tillustra din id-deċiżjoni. Adita mill-Kummissjoni b’rikors għal annullament kontra “n-nuqqas ta’ adozzjoni” mill-Kunsill tal-istrumenti formali li jinsabu fir-rakkomandazzjonijiet li hija kienet ifformulat skont l-Artikolu 104(8) u (9)CE ( 48 ) bil-ħsieb li ġġiegħel lir-Repubblika tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża sabiex inaqqsu l-iżbilanċ pubbliku tagħhom, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li r-rikors kien inammissibbli sa fejn in-nuqqas ta’ adozzjoni ddenunzjat kien jirriżulta min-nuqqas tal-maġġoranza neċessarja sabiex tiġi adottata deċiżjoni f’dan ir-rigward. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat, barra minn hekk, li ebda dispożizzjoni ta’ dritt tal-Unjoni ma tiffissa terminu li fl-iskadenza tiegħu deċiżjoni impliċita titqies li saret u li tiddefinixxi l-kontenut ta’ din id-deċiżjoni ( 49 ).

    110.

    Jien inżid li s-sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Eurocoton et vs Il-Kunsill ( 50 ), li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li n-nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kunsill ta’ proposta għal Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping definittivi kienet tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat, jidhirli li ma tistax tiġi kkontestata fis-sens kuntrarju. Filwaqt li jista’ jikkawża problemi inkwantu jimplika li s-sempliċi fatt li ssir votazzjoni jikkostitwixxi “teħid ta’ pożizzjoni” anki meta l-maġġoranza neċessarja għall-adozzjoni tar-Regolament ma ntlaħqitx ( 51 ), din is-sentenza, li tieħu inkunsiderazzjoni speċifikazzjonijiet tal-proċedura antidumping, jidhirli li tispjega ruħha prinċipalment permezz tal-eżistenza, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, ta’ terminu lil hinn minn dak li l-Kunsill ma għandux iktar dritt li jadotta l-proposta tal-Kummissjoni, b’tali mod li n-nuqqas ta’ adozzjoni tal-proposta fit-terminu stabbilit setgħet titqies bħala li tikkostitwixxi ċaħda impliċita ( 52 ).

    111.

    It-tieni nett, kif il-Kummissjoni u l-Kunsill jaqblu, minn ġurisprudenza stabbilita li tikkonċerna l-ammissibbiltà tar-rikorsi għal annullament jirriżulta li jeħtieġ li tiġi kkunsidrata kemm is-sustanza tal-atti kkontestati kif ukoll l-intenzjoni tal-awturi tagħhom sabiex jiġu kklassifikati dawn l-atti ( 53 ).

    112.

    Huwa fid-dawl tal-prinċipji msemmija iktar ’il fuq li jien ser niddetermina r-rimedju ġudizzjarju li għandu jiġi eżerċitat kontra l-aġir tal-Kunsill, billi neżamina jekk dan l-aġir jikkostitwixxix jew le deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata.

    b) L-evalwazzjoni tal-aġir tal-Kunsill

    113.

    Id-“deċiżjoni” inkwistjoni, li permezz tagħha l-Kunsill iddeċieda li ma jadottax il-proposta għal Regolament, ippreżentata abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, tikkostitwixxi deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata permezz tar-rikors għal annullament?

    114.

    Fil-fehma tiegħi, fl-aħħar mill-aħħar din id-domanda għandha tingħata risposta fl-affermattiv.

    115.

    Jien nirrileva, l-ewwel nett, li huwa askaptu ta’ żnaturament tad-deċiżjoni tiegħu li l-Kunsill jiddikjara li huwa ma aġixxiex fuq il-proposta għal Regolament, li huwa ma emendax u lanqas ċaħad definitttivament, iżda llimita ruħu li jesponi r-raġunijiet għaliex huwa ma kienx f’pożizzjoni li jadottaha. Lil hinn milli tinkludi sempliċi dikjarazzjoni ta’ spjega, id-deċiżjoni inkwistjoni tinkludi parti sostantiva li tipprovdi li l-Kunsill “jiddeċiedi li ma jadottax il-proposta tal-Kummissjoni”.

    116.

    L-att adottat mill-Kunsill jippreżenta għalhekk tabilħaqq natura deċiżjonali.

    117.

    Barra minn hekk, dan l-att għandu natura definittiva, peress li jikkonkludi l-proċess ta’ aġġustament, skont il-metodu “normali”, tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħrajn tal-Unjoni kif ukoll tal-koeffiċjenti korrettivi relatati ma’ dawn ir-remunerazzjonijiet u ma’ dawn il-pensjonijiet fir-rigward tas-sena 2011, li jispeċifika li l-Artikolu 3(1) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi li r-Regolament tal-Kunsill għandu jiġi adottat “qabel l-aħħar ta’ kull sena”. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-argument tal-Kunsill li jipprovdi li kien jirrigwarda tweġiba ta’ stennija, ta’ natura provviżorja, huwa kompletament kontra r-raġunijiet tad-deċiżjoni inkwistjoni kif ukoll il-pożizzjoni li din l-istituzzjoni tiddefendi f’dawn il-proċeduri. Kif jirriżulta mill-premessa 14 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill qies li l-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal biss setgħet tiġi implementata, sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-kriżi ekonomika. Min-naħa tal-Kunsill, ma hemm l-ebda dubju għalhekk għal possibbli tkomplija tal-proċeduri, fil-każ, b’mod partikolari, fejn il-Kummissjoni jirnexxielha tikkonvinċih bin-nuqqas ta’ possibbilità ta’ implementazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni. Għaldaqstant il-Kunsill esprima b’mod ċar il-volontà tiegħu li jabbanduna definittivament il-proċedura tal-metodu “normali” prevista fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal favur il-proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 10 tal-imsemmi anness fil-każ ta’ kriżi ekonomika serja.

    118.

    L-argument tar-Repubbika Federali tal-Ġermanja li jipprovdi li d-deċiżjoni inkwistjoni tirrappreżenta sempliċi stadju intermedjarju fil-proċedura mnieda mill-Kummissjoni sabiex jiġi ddeterminat l-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet jidhirli li jibbaża fuq konfużjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ proċeduri, li, kif ġustament jirrileva r-Renju Unit, jeskludu lil xulxin.

    119.

    Peress li l-Kunsill jislet argument mit-termini li bihom hija redatta d-deċiżjoni kkontestata, għandu jiżdied li d-distinzjoni proposta bejn deċiżjoni “li ma tadottax” u deċiżjoni “li tiċħad” jidhirli li hija iktar speċjuża milli għaqlija. Il-Kunsill ma astjeniex milli jieħu pożizzjoni minħabba, pereżempju, n-nuqqas li tinkiseb il-maġġoranza meħtieġa, iżda ħa deċiżjoni li tammonta għal ċaħda diretta tal-proposta għal Regolament.

    120.

    Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-att li l-adozzjoni tiegħu ġiet irrifjutata mill-Kunsill huwa Regolament li, kieku kien adottat, kien, ovvjament, jipproduċi effetti legali vinkolanti kemm fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħrajn, li huma, mill-1 ta’ Lulju 2011, imċaħħda miż-żieda li għaliha kien ikollhom dritt kieku l-Kunsill kien adotta l-proposta għal Regolament.

    121.

    Fl-aħħar nett, l-argument tal-Kummissjoni li jipprovdi li jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ partijiet tal-proposta għal Regolament u dak li r-rifjut li jikkonċerna l-aġġustament tal-koeffiċjenti korrettivi għandu jitqiesu, fin-nuqqas ta’ motivazzjoni, bħala astensjoni illegali li tittieħed azzjoni, joriġina, fil-fehma tiegħi, mill-konfużjoni bejn in-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni u n-nuqqas ta’ deċiżjoni.

    122.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-rikors għal annullament għandu jiġi ddikjarat ammissibbli filwaqt li r-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni għandu jiġi ddikjarat inammissibbli.

    B – Fuq il-mertu tar-rikors fil-Kawża C‑63/12

    1. L-osservazzjonijiet tal-partijiet prinċipali u tal-partijiet intervenjenti

    a) Rimarki preliminari

    123.

    Ir-rikors għal annullament tal-Kummissjoni (Kawża C‑63/12) u r-rikors tal-Kunsill (Kawża C-66/12) ma għandhomx l-istess suġġett, peress li l-ewwel rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni inkwistjoni, filwaqt li t-tieni rikors jikkontesta tnejn mit-tliet atti preparatorji tal-Kummissjoni ( 54 ).

    124.

    Madankollu, huwa paċifiku u mhux ikkontestat mill-partijiet li l-kritiki fformulati mill-Kunsill fil-kuntest tar-rikors li huwa ppreżenta huma identiċi għall-motivi mqajma dwar il-mertu minn din l-istituzzjoni bħala difiża għar-rikors għal annullament tal-Kummissjoni.

    125.

    Kif il-Kunsill iddikjara fir-risposta tiegħu fil-Kawża C‑63/12, id-domanda fuq il-mertu magħmula fiż-żewġ kawżi hija dwar jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni kinux sodisfatti jew le. Barra minn hekk, ir-rikorsi u n-noti ppreżentati mill-partijiet f’din il-kawża jirreferu b’mod frekwenti għall-argumenti mressqa fil-Kawża C‑66/12.

    126.

    Għalkemm dan il-mod ta’ preżentazzjoni tal-motivi, permezz ta’ riferiment parzjali għad-dokumenti annessi, ma jidhirlix li jikkontesta l-ammissibblità tagħhom, huwa jawtorizza, u fil-fehma tiegħi anki jrendi neċessarju, eżami globali ta’ dawn l-argumenti kollha.

    127.

    Għalhekk, l-iżviluppi li ġejjin, minkejja ddedikati għall-eżami tal-mertu tar-rikors fil-Kawża C‑63/12, jieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l-argument imressaq mill-partijiet fil-kuntest tar-rikors fil-Kawża C‑66/12.

    b) L-argumenti magħmula

    i) Il-Kummissjoni

    128.

    Il-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill li rrifjutat li jaġġusta, minn naħa, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonjiet u, min-naħa l-oħra, il-koeffiċjenti korrettivi.

    – Ir-rifjut għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet

    129.

    Prinċipalment, il-Kummissjoni tinvoka motiv f’żewġ partijiet ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq użu ħażin tal-poter, u, it-tieni wieħed, fuq il-ksur tal-limiti ta’ kompetenza tal-Kunsill ( 55 ).

    130.

    Hija ssostni, fl-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 3 u 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, li l-Kunsill għamel użu ħażin tal-proċedura u kiser il-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali billi qies li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-imsemmi anness kienu sodisfatti u, għalhekk, billi rrifjuta li jadotta l-proposta għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet, peress li hija ma ppreżentatlux proposta abbażi ta’ dan l-artikolu u li l-miżura eċċezzjonali prevista għal din id-dispożizzjoni għandha tiġi adottata flimkien mal-Parlament u l-Kunsill.

    131.

    Il-Kummissjoni żżid, fit-tieni parti tal-imsemmi motiv, li l-Kunsill, li ma għandu ebda setgħa diskrezzjonali, kiser l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal billi rrifjuta li jadotta l-proposta għal Regolament u li, jekk huwa kien iqis li hija ma kienet indebitament naqset milli tagħmel proposta skont l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, huwa kien intitolat li jressaq il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja billi jitlob, skont il-każ, għall-għoti ta’ miżuri provviżorji. Barra minn hekk, billi eskluda l-proposta għal Regolament, il-Kunsill kiser il-prinċipju patere legem quam ipse fecisti.

    132.

    Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li l-Kunsill wettqet żball ta’ liġi billi kiser il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni. Hija tqis li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn motivazzjoni “insuffiċjenti u żbaljata”, peress li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni ma kinux sodisfatti.

    133.

    Filwaqt li nfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, hija tgawdi minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-oqsma fejn evalwazzjoni ekonomika jew soċjali hija neċessarja ( 56 ), il-Kummissjoni tiddikjara li hija adottat ħmistax-il indikatur ekonomiku komunament aċċettat, b’mod partikolari mill-Istati Membri stess, u li l-għażla tal-perijodu inkluż bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u l-bidu tax-xahar ta’ Novembru 2011 sabiex twettaq l-evalwazzjoni tagħha huwa ġġustifikat, peress li deterjorament f’daqqa tas-sitwazzjoni ġie kkonstatat neċessarjament fuq perijodu relattivament qasir.

    134.

    Hija żżid li l-applikazzjoni tal-metodu twassal biex tgħaddi fuq l-uffiċjali tal-Unjoni t-telf tal-kapaċità ta’ akkwist subit minn ċerti ċittadini u tqis li analizzat id-deterjorament tal-finanzi pubbliċi, invokati mill-Kunsill, li ma jistax jiġi kklassifikat bħala “f’daqqa” filwaqt li hija tmur lura għal perijodu preċedenti għat-tnaqqis nett tal-attività ekonomika fis-snin 2008 u 2009.

    135.

    Il-Kummissjoni ssostni wkoll li inkludiet ir-reviżjoni għat-tnaqqis tal-previżjonijiet ta’ żieda, li kien rifless mid-deċiżjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-salarji pubbliċi nazzjonali, u analizzat il-kriżi tal-kreditu, li kienet teżisti tal-inqas mis-sena 2008, jekk mhux mis-sena 2007. Rigward it-tnaqqis tal-prezz tal-attiv, hija qieset li l-Kunsill kellu jispjega r-rilevanza ta’ dan l-element li kien jifforma parti miċ-ċiklu ekonomiku normali u huwa estremament volatili. Fil-fehma tagħha, il-varjazzjonijiet tar-rata ta’ qgħad matul is-sena 2011 ma setgħux juru iktar deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali.

    – Ir-rijfut għal aġġustament tal-koeffiċjenti korrettivi

    136.

    Skont il-Kummissjoni, l-aġġustament tal-koeffiċjenti korrettiv huwa differenti mill-aġġustament tar-remunerazzjonijiet, peress li dan tal-aħħar, imwettaq abbażi tal-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, jikkonċerna l-aġġustament tal-livell ġenerali tar-remunerazzjonijiet meta mqabbla ma’ Brussell (il-Belġju) (“varjazzjoni rationae temporis”), filwaqt li l-ewwel waħda, imwettaq abbażi tal-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, huwa intiż li jżomm l-ugwaljanza fit-trattament sostanzjali bejn l-uffiċjali u l-pensjonanti irrispettivament mill-post tax-xogħol tagħhom jew ir-residenza fl-Unjoni (“varjazzjoni spazjali”).

    137.

    Il-Kummissjoni tilmenta li l-Kunsill, billi jirrifjuta li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi, għal darb’oħra kiser l-Artikoli 1 u 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-Artikolu 64 tiegħu, u li naqas li jimmotiva d-deċiżjoni tiegħu, peress li l-motivi ta’ din tal-aħħar kienu jirreferu esklużivament għall-aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet u li l-bażi legali hija ppreżentata bħala li hija l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, mingħajr ma jsemmi l-Artikolu 64 ta’ dawn ir-regolamenti.

    ii) Il-Parlament

    138.

    Il-Parlament jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni. Huwa jqis, b’mod partikolari, li l-Kunsill kiser il-prerogattivi tiegħu bħala koleġiżlatur, peress li, meta adotta d-deċiżjoni inkwistjoni, fir-realtà huwa applika l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, filwaqt li l-involviment tal-klawżola ta’ eċċezzjoni teħtieġ ir-rikors għall-proċedura leġiżlattiva ordinanarja.

    139.

    Huwa għandu l-intenzjoni li jenfasizza l-konsegwenzi negattivi għall-ekwilibriju interistituzzjonali li jirriżultaw minn eċċess ta’ kompetenza bħal dak imwettaq mill-Kunsill li, meta eskluda l-metodu “normali” stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal, qaleb l-għazla politika magħmula waqt l-adozzjoni ta’ dawn ir-regolamenti. Skont il-Parlament li jfakkar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 TUE, li jipprovdu li kull istituzzjoni għandha teżerċita l-kompetenzi tagħha filwaqt li jiġu osservati dawk tal-oħrajn, jekk il-Kunsill, għal raġunijiet politiċi marbutin mal-kriżi finanzjarja, ried ibiddel dan il-metodu, huwa kellu jsegwi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja li fiha l-għażla politika titwettaq miż-żewġ koleġiżlaturi, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati oħrajn.

    c) L-argumenti għad-difiża

    i) Il-Kunsill

    – Ir-rifjut għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet

    140.

    Il-Kunsill jikkontesta, qabel kollox, il-motivi bbażati fuq użu ħażin ta’ poter u fuq il-ksur tal-limiti ta’ kompetenza.

    141.

    Fl-ewwel lok, il-Kunsill iqis li d-deċiżjoni li huwa adotta ma hijiex ibbażata fuq l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, iżda tirrifletti l-pożizzjoni tiegħu fuq l-applikazzjoni tal-metodu “normali”.

    142.

    Billi jqis li l-konstatazzjoni ta’ deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ma tirriżultax esklużivament mill-Kummissjoni, iżda huwa għandu, flimkien mal-Parlament, is-setgħa diskrezzjonali tiegħu f’dan ir-rigward, huwa jsostni li, jekk, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, huwa jikkonkludi li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu huma sodisfatti jew jekk, jiġi preżunt li huwa ma għandux tali setgħa diskrezzjonali, huwa jqis li l-analiżi tal-Kummissjoni hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni, huwa ma għandux, għalhekk, għażla waħda biss li jadotta l-proposta għal aġġustament u għal preżentata fl-istess waqt ta’ rikors bil-għan li jiġi kkonstatat li l-konklużjoni tal-Kummissjoni ma hijiex fondata fid-dritt. Iffaċċjat bir-rifjut tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta abbażi tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, huwa ddeċieda, b’mod trasparenti, li ma jadottax il-proposta għal Regolament, filwaqt li ddeċieda b’mod parallelu li jadixxi l-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tivverifika jekk ir-rifjut tal-Kummissjoni li tapplika l-klawżola ta’ eċċezzjoni kinitx fondata. Fl-opinjoni tiegħu, it-teżi tal-Kummissjoni ġġiegħlu li jadotta Regolament skont il-metodu “normali”, li huwa qies madankollu bħala illegali, u għaldaqstant, li jsegwi approċċ kontradittorju.

    143.

    Fit-tieni lok, il-Kunsill isostni li l-proċedura tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal tinqasam fi tliet stadji separati, jiġifieri, qabel kollox, l-evalwazzjoni, fid-dawl tad-data oġġettiva pprovduta mill-Kummissjoni, tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni u, skont il-każ, il-konstatazzjoni ta’ deterjorament serju u f’daqqa tagħha, il-Kunsill u l-Parlament għandhom setgħa diskrezzjonali tagħhom għal dan il-għan; u sussegwentement, il-preżentazzjoni ta’ proposti fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li, madankollu, teżerċita kompetenza relatata meta l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni huma sodisfatti, u, l-adozzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill, ta’ miżuri proposti mill-Kummissjoni.

    144.

    Huwa jsostni li d-deċiżjoni kkontestata tinsab b’mod ċar fl-ewwel stadju tal-proċedura u li, fin-nuqqas ta’ proposta mill-Kummissjoni, huwa ma jistax jieħu azzjoni abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Għal raġunijiet ta’ trasparenza u sabiex jippreżerva l-pożizzjoni tiegħu sakemm tingħata sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi l-kwistjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ klawżola ta’ eċċezzjoni humiex sodisfatti jew le, il-Kunsill illimita ruħu li jesponi l-motivi għaliex huwa jqis li ma kienx f’pożizzjoni li jadotta l-proposta għal Regolament.

    145.

    Il-Kunsill jispjega, sussegwentement, ir-raġunijiet għaliex il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ klawżola ta’ eċċezzjoni, imqajjem mill-Kummissjoni, ma jidhirlux li huwa fondat.

    146.

    Il-Kunsill isostni li, jekk jitqies li l-Kummissjoni tgawdi minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ sabiex tanalizza s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni u possibbiltà ta’ deterjorament serju u f’daqqa tagħha, huwa għandu l-istess setgħa diskrezzjonali.

    147.

    Billi jfakkar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 296 TFUE ( 57 ), il-Kunsill isostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex att ġuridiku u li, jekk jitqies li madankollu hija tiġi kkunsidrata bħala li tipproduċi effetti legali, din id-deċiżjoni tinkludi sittax-il premessa li jippermettu li jingħarfu l-ġustifikazzjonijiet tal-pożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni, b’tali mod li ma jistax jiġi kkritikat b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni.

    148.

    Barra minn hekk, l-imsemmija deċiżjoni ma tistax tiġi kkritikata li hija vvizzjata minn motivazzjoni żbaljata. Filwaqt li jaqbel mal-Kummissjoni rigward il-kriterji ġenerali li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal humiex sodisfatti, il-Kunsill iqis madankollu li l-Kummissjoni applikat dawn il-kriterji u kklassifikat il-fatti b’mod żbaljat, billi siltet il-konklużjonijiet żbaljati mill-informazzjoni li hija ħadet inkunsiderazzjoni.

    149.

    Mingħajr ma jikkontesta li deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali għandu jiġi kkonstatat fuq perijodu relattivament qasir, il-Kunsill isostni, qabel kollox, li l-perijodu ta’ referenza ma għandux ikun dak kopert mill-metodu “normali”.

    150.

    L-ewwel nett, tali limitazzjoni tinjora r-realtà ekonomika u twassal għal riżultati li jxejnu de facto l-effettività tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, sa fejn kriżi tkun ħafna drabi bejn żewġ perijodi ta’ referenza. Dwar dan is-suġġett, il-Kunsill jikkritika l-approċċ tal-Kummissjoni li għandu bħala effett li jaqsam artifiċjalment avveniment wieħed, jiġifieri deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni, f’diversi “kriżi żgħar”. Billi ħa l-eżempju ta’ kriżi ta’ tul ta’ tmien xhur li tibda timmanifesta ruħha fix-xahar ta’ Marzu tas-sena n, jiġifieri erba’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ referenza, huwa josserva li, għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ aġġustament annwali li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Lulju tas-sena n sat-30 ta’ Ġunju tas-sena n + 1, il-Kummissjoni ser tieħu inkunsiderazzjoni biss l-aħħar erba’ xhur tal-kriżi, li r-riperkussjonijiet tagħhom fuq l-informazzjoni ekomomika u soċjali jkunu, għalhekk, illivellati permezz tal-effett tal-medja fuq sena.

    151.

    Għalhekk, skont il-Kunsill, l-approċċ segwit mill-Kummissjoni jrendi l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni estremament diffiċli jekk mhux impossibbli, u jmur kontra l-għan ta’ din il-klawżola, li huwa li jippermetti reazzjoni rapida f’sitwazzjoni ta’ kriżi. L-imsemmija klawżola tista’ għalhekk tiġi implementata mhux biss fl-aħħar tas-sena, minflok l-aġġustament annwali skont il-metodu “normali, iżda wkoll matul is-sena, fil-każ ta’ deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali.

    152.

    It-tieni nett, il-kwisjtoni dwar jekk, fil-każ ta’ kriżi serja u f’daqqa, ir-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali ma jiġux aġġustati b’rapidità suffiċjenti għandhiex tiġi evalwata mhux fl-astratt, iżda billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi konkreti fil-kawża u n-neċessità ta’ reazzjoni rapida, mingħajr ma jiġi mistenni li awsterità adottati mill-Istati Membri jaffettwaw is-salarji tal-uffiċjali tagħhom, konsegwentement, b’impatt tardiv fuq is-salarji tal-uffiċjali tal-Unjoni.

    153.

    It-tielet nett, l-approċċ tal-Kummissjoni jmur kontra l-fatt li, wara t-tmiem ta’ kriżi, il-miters ma jitqegħdux sempliċement fuq żero, peress li jeħtieġ iż-żmien sabiex jiġu kkonsolidati l-finanzi pubbliċi u r-riżervi fil-kapital tal-impriżi.

    154.

    Il-Kunsill jikkonkludi li fin-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni suffiċjenti mill-Kummissjoni tal-fatti li seħħew qabel il-bidu tal-perijodu ta’ referenza u li kellhom riperkussjonijiet sinjifikattivi fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u l-bidu tax-xahar ta’ Novembru 2011 kif ukoll l-interpretazzjoni żbaljata u restrittiva ħafna tal-kriterji għall-bidu tal-klawżola ta’ eċċezzjoni żnaturaw b’mod kunsiderevoli l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, kif ukoll ġie kkonstatat fil-premessa 7 tad-deċiżjoni kkontestata.

    155.

    Sussegwentement, il-Kunsill isostni li l-kreattività tal-Istati Membri għal dak li jikkonċerna l-miżuri ta’ awsterità u ta’ konsolidazzjoni baġitarja ma hija riflessa minn ebda indikatur użat mill-Kummissjoni, li ma talbitx informazzjoni fuq dawn il-miżuri u llimitat ruħha li tieħu inkunsiderazzjoni t-tnaqqis tal-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali nazzjonali fit-tmien Stati Membri ta’ referenza fir-riżultat tal-metodu “normali”, filwaqt li dan l-indikatur issemplifikat ħafna la jirrappreżenta s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni kollha u lanqas miżuri ta’ awsterità baġitarji li jaffettwaw is-servizz pubbliku f’numru ta’ Stati Membri.

    156.

    F’dan ir-rigward, il-Kunsill ifakkar li, fl-aħħar tas-sena 2011, erba’ Stati Membri biss ma ġewx suġġetti għall-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv u li ż-żieda tad-dejn pubbliku fi ħdan l-Unjoni, diġà għoli ħafna wara l-kriżi tas-snin 2008 u 2009, ġie aċċellerat mill-ġdid wara d-deterjorament ekonomiku tat-tieni nofs tas-sena 2011.

    157.

    Bħala illustrazzjonijiet tal-miżuri ta’ konsolidazzjoni baġitarji deċiżi mill-Gvernijiet tal-Istati Membri, il-Kunsill jindika li l-Gvern Spanjol, wara li adotta, fix-xahar ta’ April 2011, programm ta’ stabbilità li jipprevedi sforz baġitarju ta’ iktar minn 1.5 % tal-PGD sal-2013, adotta b’urġenza, fit-30 ta’ Diċembru 2011, miżuri addizzjonali. Huwa jżid li l-Gvern Taljan implementa, f’nofs Awwissu 2011, miżuri addizzjonali li laħqu ammont nett kumulattiv ta’ EUR 59.8 biljuni, jiġifieri madwar 3.5 % tal-PGD, qabel adotta sett ġdid ta’ miżuri li jirrappreżentaw 1.3 % tal-PGD, sabiex jintlaħaq l-ekwilibriju baġitarju fl-2013.

    158.

    Barra minn hekk, il-Kunsill jirreferi għad-deskrizzjoni tal-miżuri ta’ konsolidazzjoni baġitarja magħmula fil-previżjonijiet tal-Ħarifa tas-sena 2011 tad-Direttorat Ġenerali (DG) “Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji” tal-Kummissjoni, billi jesprimi sorpriża li, f’tali kuntest, din l-istituzzjoni ma ħaditx dawn il-miżuri inkunsiderazzjoni, għalkemm dawn kienu jikkostitwixxu indizju affidabbli tas-severità u tal-element ta’ f’daqqa tal-kriżi ekonomika u soċjali.

    159.

    Skont il-Kunsill, il-Kummissjoni naqset, barra minn hekk, milli tieħu inkunsiderazzjoni l-bidliet fil-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali fi ħdan l-Istati Membri li ma jifformawx parti mill-kampjun ta’ tmien Stati Membri elenkati fl‑Artikolu 1(4) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, minkejja li din id-data kienet sinjifikattiva ( 58 ).

    160.

    Barra minn hekk, il-Kunsill iqis li l-Kummissjoni injorat in-numru kbir ta’ miżuri oħra ta’ konsolidazzjoni tal-Istati Membri li jaffettwaw is-servizzi pubbliċi nazzjonali tagħhom kif ukoll il-miżuri adottati fil-livell tal-Unjoni, bħall-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilità (MES), ir-riforma tal-patt ta’ stabbiltà u ta’ żieda, il-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni fl-Unjoni ekonomika u monetarja jew iż-żewġ proposti tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2011 ( 59 ) intiżi li jimplementaw dispożittiv fil-livell tal-Unjoni adatt li jirrinforza s-sorveljanza baġitarja fl-Istati Membru taż-żona Euro.

    161.

    Fil-fehma tal-Kunsill, il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-kriżi, li inizjalment affettwaw biss ċerti Stati Membri, saret kriżi ta’ fiduċja serja għall-Unjoni kollha, b’mod partikolari għall-Istati Membri taż-żona Euro, u li l-livell għoli ħafna tad-dejn pubbliku fl-Istati Membri huwa fattur aggravanti ta’ din il-kriżi. Għaldaqstant il-Kunsill ma jistax jifhem kif, minkejja d-deterjorament notevoli taż-żieda ekonomika, li hija stess irrilevat, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala “straordinarji”.

    162.

    Il-Kunsill jikkritika wkoll lill-Kummissjoni li ssemplifikat ħafna l-preżentazzjoni tal-kriżi tal-kreditu, li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni t-tnaqqis tal-prezz tal-assi u li ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol, ikkaratterizzata mir-rata ta’ qgħad għolja ħafna.

    163.

    B’mod iktar ġenerali, huwa jikkritika lill-Kummissjoni li ddeċidiet li element ta’ analiżi diġà riflessa fir-riżultati tal-metodu “normali” ma setax jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, ħlief meta huwa jeħtieġ li jiddistingwi żewġ stadji tal-proċess ta’ evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali. Qabel kollox, jeħtieġ li tiġi eżaminata s-sitwazzjoni billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti u dan sussegwentement, fil-każ ta’ konstatazzjoni ta’ deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni, li jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk dan id-deterjorament huwiex rifless b’rapidità suffiċjenti fl-aġġustament tar-remunerazzjonijiet skont il-metodu “normali”. Skont il-Kunsill, l-immaġni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni hija neċessarjament inkompleta jew distorta jekk jiġu esklużi mill-bidu ċerti elementi rilevanti.

    164.

    Il-Kummissjoni tirrispondi li l-klawżola ta’ eċċezzjoni hija intiża li tintuża biss fil-każ ta’ żviluppi estremi fi ħdan l-Unjoni u biss jekk il-metodu “normali” ma jistax ikejjilhom. Fil-fehma tagħha, l-effetti għal tul ta’ żmien medju jittieħdu inkunsiderazzjoni minn dan il-metodu, b’tali mod li l-użu tal-klawżola ta’ eċċezzjoni ma huwiex iġġustifikat.

    165.

    Il-Kummissjoni tikkritika wkoll lill-Kunsill li naqas milli jispeċifika l-perijodu ta’ referenza li għandu jitqies u l-kriterji li għandhom jintgħażlu sabiex jippermettu l-kisba ta’ data oġġettiva.

    – Ir-rifjut għal aġġustament tal-koeffiċjenti korrettivi

    166.

    Fl-ewwel lok, il-Kunsill, filwaqt li jaqbel mal-Kummissjoni fuq il-fatt li l-aġġustament tal-koeffiċjenti korrettivi għandu għan distint mill-iffissar annwali tal-livell tar-remunerazzjonijiet, isostni madankollu li ebda dispożizzjoni tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ma tipprovdi li huwa għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena fuq tali aġġustament u li d-differenzi bejn il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2010 u dawk proposti mill-Kummissjoni jibqgħu globalment f’marġni li jiżgura korrispondenza sostanzjali u razzjonali ta’ trattament.

    167.

    Fit-tieni lok, il-Kunsill isostni li ma kienx suġġett għall-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li d-deċiżjoni tiegħu ma tikkostitwixxix att legali u li, fi kwalunkwe każ, l-aġġustament ta’ koeffiċjenti korrettivi jikkostiwixxi aspett aċċessorju li, minħabba dan, ma għandux ikun is-suġġet ta’ motivazzjoni speċifika.

    ii) L-Istati Membri

    – Ir-Repubblika Ċeka

    168.

    Ir-Repubblika Ċeka ssostni l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Kunsill. B’mod partikolari, hija tilmenta lill-Kummissjoni li llimitat, rationae temporis, l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni għall-perijodu ta’ referenza użat għall-applikazzjoni tal-metodu “normali”, li ħadet inkunsiderazzjoni biss ċerti indikaturi, b’mod isolat, mingħajr ma twettaq osservazzjoni permanenti tal-bidliet, u li evalwat b’mod żbaljat il-miżuri ta’ awsterità baġitarja adottati jew innotifikati mill-Istati Membri. Skont dan l-Istat Membru, il-Kummissjoni, li applikat il-metodu “normali”, minkejja li din tal-aħħar tieħu biss inkunsiderazzjoni l-bidliet fil-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali fi tmien Stati Membri, ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni fl-Unjoni kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontradixxi lilha nnifisha meta tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni fl-Ungerija, għar-raġuni li dan l-Istat Membru ma jifformax parti minn dawk li s-sitwazzjoni tagħhom hija meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-metodu “normali”, filwaqt li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet rispettivi tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża u tar-Repubblika Taljana, minħabba li dawn tal-aħħar huma diġà riflessi fl-applikazzjoni tal-metodu “normali”.

    – Ir-Renju tad-Danimarka

    169.

    Ir-Renju tad-Danimarka jqis li s-sentenza tal-24 ta’ Novembru 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, ma teskludiex li l-Kunsill jipparteċipa għall-kwistjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal humiex jew le sodisfatti. Fl-opinjoni tiegħu, meta ppreżentat proposta għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet billi segwiet il-metodu “normali”, għalkemm il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ dan il-metodu ma kinux sodisfatti, il-Kummissjoni kisret id-dmir tagħha ta’ kooperazzjoni leali. Meta tqis li huwa ta’ importanza kbira li, fil-każ ta’ kriżi, miżuri effettivi jiġu adottati b’mod rapidu taħt piena ta’ aggravazzjoni, dan l-Istat Membru jsostni li, wara li ġarrab tnaqqis ta’ kważi erba’ punti tal-PGD bejn is-snin 2008 u 2011 wara l-kriżi ekonomika dinjija, huwa naqqas l-ispejjeż għal funzjonament tal-Ministri, irreveda l-partijiet tat-taxxa fuq id-dħul u ffriża r-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali.

    – Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    170.

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tenfasizza li l-Kummissjoni ma għandhiex monopolju sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, u li, konsegwentement, il-Kunsill ma għandux obbligu li jsegwi “b’għajnejh magħluqin” kull proposta ppreżentata mill-Kummissjoni. Fil-fehma tagħha, għalkemm il-Kummissjoni għandha setgħa ta’ inizjattiva, il-Kunsill u l-Parlament, li għandhom ir-responsabbiltà li japprovaw il-baġit tal-Unjoni, għandhom, madankollu, skont il-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali, setgħa li jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet ta’ bidu tal-klawżola ta’ eċċezzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal humiex sodisfatti.

    171.

    Dan l-Istat Membru jżid li l-Kunsill ma kellu ebda għażla oħra ħlief li ma japprovax il-proposta għal Regolament u li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkontestax l-effett vinkolanti tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, iżda tiggarantixxi l-possibbiltà għal rikors mill-Kunsill kontra l-Kummissjoni għal nuqqas ta’ implementazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    172.

    Barra minn hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tqis li r-rapporti tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju u tal-25 ta’ Novembru 2011 ma humiex eżatti u li d-data oġġettiva kkomunikata ma tippermettix li tinsilet konklużjoni oħra ħlief li l-eżistenza ta’ deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekomonika u soċjali. Hija tikkontesta l-eżistenza ta’ prinċipju ta’ paralleliżmu bejn il-bidliet fir-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali tal-Unjoni u dawk fir-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali nazzjonali.

    – Ir-Renju ta’ Spanja

    173.

    Ir-Renju ta’ Spanja jqis li l-kwistjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi hija fundamentalment problema ta’ fatt, peress li tirrigwarda l-fatt li għandu jiġi ddeterminat jekk iċ-ċirkustanzi ekonomiċi li kienu jeżistu fi ħdan l-Unjoni fix-xahar ta’ Diċembru 2011 kinux jeżigu l-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

    174.

    Huwa jqis li, fil-mument meta l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Regolament, kienet teżisti data suffiċjenti li kienet tattesta l-eżistenza ta’ kriżi serja, eċċezzjonali u ġeneralizzata li l-effetti tagħha ma kinux rifless mill-metodu “normali”, u li ġew agħar sussegwentement. Fil-fehma tiegħu, il-previżjonijiet ekonomiċi tal-Ħarifa tas-sena 2011, ippubblikati fl-10 ta’ Novembru 2011 mill-Kummissjoni, ma jikkonċidux mal-pożizzjoni li hija ssostni fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, peress li huma juru li nqabżu bi previżjoni ta’ żieda fil-PGD ta’ 1.8 % fl-2011 u ta’ 1.9 % fl-2012 għal previżjoni ta’ 1.6 % u 0.6 % rispettivament.

    – Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

    175.

    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jqis li, peress li l-Kunsill kien tal-opinjoni li l-Unjoni kienet iffaċċjata bi kriżi ekonomika serja, kien leġittimu li huwa jiċħad il-proposta għal Regolament, peress li l-proċedura ta’ aġġustament skont il-metodu “normali” u l-proċedura eċċezzjonali prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jeskludu lil xulxin. Huwa jinsisti fuq il-fatt li, għalkemm il-Kummissjoni tipprovdi d-data oġġettiva għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, hija ma għandhiex kompetenza esklużiva sabiex twettaq din l-evalwazzjoni. Il-Kunsill għandu, fil-kuntest tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, kompetenza diskrezzjonali sabiex iwettaq l-imsemmija evalwazzjoni.

    176.

    Barra minn hekk, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jsostni li ma tista’ ssir ebda differenza bejn il-kunċett ta’ kriżi ekonomika ġenerali u dak ta’ deterjorament tas-sitwazzjoni kopert mill-klawżola ta’ eċċezzjoni, li ma tistax tiġi limitata għal sitwazzjoni ta’ kriżi kkawżata minn “avvenimenti esterni”. Huwa jżid li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ evalwazzjoni meta ma ddistingwietx b’mod strett il-proċedura tal-Artikolu 65(1) tar-Regolamenti tal-Persunal mill-klawżola ta’ eċċezzjoni., u b’mod partikolari, billi ma rrestrinġietx l-analiżi tad-data għal dik użata fil-kuntest tal-metodu “normali”, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-figuri validi għall-Unjoni kollha u billi eskludiet ċerta data, bħall-prezzijiet tal-assi jew il-kriżi ta’ fiduċja tas-swieq fir-rigward tad-dejn pubbliku. Dan l-iżball ta’ evalwazzjoni għandu l-effett li jċaħħad il-klawżola ta’ eċċezzjoni minn kull effettività. Fl-aħħar nett, huwa jikkontesta l-applikazzjoni, fil-kuntest tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, tar-regola ta’ paralleliżmu bejn il-bidliet tar-remunerazzjoni fis-Servizz Pubbliku tal-Unjoni u fis-Servizzi Pubbliċi tal-Istati Membri.

    – Ir-Renju Unit

    177.

    Skont ir-Renju Unit, fid-dawl tad-data oġġettiva pprovduta mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ jikkonstata li detorjarament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali seħħ u, f’dan il-każ, jiddeċiedi li ma jaċċettax il-proposta tal-Kummissjoni ppreżentata skont l-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

    178.

    Barra minn hekk, huwa jqis li l-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha fuq il-premessa żbaljata li jinżamm il-prinċipju tal-paralleliżmu, filwaqt li l-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jippresupponi biss il-konstatazzjoni oġġettiva ta’ detorjarament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali.

    179.

    Ir-Renju Unit iżid li l-approċċ tal-Kummissjoni huwa assolutament inkonsistenti mal-għan tal-klawżola ta’ eċċezzjoni u jqis li s-severità tal-kriżi ma tistax serjament titqiegħed fid-dubju, meta l-element ta’ f’daqqa tagħha jimmanifesta ruħu fil-miżuri urġenti li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet stess kellhom jadottaw.

    2. L-evalwazzjoni tiegħi

    180.

    Il-kwistjonijiet li huma fil-qalba ta’ dan it-tilwim bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill jirrigwardaw ir-rwol u s-setgħat rispettivi tal-istituzzjonijiet ikkonċernati fil-każ ta’ evalwazzjonijiet diverġenti li jirrigwardaw is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali.

    181.

    Il-kunflitti “purament orizzontali” ( 60 ) bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill dwar id-determinazzjoni tal-livell tar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni dejjem kienu jikkostitwixxu problema fundamentali għall-osservanza tal-ekwilibriju istituzzjonali ( 61 ). Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-imsemmija kunflitti jipprovdu elementi ta’ risposta prezzjużi, li għandhom jitfakkru qabel jiġu eżaminati iktar speċifikament il-motivi invokati mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ dan it-tagħlim u taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ dan il-kunflitt il-ġdid.

    a) Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rwol u s-setgħat rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet

    182.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tat erba’ sentenzi dwar il-proċedura ta’ aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet, li stabbilew autolimitazzjoni tas-setgħat tal-Kunsill skont il-metodu “normali u setgħa ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni skont il-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    183.

    Mingħajr ma jkun neċessarju li nidħlu fid-dettall fuq l-oriġini u l-iżviluppi storiċi tal-metodu ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni ( 62 ), infakkar li d-dispożizzjonijiet fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, bit-titolu “Regoli biex ikunu implimentati l-artikolu 64 u 65 tar-regolamenti tal-persunal”, ġew adottati sabiex jiġu evitati kunflitti bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-uffiċjali kif ukoll impjegati oħra tagħhom għal dak li jikkonċerna l-aġġustament tar-remunerazzjonijiet.

    184.

    Billi ħadet inkunsiderazzjoni dawn l-għanijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-Kunsill stess kien iffissa limiti għas-setgħa diskrezzjonali li tirriżulta mill-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal u obbligatu josserva dawn il-limiti.

    185.

    Fis-sentenza tagħha tal-24 ta’ Novembru 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li rrilevat li l-verżjoni fis-seħħ tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal kienet “ir-riżultat ta’ bidliet kontinwu [...] ikkaratteriżżat minn qafas dejjem iktar preċiż u iktar vinkolanti tal-metodu ta’ aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet” ( 63 ), iddeċidiet li l-Kunsill kien, permezz tal-adozzjoni ta’ dan l-anness, adotta dispożizzjonijiet intiżi għall-implementazzjoni ta’ dan l-artikolu u, permezz ta’ dan il-“qafas”, jirrestrinġi s‑setgħa diskrezzjonali tiegħu li tirriżulta mill-imsemmi artikolu. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “il-Kunsill intrabat, għat-tul tal-validità tal-Anness [XI tar-Regolamenti tal-Persunal], fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, li josserva l-kriterji stabbiliti b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 3 tal-imsemmi anness” ( 64 ), li hija kkonkludiet li huwa ma setax jibbaża ruħu, fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu 3, fuq setgħa diskrezzjonali li tmur lil hinn mill-kriterji stabbiliti fl-imsemmi Artikolu 3.

    186.

    Is-sentenza tal-24 ta’ Novembru 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, li tirrepeti u tikkonferma s-soluzzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà ddikjarat fis-sentenza tagħha tal-5 ta’ Ġunju 1973, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill ( 65 ), u tas-26 ta’ Ġunju 1975, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill ( 66 ), tobbliga għalhekk il-Kunsill sabiex josserva l-limiti li huwa stess iffissa għas-setgħat tiegħu ta’ deċiżjoni, li jfisser li huwa għandu josserva l-metodu “normali”, ħlief jekk huwa jirrikorri għall-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

    187.

    Din is-sentenza tagħti, barra minn hekk, diversi preċiżjonijiet dwar l-implementazzjoni tal-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni u l-possibbiltà li tittieħed kriżi ekonomika gravi.

    188.

    Din il-proċedura tawtorizza, “f’sitwazzjoni straordinarja, [li jiġi] eskluż rapidament il-metodu previst fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, mingħajr madankollu ma jiġi emendat jew imħassar għas-snin segwenti” ( 67 ), billi “[tippermetti] lill-istituzzjonijiet li jaġixxu għal avvenimenti għall-għarriefa li jeħtieġu reazzjoni iktar rapida li jbiddlu kompletament il-metodu “normali” ( 68 ).

    189.

    Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, hija tikkostitwixxi “l-unika” possibbiltà li tittieħed inkunsiderazzjoni kriżi ekonomika fil-kuntest tal-aġġustament tar‑remunerazzjonijiet u li tiġi eskluża, konsegwentement, l-applikazzjoni tal-kriterji ffissati fl-Artikolu 3(2) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ( 69 ).

    190.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li l-kompetenza kkonferita lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ma tikkostitwixxix sempliċi possibbiltà għall-Kummissjoni, li minnha hemm lok li jiġi dedott li s-setgħa ta’ inizjattiva rikonoxxuta lill-Kummissjoni fil-proċess leġiżlattiv ta’ dritt Komuni, fil-kuntest tal-proċedura speċifika ta’ dan l-Artikolu 10, issir dover ta’ inizjattiva ( 70 ).

    191.

    Fl-aħħar nett, hija tispeċifika li, skont l-Artikolu 241 TFUE, il-Kunsill tista’ tistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżentalu proposta xierqa ( 71 ).

    192.

    Minn din id-deċiżjoni jirriżultaw żewġ tipi ta’ tagħlim.

    193.

    L-ewwel jirrigwarda r-relazzjonijiet li għandhom bejniethom iż-żewġ proċeduri previsti fl-Artikoli 3 u 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal rispettivament. Dawn iż-żewġ proċeduri, esklużivi għal xulxin, jorganizzaw ruħhom, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, f’relazzjoni ta’ prinċipju ta’ eċċezzjoni. Il-proċedura tal-metodu “normali” għandha, fil-prinċipju, tiġi applikata sakemm l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal huwa fis-seħħ, filwaqt li l-proċedura “speċifika” tippermetti li tittieħed inkunsiderazzjoni kriżi ekonomika serja tintuża biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali. Il-formulazzjoni tas-sentenza tal-24 ta’ Novembru 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, tenfasizza b’mod ċar fuq in-natura esorbitanti tal-proċedura tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal billi tikkwalifika “straordinarja” is-sitwazzjoni li tawtorizza l-użu ta’ tali strument, li jippermetti li jaġixxi għal avvenimenti “f’daqqa” li jeħtieġu reazzjoni “rapida”, meta, skont il-metodu “normali”, ir-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali ma jiġux aġġustati b’rapidità suffiċjenti.

    194.

    It-tieni tagħlim jirrigwarda l-proċess ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni sabiex jiġi ddeterminat il-livell tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet. Dan il-proċess għadda minn żewġ fażijiet ta’ trasformazzjoni meta mqabbel mas-sistema deċiżjonali komuni, jiġifieri, minn naħa, li l-setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill tinbidel f’obbligu li jiġi applikat il-metodu “normal”, ħlief l-involviment tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, u, min-naħa l-oħra, li s-setgħa ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni ssir dmir li tintuża l-klawżola ta’ eċċezzjoni meta l-kundizzjonijiet ma humiex sodisfatti.

    195.

    Jibqa’ li jiġi ddeterminat fuq liema bażi għandu jiġi stabbilit l-ekwilbriju istituzzjonali meta l-Kummissjoni u l-Kunsill ma jaqblux fuq l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ kriżi ekonomika serja u f’daqqa li tiġġustifika l-użu tal-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    b) Ir-resoluzzjoni tal-kunflitt bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill fuq l-eżistenza ta’ “deterjorament” serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni”

    196.

    Waqt is-seduta, id-dibattitu ffoka prinċipalment, fuq l-inizjattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-kundizzjonijiet ta’ bidu tal-klawżola ta’ eċċezzjoni meta l-Kunsill u l-Kummissjoni ma jaqblux fuq l-eżistenza ta’ kriżi ekonomika serja. Din il-kwisjtoni tidher li tiddetermina l-possibbiltà għall-Kunsill li jirrifjuta jew le l-proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq l-applikazzjoni tal-metodu “normali”. Jekk il-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni hija miftuħa biss bid-“djalogu” bejn il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-bidu ta’ din il-proċedura għandha trendi illegali l-proposta għal Regolament ippeżentata mill-Kummissjoni abbażi tal-metodu “normali” u tawtorizza, konsegwentement, il-Kunsill sabiex jirrifjuta li jadottaha.

    197.

    Jien ser niffoka għalhekk, inizjalment, fuq din il-problema, qabel nanalizza, it-tieni nett, id-diversi motivi invokati mill-Kummissjoni insostenn tar-rikors għal annullament tagħha.

    i) L-analiżi tal-kundizzjonijiet għal bidu tal-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal

    198.

    L-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ma jispeċifikax lil liema istituzzjoni għandha ssir, fid-dawl tad-data “oġġettiva pprovduta [...] mill-Kummissjoni”, l-evalwazzjoni neċessarja sabiex jiġi ddeterminat jekk il-klawżola ta’ eċċezzjoni hijiex applikabbli. Il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jagħmilha diffiċli ħafna li jiġu ddeterminati r-responsabbiltajiet rispettivi peress li hija tuża l-passiv, flimkien mal-kelma “eżaminata”, u partiċipju preżenti, jimmarka azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni, li “għandha tibgħat” proposti xierqa. Jekk din il-formulazzjoni ma tippermettix li jiġi ddeterminat b’mod ċar jekk hijiex il-Kummissjoni u hija biss li għandha tevalwa s-sitwazzjoni jew jekk il-Kunsill jistax jagħmel l-evalwazzjoni tiegħu, fir-realtà, jien naħseb li l-kwistjoni ma hijiex tant jekk kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tistax twettaq l-evalwazzjoni tagħha, fid-dawl tad-data “oġġettiva” li jien naf li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni, iżda li jiġi ddeterminat kif, fil-każ ta’ differenza fl-evalwazzjoni, kif għandu jiġi riżolt dan in-nuqqas ta’ qbil interistituzzjonali.

    199.

    Għad-domanda dwar jekk il-Kunsill huwiex intitolat li jirrifjuta l-proposta għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet skont il-metodu “normali” minħabba li huwa jqis li teżisti kriżi ekonomika serja li tiġġustifika l-użu tal-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, il-partijiet irrispondew permezz ta’ proposti kontradittorji, jiġifieri kemm it-talba magħmula mill-Kunsill skont l‑Artikolu 241 TFUE tagħti bidu hija stess il-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, jew, bil-kuntrarju, din il-proċedura tista’ tinfetaħ biss fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, b’tali mod li l-Kunsill ma għandu ebda possibbiltà oħra, fil-każ ta’ rifjut mill-Kummissjoni, ħlief li jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkonstata li l-Kummissjoni qabżet il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha waqt l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali.

    200.

    L-ewwel proposta, li tikkonferixxi effett fertilizzanti għad-djalolgu bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill jew, sabiex jintuża terminu inqas ewfemistiku, għan-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ istituzzjonijiet ( 72 ), li minnha nibtet il-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, tidher li tirregola l-kwistjoni tal-bidu ta’ din il-proċedura permezz ta’ “preterition”. Mingħajr ma tgħid hekk, din it-teżi tassumi li t-talba tal-Kunsill ibbażata fuq l-Artikolu 241 TFUE tobbliga lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta għal Regolament ibbażata fuq l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal u li, jekk, madankollu, il-Kummissjon tifformula b’risposta proposta għal Regolament ibbażata fuq l-Artikolu 3 tal-imsemmi anness, din il-proposta tittrasforma, bis-saħħa tan-nuqqas ta’ qbil tal-Kunsill, fi “proposta xierqa” taħt il-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    201.

    It-tieni proposta hija iktar klassika. Hija tissuġġetta l-bidu tal-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni għal kundizzjoni ta’ mertu, l-eżistenza ta’ kriżi ekonomika u soċjali serja u għall-għarriefa, u għal kundizzjoni proċedurali, il-formulazzjoni ta’ proposta xierqa mill-Kummissjoni.

    202.

    Min-naħa tiegħi, jien ma nistax ningħaqad mal-ewwel proposta u mingħajr ebda eżitazzjoni li nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tadotta t-tieni proposta, li favuriha jien identifikajt diversi argumenti.

    203.

    L-ewwel argument huwa ta’ natura testwali u jinqasam fi tnejn.

    204.

    Minn naħa, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal huwa redatt f’termini li jistabbilixxu b’mod ċar l-eżistenza ta’ “deterjorament serju u [f’daqqa] tas-sitwazzjoni ekonom[i]ka u soċjali fi ħdan l-Unjoni” bil-kundizzjoni ta’ bidu tal-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni. Permezz tal-espressjoni “[j]ekk ikun hemm”, dan l-artikolu jirreferi għall-eżistenza oġġettiva ta’ tali deterjorament. Jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jagħmel il-volontà tal-Kunsill il-fattur ta’ bidu ta’ din il-proċedura, huwa kien juża espressjoni oħra f’dan is-sens ( 73 ). L-esklużjoni tal-metodu “normali” u l-implimentazzjoni fl-istess waqt tal-proċedura “speċifika” huma b’mod ċar ordnati mill-eżistenza ta’ kriżi li tissodisfa l-kriterji ta’ severità u l-element ta’ f’daqqa meħtieġa minn din id-dispożizzjoni.

    205.

    Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi li l-Kummissjoni “għandha tibgħat proposti xierqa” lill-Parlament u lill-Kunsill. F’sitwazzjoni ta’ djalogu kunflittwali bħal dak bejn il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-aġġustament tar-remunerazzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2011, huwa biss permezz ta’ żnaturament doppju tal-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni, ippreżentata abbażi tal-metodu “normali” u li l-uniku destinatarju tagħha huwa l-Kunsill, li jista’ jitqies li hija proposta magħmula lill-Parlament u lill-Kunsill fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu 10.

    206.

    It-tieni argument huwa bbażat fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizza dwar l-implementazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    207.

    Is-sempliċi osservanza tas-sentenza tal-24 ta’ Novembru 2010, Il-Kummssjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, u tal-loġika ta’ din il-ġurisprudenza jidhirli li ttemm interpretazzjoni li tagħti lill-Kunsill setgħa ta’ inizjattiva għall-bidu tal-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Għall-Qorti tal-Ġustizzja, l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu “jiddependi” fuq proposta tal-Kummissjoni ( 74 ), b’tali mod li jekk tkun tiddependi fuq inizjattiva tal-Kunsill timmarka waqfa ma’ din is-soluzzjoni. L-idea li tipprovdi li l-proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq il-metodu “normali” tagħti bidu għall-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni meta hija tiltaqa’ mal-oppożizzjoni tal-Kunsill tikkostitwixxi, fl-opinjoni tiegħi, manuvra li tinvolvi l-iżnaturament tal-proposta tal-Kummissjoni.

    208.

    Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Kunsill ma kellux, fil-kuntest tal-proċedura tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, setgħa ħlief dik li għandu, skont id-dritt komun, skont l-Artikolu 241 TFUE. Dan l-artikolu tal-aħħar jikkonferixxi lill-Kunsill biss setgħa ta’ “stimulazzjoni” li tippermettilu li jitlob lill-Kummisjoni sabiex twettaq studji li l-Kunsill iqis bħala mixtieqa sabiex jintlaħqu għanijiet komuni, u sabiex tippreżentalu l-proposti xierqa kollha. Għalhekk, anki jekk l-eżerċizzju tal-kompetenza kkonferita lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ma jikkostitwixxix biss possibbiltà għal din l-istituzzjoni ( 75 ), jibqa’ l-fatt li l-Kunsill ma għandux setgħa ta’ inizjattiva kompetittiva li jippermettilu li jissostitwixxi ruħu ma’ din l-istituzzjoni fil-każ ta’ nuqqas li tittieħed azzjoni u ta’ bidu tal-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni minflok il-Kummissjoni.

    209.

    It-tielet argument jirrigwarda l-osservanza tal-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzzjonali.

    210.

    Dan il-prinċipju essenzjali jimplika li kull waħda mill-istituzzjonijiet teżerċita l-kompetenzi tagħha filwaqt li tosserva dawk tal-oħrajn.

    211.

    Il-prinċipju ta’ awtolimitazzjoni tas-setgħat tal-Kunsill adottat fil-preżentazzjoni tradizzjonali tal-proċess deċiżjonali għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet huwa inkonsistenti mar-rikonoxximent lill-Kunsill innifsu ta’ libertà sħiħa ta’ bidu tal-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    212.

    F’dan ir-rigward, infakkar li skont l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċess deċiżjonali li jirriżulta mill-metodu “normali” għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet huwa kkaratterizzat minn limitazzjoni tas-setgħa ta’ deċiżjoni tal-Kunsill, li huwa marbut, għat-tul ta’ validità tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu li tirriżulta mill-Artikolu 65 ta’ dawn ir-regolamenti. Dan il-proċess huwa wkoll immarkat mill-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni, b’tali mod li jirriżulta “tip ta’ taħriġ tad-deċiżjoni b’kunsens, li ċċaħħad lill-Kunsill mid-dritt li jitbiegħed unilateralment mid-deċiżjoni tiegħu ta’ prinċipju preċedenti fil-każ ta’ applikazzjoni konkreta” ( 76 ).

    213.

    Sa fejn l-implementazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni neċessarjament tikkumplementa l-esklużjoni tal-metodu “normali”, li jiġi ammess li l-Kunsill jista’ jibda l-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni fuq l-inizjattivi tiegħu u permezz tal-invokazzjoni biss ta’ kriżi ekonomika serja jiftaħ lakuna f’din il-loġika ta’ ekwilibriju u jagħti lill-Kunsill il-possibbiltà mhux biss li jikkontesta l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni, iżda wkoll li jevita l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

    214.

    Barra minn hekk, jien inqis li l-affermazzjoni tal-Kunsill li huwa ma rrinunċjax definittivament għas-setgħa diskrezzjonali tiegħu li huwa jirkupra lura fil-każ ta’ okkorrenza ta’ kriżi ekonomika ma hijiex konformi mal-konfigurazzjoi tal-ekwilibriju istituzzjonali wara t-Trattat ta’ Lisbona.

    215.

    Din it-teżi tippresupponi li l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jinftiehem bħala eċċezzjoni għall-proċedura għal aġġustament awtomatiku previst fl-Artikolu 3 ta’ dan l-anness, li għandu l-effett li jwassal li jagħti lura s-setgħa ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tirriżulta mill-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal.

    216.

    Tali qari, li kien validu qabel it-Trattat ta’ Lisbona, ma għadux iktar possibbli sa mid-dħul mis-seħħ ta’ dan it-Trattat, li biddel, favur il-Parlament, it-tqassim tas-setgħat bejn l-istituzzjonijiet.

    217.

    F’dan ir-rigward, infakkar li l-Artikolu 336 TFUE jipprovdi li r-Regolamenti tal-Uffiċjali huma adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Ir-riferiment għal din id-dispożizzjoni magħmul mill-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolament tal-Persunal huwa nieqes minn kull ambigwità u jfisser li l-proċeduru tal-klawżola ta’ eċċezzjoni hija kkunsidrata mhux bħala rkupru, mill‑Kunsill, tas-setgħa ta’ deċiżjoni prevista fl-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, iżda bħala ritorn għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Għaldaqstant ma huwiex possibbli li jitqies ir-raġunament li l-Kunsill jirkupra lura, permezz tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-eżerċizzju liberu tal-marġni ta’ dikrezzjoni li huwa kien aċċetta jikkontrolla filwaqt li jobbligah li josserva r-regoli previsti fl-Artikoli 1 u 3 tal-imsemmi anness.

    218.

    Ir-raba’ argument jirrigwarda r-rekwiżiti tal-istħarriġ ġudizzjarju.

    219.

    F’Unjoni ta’ dritt b’sistema ta’ rimedji ġudizzjarji li jaggarantixxu l-istħarriġ ġudizzjarju tal-konformità ta’ atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għar-regoli superjuri u għall-prinċipji fundamentali, interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal li jagħmel id-djalogu kunflittwali bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill il-fattur ta’ bidu tal-klawżola ta’ eċċezzjoni jkollu, fl-opinjoni tiegħi, l-inkonvenzjenza fundamentali li jipprojbixxi kull stħarriġ ġudizzjarju fuq id-deċiżjoni li tintuża l-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    220.

    Jekk il-proċedura toriġina mid-“djalogu” biss bejn il-Kunsill u l-Kummissjoni, li jseħħ kemm upstream u downstream tal-proposta tal-Kummissjoni, ma jkunx possibbli li jiġi eżerċitat stħarriġ ġudizzjarju, minkejja li hu limitat, mhux biss qabel l-adozzjoni ta’ Regolament, iżda wkoll wara.

    221.

    Il-Kummissjoni ma tistax taġixxi b’mod preventiv sabiex timpedixxi l-adozzjoni ta’ Regolament, peress li, jekk jiġi preżunt li hija timmanisfesta n-nuqqas ta’ qbil tagħha billi tippreżenta proposta bbażata fuq il-metodu “normali”, din il-proposta titqies bħala “proposta xierqa” imressqa validament quddiem il-Kunsill u l-Parlament skont il-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    222.

    L-istħarriġ ma jistax iseħħ lanqas a posteriori, peress li, jekk il-Kummissjoni titlob l-annullamet tar-Regolament finalment adottat mill-Parlament u mill-Kunsill, hija ma tkunx tista’ tinvoka, insostenn tar-rikors tagħha, in-nuqqas ta’ kriżi ekonomika, peress li l-legalità tal-użu tal-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni ma kinitx, bħala ipoteżi, issuġġettata għall-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ tali kriżi.

    223.

    Immaġina li l-Kunsill, mingħajr ma jinvoka l-eżistenza ta’ kriżi ekonomika, anki jirrikonoxxi espressament li tali kriżi ma teżistix, madankollu talab formalment lill-Kummissjoni sabiex tippreżentalu proposta abbażi tal-klawżola ta’ eċċezzjoni għall-unika raġuni li l-applikazzjoni tal-metodu “normali” twassal għal żieda sinjifikattiva ħafna fl-ammont tar-remunerazzjonijiet. Jekk il-legalità tad-deċiżjoni li tintuża l-klawżola ta’ eċċezzjoni tirriżulta mid-“djalogu” interistituzzjonali biss, dan l-evitar illegali tal-metodu “normali” ma jistax jiġi ssanzjonat.

    224.

    Il-fatt li l-Parlament għandu vuċi u jista’ jsostni, matul il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, l-evalwazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, ma jidhirlix li jiġġustifika din is-sitwazzjoni, peress li l-parteċipazzjoni ta’ din l‑istituzzjoni fil-proċess deċiżjonali ma għandhiex l-għan li tikkumpensa n-nuqqas ta’ stħarriġ ġudizzjarju.

    225.

    Il-proċedura prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolament hija mfassla bħala eċċezzjoni, b’mod limitat kemm jista’ jkun, b’tali mod li l-ftuħ tagħha ma jistax ikun ikkundizzjonat. Il-legalità tal-azzjoni tal-istituzzjonijiet fil-kuntest ta’ din il-proċedura għandu jibqa’ suġġett għall-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ fatt stabbilit, li tikkonsisti fi kriżi ekonomika, li għandha, barra minn hekk, tissodisfa kriterji ta’ severità u tal-element ta’ f’daqqa.

    226.

    Minn perspettiva iktar ġenerali, huwa permess li wieħed jibqa’ xettiku dwar soluzzjoni li finalment ikollha l-effett li tistabbilixxi, barra l-qasam tal-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), kategorija ta’ atti li ma jaqgħux taħt l-istħarriġ ta’ legalità. Il-ġustifikazzjonijiet li jistgħu jitressqu insostenn ta’ tali soluzzjoni huma tnejn, jiġifieri d-dimensjoni politika tal-evalwazzjoni inkwistjoni u t-teknikalità tas-suġġett. Dawn il-ġustifikazzjonijiet huma l-istess bħal dawk li huma abitwalment esposti mid-duttrina sabiex tispjega li l-qorti tal-Unjoni tiddeċiedi mhux li tabbanduna kull stħarriġ, iżda li teżerċita stħarriġ limitat, b’mod partikolari meta hija għandha tagħmel evalwazzjoni ekonomika kumplessa ( 77 ). Fl-opinjoni tiegħi, ma teżisti l-ebda raġuni speċifika li tista’ tispjega għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, għall-implementazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, mhux biss tillimita l-istħarriġ tagħha, iżda tirrinunzja għaliha b’mod pur u sempliċi.

    227.

    Jeżisti numru kbir ta’ ġurisprudenza li turi l-kapaċità tal-Qorti tal-Ġustizzja li timmobilizza r-riżorsi proċedurali kollha sabiex tassumi kompletament ir-responsabbiltajiet ġudizzjarji tagħha fl-oqsma l-iktar kumplessi, b’mod partikolari meta l-osservanza tal-ekwilibriji istituzzjonali jew ta’ prinċipji fundamentali hija inkwistjoni.

    228.

    Min-naħa tiegħi, ma nara l-ebda raġuni valida għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ċċedi s-setgħa tagħha ta’ stħarriġ tal-legalità jew tillimita ruħha li teżerċita stħarriġ indebbolit, limitat għall-konstatazzjoni mekkanika ta’ “djalogu” interistituzzjonali sabiex jikkawża effett ta’ bidu. Skont il-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali, kull waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni inkwistjoni għandha tassumi s-sehem tagħha ta’ responsabbiltà u l-Qorti tal-Ġustizzja, li teżerċita l-missjoni tagħha ta’ gwardjan tat-Trattati, għandha d-dmir li tistħarreġ li tista’ tvajra, jekk neċessarju, l-intensità tiegħu.

    229.

    Fil-qosor. L-interpretazzjoni li tipprovdi li l-proċedura tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal tinbeda permezz tad-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill tidhirli li hija kuntrarja għall-kliem tal-imsemmi artikolu, għall-interpretazzjoni li tat il-Qorti tal-Ġustizzja, għall-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali u għar-rekwiżiti tal-istħarriġ ta’ legalità. L-implementazzjoni tal-proċedura straordinarja tippresupponi, għall-kuntrarju, il-konstatazzjoni oġġettiva ta’ deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill fuq l-eżistenza ta’ tali deterjorament, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha fuq l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni.

    230.

    Fid-dawl ta’ dawn il-premessi, issa ser ngħaddi għall-eżami tal-motivi għal annullament invokati mill-Kummissjoni.

    ii) L-evalwazzjoni tal-mertu tal-motivi għal annullament

    231.

    Ma jidhirlix li l-Kummissjoni ddedikat attenzjoni partikolari għad-differenzazzjoni tal-każijiet ta’ ftuħ li hija tinvoka insostenn tar-rikors għal annullament tagħha. B’mod partikolari, fl-ewwel parti tal-motiv prinċipali tagħha, hija tikkritika lill-Kunsill li ma huwiex kompetenti sabiex jadotta d-deċiżjoni inkwistjoni, filwaqt li tilmentalu li għamel użu ħażin ta’ proċedura u li kiser kemm il-“kundizzjonijiet ta’ forma”, il-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali, il-prinċipju patere legem quam ipse fecisti kif ukoll l-Artikoli 3 u 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

    232.

    Jien nibbaża fuq il-lista tal-każijiet ta’ ftuħ tal-Artikolu 263(2) TFUE, jien ser neżamina suċċessivament il-motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, li jikkritika lill-Kunsill li kiser id-dispożizzjoni legali sabiex jitqies awtorizzat li ma adottax il-proposta għal Regolament u l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kundizzjonjiet ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni minħabba motivazzjoni insuffiċjenti u żbaljata.

    – Fuq il-motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter

    233.

    Il-motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, li permezz tiegħu l-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill li eskluda l-proċedura tal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal għaċ-ċirkustanzi tal-każ, lanqas jista’ jintlaqa’, u dan għal żewġ raġunijiet alternattivi, jew l-ilment jikkoinċidi mal-ksur tat-Trattat FUE, inkella huwa infondat.

    234.

    L-ewwel nett, l-użu ħażin ta’ poter, li l-użu ħażin ta’ proċedura tiegħu jikkostitwixxi “kategorija” ( 78 ), ma huwiex loġikament konċepibbli ħlief jekk l-awtur tal-att għandu setgħa ta’ diskrezzjoni wiesgħa. Barra minn hekk, ma huwiex possibbli meta jirrigwarda l-eżerċizzju ta’ kompetenza relatata ( 79 ). Fil-fatt, f’dan il‑każ l-użu ħażin ta’ poter jikkoinċidi neċessarjament mal-ksur tat-Trattat, peress li, jekk il-miżura adottata mill-istituzzjoni ma hijiex dik li imponiet il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, hija illegali, mingħajr ma jkun hemm bżonn li wieħed jistaqsi fuq il-motivazzjonijiet tal-awtur.

    235.

    Id-deċiżjoni li l-Kunsill ikun meħtieġ jieħu skont il-metodu “normali” għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet taqa’ taħt l-eżerċizzju ta’ kompetenza relatata. Għalhekk, jidhirli li l-kritika taqa’ taħt il-ksur tal-liġi, mingħajr ma jkun hemm bżonn li wieħed jistaqsi fuq il-motivazzjonijiet tal-Kunsill.

    236.

    It-tieni nett, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita, l-użu ħażin ta’ poter huwa kkostitwit meta istituzzjoni adottat att bl-għan esklużiv, jew minn tal-inqas determinanti, li jintlaħqu għanijiet differenti minn dawk indikati jew bil-għan li tiġi evitata proċedura prevista speċifikament mit-Trattat għaċ-ċirkustanzi li hija għandha tiffaċċja ( 80 ).

    237.

    F’dan il-każ, l-użu ħażin ta’ poter jimplika li jitfittex għan ieħor differenti minn dak li tittieħed inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ kriżi ekonomika serja.

    238.

    F’din il-kawża, il-Kummissjoni ma turix li d-deċiżjoni inkwistjoni kienet ispirata minn motivazzjonijiet differenti minn dawk iddikjarati fil-premessi ta’ din id-deċiżjoni. Rigward l-iżball eventwalment imwettaq mill-Kunsill fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ kriżi ekonomika serja, huwa ma jikkostitwixxix użu ħażin ta’ poter, iżda ksur tat-Trattat.

    – Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjoni legali mill-Kunsill, li ma setax iqis lilu nnifsu awtorizzat li ma jadottax il-proposta għal Regolament

    239.

    Il-motiv li jikkritika lill-Kunsill li rrifjuta li jadotta l-propossta għal Regolament u japplika, fir-realtà, l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ma jidhirlix li huwa fondat.

    240.

    Qabel kollox, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, il-Kunsill, ippreżentat bil-proposta għal Regolament, illimita ruħu li jirrifjuta l-applikazzjoni tal-metodu “normali”, mingħajr ma ddeċieda fil-kuntest tal-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    241.

    Sussegwentement, jien inqis li l-Kunsill, li rċieva kompetenza, skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikoli 1 u 3 tal-Anness XI tagħhom, sabiex jagħmel l-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet skont il‑metodu “normali”, huwa wkoll kompetenti sabiex jirrifjuta din tal-aħħar jekk il-kundizzjonijiet ma humiex sodisfatti.

    242.

    L-eżistenza ta’ kriżi ekonomika serja u f’daqqa tawtorizza lill-Kunsill li jirrifjuta l-proposta għal aġġustament skont il-metodu “normali”, peress li tobbliga lill-Kummissjoni li tippreżenta proposta xierqa bbażata fuq il-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    – Fuq il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni minħabba motivazzjoni insuffiċjenti u żbaljata

    243.

    Jien neskludi, mill-bidu, fir-rigward tal-kwistjoni prinċipali tar-rifjut għal aġġustament tar-remunerazzjonijiet, l-allegazzjoni ta’ insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, peress li d-deċiżjoni inkwistjoni tinkludi sittax-il premessa li jippreżentaw ir-raġunijiet għaliex il-Kunsill qies li ma kienx f’pożizzjoni li jadotta l-proposta għal Regolament.

    244.

    Għalhekk jibqa’ li jiġi eżaminat jekk id-deċiżjoni inkwistjoni hijiex ivvizzjata minn motivazzjoni żbaljata.

    245.

    Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija ffissata, għal żmien twil, fis-sens li, bħala regola ġenerali, il-qorti tal-Unjoni teżerċita stħarriġ limitat fuq l-evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, li jillimita ruħu għas-sanzjoni tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont formula mfakkra diversi drabi mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ att li jimplika tali evalwazzjoni għandu jkun limitat għall-verifika tal-osservazzjoni tar-regoli ta’ proċedura u ta’ motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti adottati sabiex issir l-għażla kkontestata, tan-nuqqas ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti jew tan-nuqqas ta’ abbuż ta’ poter ( 81 ).

    246.

    L-eżami tal-kwistjoni dwar jekk is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni ddeterjoratx b’mod serju jew f’daqqa jinvolvi evalwazzjoni fid-dawl tad-data oġġettiva kumplessa, li tinvolvi l-użu ta’ indikaturi multipliċi.

    247.

    Għalhekk, għandu jiġi ammess li l-qorti tal-Unjoni għandha tillimita l-istħarriġ li hija teżerċita fuq tali evalwazzjoni għan-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni, għall-eżattezza tal-fatti kif ukoll għan-nuqqas ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    248.

    Qabel jiġu eżaminati b’mod iktar preċiż l-ilmenti differenti fformulati mill-Kunsill u l-Istati Membri intervenjenti, jien ser infakkar il-punti ewlenin tal-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni eknomika u soċjali li wettqet il-Kummissjoni.

    249.

    Ir-Rapport fuq il-klawżola ta’ eċċezzjoni janalizza l-kundizzjonijiet ta’ implementazzoni ta’ din il-klawżola billi jsemmi li d-deterjorament tas-sitwazzjoni għandu mhux biss ikun serju u f’daqqa, iżda wkoll “tali li l-metodu ma jkunx jista’ jqisu b’mod xieraq minħabba n-natura eċċezzjonali tiegħu f’termini ta’ żmien u ta’ daqs” ( 82 ). Fil-fatt, huwa jibbaża fuq il-premessa li tipprovdi li “l-prinċipju tal-paralleliżmu mal-uffiċjali nazzjonali f’termini ta’ tibdil fil-kapaċità tal-akkwist, [...] għandu jinżamm ukoll fi żmien ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-Unjoni Ewropea” ( 83 ), li jimplika li l-klawżola ta’ eċċezzjoni ma għandhiex tiġi applikata meta l-metodu “normali” għandu l-“l-abilità [...] sabiex jirrifletti b’mod xieraq l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali fi ħdan l-[Unjoni] permezz tal-effett tagħhom fuq is-salarji tal-impjegati pubbliċi nazzjonali” ( 84 ).

    250.

    Ir-Rapport fuq il-klawżola ta’ eċċezzjoni jżid, fil-punt 4.1 tiegħu, li t-terminu “deterjorament” huwa użat sabiex jiddeskrivi aggravazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, li l-kwistjoni dwar jekk id-deterjorament huwa serju għandux jiġi deċiż “b’referenza kemm għad-dimensjoni kif ukoll għad-dewmien tal-impatti ekonomiċi u soċjali identifikati”, filwaqt li l-kwistjoni dwar jekk hijiex f’daqqa għandha tiġi eżaminata “fid-dawl tal-veloċità u l-prevedibbiltà [ta’ dawn l-]impatti ekonomiċi u soċjali”, b’tali mod li, skont il-Kummissjoni “huwa partikolarment importanti li ssir distinzjoni bejn iċ-ċaqliq normali taċ-ċiklu ekonomiku u dak ikkawżat minn avvenimenti esterni”.

    251.

    Sussegwentement, fl-eżaminazzjoni tal-indikaturi “oġġettivi” li jistgħu jintużaw, ir-Rapport fuq il-klawżola ta’ eċċezzjoni, li jindika li għandhom ikunu konformi ma’ sett ta’ prinċipji rilevanti u ġeneralment rikonoxxuti, juża ħmistax-il indikatur li jirrigwardaw l-attività ekonomika ( 85 ), il-finanzi pubbliċi ( 86 ), is-suq tax-xogħol ( 87 ) u l-klima ekonomika ( 88 ), billi jibbaża fuq il-previżjonijiet ekonomiċi Ewropew Pubbliċi mid-DĠ “Affarijiet ekonomiċi u finanzjajri” fit-13 ta’ Mejju 2011.

    252.

    Fl-aħħar, billi jikkonstata li dawn l-indikaturi juru li r-reċessjoni ntemmet fl-aħħar tal-Ħarifa tas-sena 2009 u li l-irkupru ekonomiku jkompli gradwalment fl-Unjoni, ir-Rapport fuq il-klawżola ta’ eċċezzjoni jirrileva n-nuqqas ta’ deterjorament serju u f’daqqa tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni “matul il-perijodu ta’ referenza mill-1 ta’ Lulju 2010 sa nofs Mejju 2011” kif ukoll in-nuqqas ta’ avveniment li ma seħħx jew seta’ jittieħed inkunsiderazzjoni permezz tal-metodu “normali” u jikkonkludi li ma hemmx lok li tiġi ppreżentata proposta skont l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

    253.

    Fil-Komunikazzjoni tagħha, ibbażata fuq “l-aktar żviluppi reċenti li saru fl-Unjoni Ewropea mill-Previżjoni Ekonomika Ewropea tar-Rebbiegħa sal-lum” ( 89 ), u b’mod partikolari fuq il-previżjonijiet ekonomiċi kkomunikati mid-DĠ “Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji” fl-10 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni hija iktar attenta u twettaq evalwazzjoni iktar sottili tas-sitwazzjoni.

    254.

    Hija tikkonferma l-konklużjoni tal-analiżi preċedenti filwaqt li tikkonstata, madankollu, deterjorament tal-perspettivi ekonomiċi u “tnaqqis kontinwu fl-attività ekonomika”, li madankollu l-metodu “normali” xorta jibqa’ jirrifletti.

    255.

    Skont il-Komunikazzjoni, għalkemm dawn il-previżjonijiet jindikaw tendenzi li sejrin għall-agħar għas-sena 2011 meta mqabbla mal-previżjonijiet ippubblikati fir-Rebbiegħa u “tal-fatt li l-ekonomija Ewropea bħalissa għaddejja minn taqlib ( 90 )”, madankollu, l-Unjoni ma hijiex taffronta s-sitwazzjoni straordinarja fejn ir-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali tal-Unjoni “ma [jkunux] aġġustat[i] malajr biżżejjed biex [j]ieħu inkonsiderazzjoni l-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-impjegati pubbliċi nazzjonali” ( 91 ).

    256.

    L-ilmenti li l-Kunsill u l-Istati Membri intervenjenti jifformulaw kontra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni jistgħu jitqassmu f’erba’ kategoriji skont jekk jikkonċernawx il-perijodu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, in-natura u n-numru ta’ indikaturi rilevanti, iż-żona ġeografika li fiha għandu jseħħ it-tnaqqis jew, fl-aħħar nett, iż-żamma tal-prinċipju tal-paralleliżmu bejn il-bidliet fir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni u dawk fir-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali nazzjonali.

    257.

    Sussegwentement jien ser neżamina dawn ir-raba’ settijiet ta’ lmenti sabiex naċċerta jekk il-Kummissjoni wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    258.

    L-ewwel ilment jirrigwarda l-perijodu li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni.

    259.

    Jien inqis li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset bħala perijodu ta’ eżami l-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2010 sa nofs Mejju 2011, fuq il-bażi li ma kienx hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu preċedenti, għaliex kien diġà ttieħed inkunsiderazzjoni għas-sena preċedenti, u li nofs Mejju 2011 kienet id-data tal-aħħar informazzjoni disponibbli.

    260.

    B’mod ġenerali, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ma jistax jieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe kriżi, iżda biss dik li hija partikolarment sinjifikattiva minħabba “li sseħħ f’daqqa”. Sabiex jiġi ddeterminat jekk avveniment għandux natura “li jseħħ f’daqqa”, jidher li huwa loġiku li wieħed jiffoka fuq it-tul tiegħu u li jitqies li avveniment diffiċilment li jiġi llokalizzat rationae temporis u li huwa r-riżultat ta’ proċess ta’ żvilupp progressiv ma huwiex f’daqqa.

    261.

    Fil-fehma tiegħi, minn dan jirriżulta li l-kriterju “li jseħħ f’daqqa”, impost mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kriżijiet fit-tul, minkejja serji, u jimplika li għandu jiġi limitat rationae temoporis il-perijodu ta’ evalwazzjoni.

    262.

    Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet, fis-sentenza tagħha tal-24 ta’ Novembru 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, il-prinċipju li jipprovdi li l-użu tal-klawżola ta’ eċċezzjoni jimplika deterjorament tas-sitwazzjoni li l-metodu “normali” ma jiħux inkunsiderazzjoni b’rapidità suffiċjenti, inkwantu dan il-metodu jaħdem ma’ differenza rationae temporis ( 92 ). Barra minn hekk, il-Kunsill ma jikkontestax dan il-prinċipju, li jirreferi għalih fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu.

    263.

    Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta b’mod ċar li l-ġustifikazzjoni għall-użu tal-klawżola ta’ eċċezzjoni tinsab fir-rapidità insuffiċjenti tal-metodu “normali” sabiex jieħu inkunsiderazzjoni kriżi f’daqqa. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi identifikat avveniment jew serje ta’ avvenimenti li jseħħu matul perijodu speċifiku u riċenti.

    264.

    Fir-rigward tal-bidu tal-perijodu ta’ evalwazzjoni, il-Kummissjoni ġustament issostni li l-perijodu qabel l-1 ta’ Lulju 2010 ma tteħidx inkunsiderazzjoni, peress li jikkorrispondi għas-sena preċedenti, li għalih il-Kunsill ma talabx l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    265.

    Barra minn hekk, jien nikkonstata li l-Kunsill ma jikkritikax direttament lill-Kummissjoni li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kriżi tas-snin 2008 u 2009, iżda pjuttost jikkritikaha li ma ħaditx inkunsiderazzjoni “effetti persistenti” ta’ din il-kriżi fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali matul il-perijodu ta’ referenza, billi speċifika li l-kriżi “għandha l-effett li trendi s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta’ ħafna mill-Istat Membri estremament fraġli” ( 93 ).

    266.

    Madankollu, il-fatt li l-kriżi tas-snin 2008 u 2009 tista’ tipproduċi effetti persistenti matul il-perijodu ta’ referenza ma jiskwalifikax l-għażla magħmula mill-Kummissjoni, sakemm l-indikaturi użati jkejlu biss il-konsegwenzi ta’ avvenimenti ġodda li seħħew matul dan il-perijodu.

    267.

    Għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni kejlet globalment is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali matul il-perijodu ta’ referenza, mingħajr ma eskludiet l-eventwali effetti tal-kriżi preċedenti. B’mod partikolari, jekk hija ħadet inkunsiderazzjoni b’mod loġiku l-“inizjazzjoni” ta’ rkupru ekonomiku li seħħ matul is-sena 2010, il-Kummissjoni semmiet ukoll l-istat preokkupanti tal-finanzi pubbliċi u l-effett negattiv tal-interventi tal-Istati Membri, billi rrilevat b’mod partikolari li, bejn is-snin 2007 u 2009, l-iżbilanċ baġitarju pubbliku globalment kien inqabeż b’inqas minn 1 % tal-PGD sa kważi 7 % tal-PGD.

    268.

    Fir-rigward tat-tmiem tal-perijodu ta’ evalwazzjoni, għandu jiżdied li l-Kummissjoni u l-Kunsill jidhru, fir-realtà, li jaqblu impliċitament fuq il-fatt li t-tmiem tal-perijodu għandu jikkorrispondi għad-data li fiha d-data l-iktar riċenti saret disponibbli.

    269.

    Il-kritika li tipprovdi li l-approċċ tal-Kummissjoni jinnega r-realtà ekonomika u jċaħħad lill-klawżola ta’ eċċezzjoni minn kull effettività tibbaża, definittivament, fuq viżjoni żbaljata ta’ dan l-approċċ. Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Kunsill, mill-analiżi tal-Kummissjoni ma jirriżultax li hija kellha l-intenzjoni li tikkoinċidi perfettament il-bidu u t-tmiem tal-kriżi mal-perijodu ta’ referenza kopert mill-metodu “normali”. Għalhekk, il-Kummissjoni ma stennietx it-tmiem ta’ dan il-perijodu sabiex twettaq l-analiżi tagħha u sabiex tevalwa l-applikabbiltà tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Bil-kontra, mir-Rapport fuq il-klawżola ta’ eċċezzjoni tagħha u mill-Komunikazzjoni tagħha jirriżulta li, jekk hija kienet ikkonstatat deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali bejn ix-xahar ta’ Lulju 2010 u nofs Mejju 2011, għalhekk matul perijodu differenti mill-perijodu ta’ referenza, hija setgħet tiddeċiedi ġġustifikata l-implementazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    270.

    Definittivament, ma jidhirx li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-għażla tal-perijodu ta’ evalwazzjoni tas-sitwazzjoni.

    271.

    It-tieni lment jirrigwarda n-natura u n-numru ta’ indikaturi rilevanti.

    272.

    Il-Kunsill isostni li l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni għandha ssir fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fis-sens wiesa’ u ma tistax issir fid-dawl taż-żewġ parametri determinanti għall-aġġustament annwali skont il-metodu “normali”. B’mod partikolari, huwa jikkritika lill-Kummissjoni li ħadet inkunsiderazzjoni biss it-tnaqqis fil-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali nazzjonali fit-tmien Stati Membri li jservu bħala referenza għall-applikazzjoni tal-metodu “normali” u li injorat in-numru kbir ta’ miżuri oħrajn ta’ konsolidazzjoni li jaffettwaw is-servizzi pubbliċi nazzjonali. Huwa jilmenta wkoll lill-Kummissjoni li naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni ċertu numru ta’ indikaturi essenzjali oħra.

    273.

    L-ewwel kritika jidhirli li hija intiża li tfalli, għaliex nieqsa mill-fatt, peress li l-Kummissjoni ma evalwatx is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali billi bbażat ruħha fuq ir-riżultat tal-applikazzjoni tal-metodu “normali”, li jieħu inkunsidrazzjoni l-bidliet fil-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali fi tmien Stati Membri ta’ referenza. Kif jien fakkart ( 94 ), l-evalwazzjoni twettqet abbażi ta’ grupp ta’ ħmistax-il indikatur intiżi li jkopru kemm il-qasam ekonomiku kif ukoll dak soċjali. B’mod partikolari, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-bidliet fir-remunerazzjonijiet fis-settur pubbliku fil-livell tal-Unjoni kollha. Hija lanqas ma naqset milli tikkunsidra miżuri ta’ awsterità baġitarji adottati mill-Istati Membri, peress li hija semmiet il-konsegwenzi tal-kriżi li ser ikomplu jinħassu matul perijodu twil għall-uffiċjali minħabba l-ħtieġa li jsir tnaqqis sinifikanti fl-infiq pubbliku fis-snin li ġejjin.” ( 95 ).

    274.

    It-tieni kritika dwar l-omissjoni ta’ ċerti indikaturi essenzjali ma jidhirlix li hija fondata.

    275.

    Billi llimita ruħu li jipprovdi li l-evalwazzjoni għandha titwettaq abbażi ta’ data oġġettiva pprovduta mill-Kummissjoni, mingħajr ma abbozza lista, anki jekk hija sempliċement indikattiva, ta’ indikaturi rilevanti, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla lil din l-istituzzjoni marġni ta’ flessibbiltà fl-identifikazzjoni ta’ indikaturi li jirriflettu l-bidliet fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali. Barra minn hekk, minħabba n-natura partikolarment vaga tal-kunċett ta’ sitwazzjoni ekonomika u soċjali, il-proċedura ta’ evalwazzjoni tinkludi neċessarjament elementi li jistgħu jittejbu.

    276.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex suffiċjenti għall-Kunsill li jallega li indikaturi oħra, minbarra l-ħmistax adottati, kienu disponibbli sabiex jintwera li l-analiżi tal-Kummissjoni tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    277.

    Barra minn hekk, ċerti indikaturi mressqa mill-Kunsill juru l-limiti tagħhom wisq malajr, bħal, volatili, ibbażat fuq il-ġbir tad-dejn pubbliku mill-awturi fis-swieq finanzjarji.

    278.

    Għalhekk ma huwiex stabbilit li l-komprensjoni tas-sitwazzjoni li tirriżulta mit-tabbella tal-analiżi adottati mill-Kummissjoni tirriżulta minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    279.

    It-tielet ilment jirrigwarda ż-żona ġeografika li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni.

    280.

    Il-Kunsill u l-Istati Membri intervenjenti jikkritikaw, essenzjalment, lill-Kummissjoni, minn naħa, li llimitat ruħha li tanalizza s-sitwazzjoni fl-Istati Membri li jifformaw il-kampjun ta’ referenza għall-istabbiliment ta’ indikaturi speċifiċi użati fil-metodu “normali” u, min-naħa l-oħra, li ma ħaditx inkunsiderazzjoni sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ ċerti Stati Membri li joħolqu riskji għall-Unjoni kollha.

    281.

    Dan l-ilment doppju huwa infondat.

    282.

    Minn naħa, mir-Rapport fuq il-klawżola ta’ eċċezzjoni u mill-Komunikazzjoni jirriżulta li l-Kummissjoni analizzat data li tirrigwarda l-Unjoni kollha, mingħajr ma eskludiet wieħed jew diversi Stati Membri bil-pretest li ma jifformawx parti mill-kampjun ta’ referenza.

    283.

    Min-naħa l-oħra, is-sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ ċerti Stati Membri huma neċessarjament riflessi fid-data ġenerali li tirrigwarda l-Unjoni kollha u li fuqha l-Kummissjoni bbażat ir-raġunament tagħha. It-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali “ġewwa l-Unjoni” jimplika, loġikament, li d-data tirrifletti mhux biss is-sitwazzjoni tal-Istati Membri li qed jaffrontaw sitwazzjoni diffiċli, iżda wkoll dik tal-Istati Membri li s-sitwazzjoni tagħhom hija aħjar. Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma tinjorax differenzi li jistgħu jeżistu bejn l-Istati Membri. Għalhekk, fir-rigward tar-rata ta’ qgħad, hija kienet attenta li ssemmi d-differenzi fil-bidliet bejn Stati Membri, iżda, billi qiegħdet dawn l-elementi fil-perspettiva fir-rigward tas-sitwazzjoni ġenerali, hija qieset li s-sitwazzjonijiet f’ċerti Stati Membri ma jiġġustifikawx l-użu tal-klawżola ta’ eċċezzjoni.

    284.

    B’mod iktar ġenerali, ir-raba’ lment jirrigwarda ż-żamma tal-paralleliżmu bejn l-aġġustament tar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni u dak tal-uffiċjali nazzjonali. Il-Kummissjoni hija kkritikata li wettqet interpretazzjoni wisq restrittiva tal-klawżola ta’ eċċezzjoni billi qieset li hija kellha tintuża biss fil-każ fejn id-degradazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali għadha ma hijiex riflessa permezz tat-telf tal-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali nazzjonali, li jirrifletti permezz tal-applikazzjoni tal-metodu “normali”.

    285.

    Ma jidhirlix li dan l-ilment huwa iktar fondat mill-preċedenti.

    286.

    Huwa paċifiku li l-metodu “normali” ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali tal-Unjoni jibbaża, sa mill-bidu, fuq il-prinċipju ta’ paralleliżmu bejn il-bidliet fil-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali tal-Unjoni u dawk fil-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali nazzjonali. Dan il-prinċipju stabbilixxa l-użu ta’ indikaturi speċifiċi, intiżi li jagħtu immaġni kemm jista’ jkun fidili tal-bidliet taż-żieda u tat-tnaqqis fil-kapaċità ta’ akkwist tar-remunerazzjonijiet fis-servizzi pubbliċi nazzjonali. Id-degradazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ġewwa l-Unjoni għandha, kif il-Kunsill stess irrikonoxxa ( 96 ), effett fuq ir-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali nazzjonali, b’tali li mod li hija riflessa, għalkemm parzjalment u b’ċerta differenza, fl-applikazzjoni tal-metodu “normali”.

    287.

    Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Kunsill, il-Kummissjoni ma tiċħadx li t-tnaqqis fil-kapaċità ta’ akkwist tal-uffiċjali tal-Unjoni li jista’ jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu jista’ jkun insuffiċjenti fid-dawl tas-severità u tal-element f’daqqa ta’ kriżi li laqtet l-Unjoni, iżda hija tqis li l-kriżi tas-sena 2011 ma kellhiex effett li jiġġustifika li jittieħdu miżuri li jmorru lil hinn minn dak li kien diġà rifless mill-applikazzjoni tal-metodu “normali”.

    288.

    Il-Kunsill ma jurix li din l-evalwazzjoni tibbaża fuq analiżi parzjali jew ineżatta tad-data disponibbli jew li injorat jew li naqqset ċerti indikaturi favur oħrajn madankollu inqas rilevanti. Jekk id-data li hija l-bażi għall-evalwazzjoni hija oġġettiva, l-analiżi magħmula u d-determinazzjoni tal-grad ta’ rappreżentattività attribwit għal kull waħda minn din id-data jibbażaw neċessarjament fuq parti ta’ suġġettività. L-ebda lment ifformulat ma juri li l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni teċċedi l-marġni ta’ azzjoni rikonoxxut lil din l-istituzzjoni u huwa vvizzjat minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    289.

    Jekk id-degradazzjoni tas-sitwazzjoni tista’ ġġiegħel li tiġi influwenzata l-politika tas-salarji u tiġġustifika, skont il-każ, tnaqqis fil-kapaċità ta’ akkwist, dawn il-bidliet għandhom ikunu konformi u josservaw ir-regoli ffissati mir-Regolamenti tal-Persunal u l-garanziji li dan jirrikonoxxi lill-uffiċjali u lill-impjegati oħra tal-Unjoni.

    290.

    Fil-kuntest tas-setgħat li jikkonferixxilu l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill jimpenja ruħu li josserva, matul perijodu stabbilit, proċedura vinkolanti u awtomatika ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet, similarment ma’ proċedura ta’ salvagwardja li għandha bħala punt ewlieni l-obbligu li jiġi kkonstatat, mill-Kummissjoni, kriżi ekonomika “kwalifikata”, u teżiġi sussegwentement sentenza ta’ opportunità mwettqa skont il-proċedura leġiżlattiva, mill-Kunsill u mill-Parlament.

    291.

    Ir-rigorożità tal-kundizzjonijiet proċedurali u sostantivi neċessarji għall-implementazzjoni tal-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni ma tistax tiġġustifika li l-Kunsill jillibera ruħu unilateralment minn dawn il-kundizzjonijiet, għall-prezz ta’ nuqqas doppju għar-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal u għall-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi li l-uffiċjali u l-aġenti oħra tal-Unjoni jistgħu jitolbu.

    292.

    Ovvjament, xejn ma jipprevjeni li ssir emenda tar-Regolamenti tal-Persunal sabiex tipprovdi proċedura oħra li għaddiet fil-31 ta’ Diċembru 2012, data tat-tmiem tal-metodu.

    293.

    F’dan ir-rigward, sabiex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-loġika mekkanika tal-aġġustament li jsegwi l-metodu “normali” u n-nuqqas ta’ awtomatiċità tal-implementazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni, il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-2 ta’ Lulju 2013 ( 97 ) tipprovdi speċifikament l-istabbiliment ta’ klawżola ta’ eċċezzjoni ġdida li għandha natura awtomatika, peress li hija tintuża mekkanikament fil-każ ta’ tnaqqis fil-PGD tal-Unjoni ( 98 ).

    294.

    Barra minn hekk, huwa intriganti li jiġi kkonstatat li l-applikazzjoni ta’ din il-klawżola ta’ eċċezzjoni l-ġdida waslet fl-2011, fid-dawl taż-żieda tal-PGD ( 99 ), għall-aċċettazzjoni tal-Proposta għal Regolament.

    295.

    B’mod definittiv, peress li jien inqis li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ma hijiex ivvizzjata minn żball manifest, jien nikkonkludi li d-deċiżjoni kkontestata tiġi annullata sa fejn tirrifjuta l-aġġustament tar-remunerazzjonijiet.

    296.

    Jien ser insemmi biss fil-qosor il-kwistjoni tal-aġġustament tal-koeffiċjenti, li ma jidhirlix li tqajjem diffikultà partikolari.

    297.

    Tabilħaqq ta’ żewġ affarijiet.

    298.

    Għalhekk il-proċedura tal-klawżola ta’ eċċezzjoni tapplika wkoll għall-aġġustament tal-koeffiċjenti korrettivi u d-deċiżjoni li tirrifjuta li jiġu aġġustati dawn tal-aħħar hija illegali għall-istess raġunijiet bħal dik li tirrifjuta li jiġi aġġustati r-remunerazzjonijiet.

    299.

    B’hekk, kif naħseb jien, l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal ma jistax jiġġustifika rifjut li jiġu adottati l-koeffiċjenti korrettivi u, f’dan il-każ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tiġi annullata, peress li ma tinkludi ebda motivazzjoni li tispjega r-raġunijiet għaliex il-Kunsill jipprekludi dan l-aġġustament.

    300.

    Konsegwentement, jien nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha.

    V – Ir-rikors fil-Kawża C‑66/12

    301.

    Fl-ewwel lok, ser nesponi r-raġunijiet għaliex jien nistieden, prinċipalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad dan ir-rikors mingħajr ma jkun neċessarju li tiddeċiedi fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni.

    302.

    Fit-tieni lok u sussisdjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx ma’ din il-perspettiva, jien ser niddikjara r-raġunijiet għaliex din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà jidhirli li għandha tintlaqa’.

    A – Il-mertu tar-rikors

    1. L-osservazzjonijiet tal-partijiet fil-kawża prinċipali u l-intervenjenti.

    303.

    Peress li l-argumenti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tad-Danimarka, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u tar-Renju Unit diġà ġew esposti meta sar l-eżami tal-mertu tar-rikors fil-Kawża C‑63/12, jien ser nippreżenta biss l-motivi mressqa mill-Irlanda u r-Repubblika Franċiża.

    a) L-Irlanda

    304.

    L-Irlanda ssostni li tfixkil serju u f’daqqa jista’ jiġi kkostitwit mill-probabbiltà li l-Istati Membri għandhom żbilanċ baġitarju u tqis li l-Kunsill jista’ jmur lil hinn mid-data pprovduta mill-Kummissjoni meta jevalwa r-riskju li jara l-kriżi tiggrava.

    305.

    Hija tikkritika lill-Kummissjoni li ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod korrett l-istat tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri, filwaqt li huwa l-element karatteristiku u fundamentali tal-kriżi ekonomika u attwali.

    306.

    B’attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni Irlandiża, hija tindika li implementat aġġustamenti baġitarji fuq skala kbira, li kienu b’mod partikolari jinkludu tnaqqis fis-salarji tas-servizz pubbliku, u assumiet diversi impenji sabiex tippreserva s-settur bankarju. L-Irlanda ssemmi wkoll it-tnaqqis sinjifikattiv fil-PGD reali matul is-snin 2008 sa 2010, segwit, fl-2011, minn tnaqqis fil-Prodott Gross Nazzjonali (PGN), iż-żieda fid-dejn pubbliku, it-tnaqqis fl-impjiegi u l-inflazzjoni dgħajfa, li jirrifletti d-dgħjufija kontinwa tal-ekonomija domestika fl-Irlanda.

    b) Ir-Repubblika Franċiża

    307.

    Ir-Repubblika Franċiża ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżerċita stħarriġ normali fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tapplika l-klawżola ta’ eċċezzjoni, b’mod partikolari peress li l-Kummissjoni ma għandhiex marġni ta’ diskrezzjoni fl-implementazzjoni ta’ din il-klawżola u li l-kumplessità tal-evalwazzjonijiet li għandhom jitwettqu ma hijiex biżżejjed sabiex tiġġustifika l-limitazzjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju.

    308.

    Dan l-Istat Membru jaqbel mal-argument tal-Kunsill kemm fir-rigward tal-limitazzjoni rationae temporis tad-data rilevanti kif ukoll fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-severità u tal-element f’daqqa tas-sitwazzjoni.

    309.

    Hija tqis li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-data oġġettiva u rilevanti kollha u tenfasizza, b’mod iktar partikolari fir-rigward tar-Repubblika Franċiża, li l-miżuri ta’ aġġustament baġitarji adottati b’reazzjoni għall-kriżi wasslu għal ibblokkar tal-bidliet ta’ żewġ komponenti prinċipali tar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, wara l-iffriżar tal-punt ta’ indiċi. Fil-fehma tagħha, id-differenza ta’ sena kkawżata mill-metodu “normali” ma tippermettix aġġustament suffiċjentement rapidu.

    310.

    Barra minn hekk, ir-Repubblika Franċiża tqis li l-Kummissjoni injorat u naqqset is-severità tal-kriżi u adottat interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Anness XI li jagħmel eċċessivament diffiċli, jekk mhux impossibbli, li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li jippermettu li ssir deroga għall-metodu “normali”.

    311.

    Fl-aħħar, hija tenfasizza li l-Kummissjoni għandha, bħala gwardjan tal-interess ġenerali tal-Unjoni, dmirijiet speċifiċi u li ma tistax teżenta lill-uffiċjali tal-Unjoni mill-isforz kollettiv neċessarju mogħti mill-uffiċjali tal-Istati Membri sabiex jippromwovu l-iżbilanċi baġitarji u sabiex jiffaċċjaw kriżi straordinarja fl-istorja tal-Unjoni.

    2. L-evalwazzjoni tiegħi

    312.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li l-qorti tal-Unjoni tista’ tevalwa, skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ, jekk amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja tiġġustifikax li rikors jiġi miċħud fil-mertu, mingħajr ma tiddeċiedi minn qabel fuq l-inammissibbiltà tiegħu ( 100 ).

    313.

    L-użu tal-metodu tal-inversjoni tal-ordni loġika — jew naturali — tal-eżami tad-domandi huwa kultant diskuss ( 101 ). Madankollu, jekk hemm ipoteżi li fiha l-prinċipji ta’ ekonomija tal-ġustizzja u ta’ amministrazzjoni tajba jiġġustifikaw li tingħata deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors mingħajr ma tiġi eżaminata l-ammissibbiltà, hija meta ċ-ċaħda tar-rikors hija imposta, konsegwentement, minħabba d-deċiżjoni meħuda fuq rikors konness ieħor.

    314.

    Dan huwa preċiżament il-każ.

    315.

    Diġà kellha l-okkażjoni li nenfasizza r-rabta ta’ konnessjoni bejn it-tliet kawżi li huma s-suġġett ta’ dawn il-konklużjonijiet u l-interindipendenza bejn il-motivi mqajma ( 102 ).

    316.

    Jekk, kif jien nipproponi, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, fil-Kawża C‑63/12, li tilqa’ r-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata minħabba li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-klawżola ta’ eċċezzjoni ma kinux sodisfatti ( 103 ), hija tista’ biss tiċħad, konsegwentement, ir-rikors għal annullament li permezz tiegħu l-Kunsill ikkritika lill-Kummissjoni li wettqet, fiż-żewġ atti preparatorji għad-deċiżjoni kkontestata, żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    317.

    Għaldaqstant, jien nikkonkludi, prinċipalment, li r-rikors fil-Kawża C‑66/12 għandu jiġi miċħud.

    318.

    Huwa għalhekk biss sussidjarjament li jien ser neżamina l-kwistjoni, kumplessa u delikata, tal-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors.

    B – L-ammissibbiltà tar-rikors

    1. L-osservazzjonijiet tal-partijiet fil-kawża prinċipali u l-intervenjenti

    319.

    Il-Kummissjoni tqajjem l-inammissibbiltà tar-rikors kollu kemm hu, peress li l-Kunsill iddeċieda li ma jeżerċitax dan ir-rikors b’maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, sitt delegati ddikjaraw, waqt id-diskussjoni fi ħdan il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper), li huma ser jastjenu u l-punt ġie adottat mingħajr dibattitu waqt il-Kunsill “Ambjent” tad-19 ta’ Diċembru 2011.

    320.

    Il-Kummissjoni ssostni li, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-Artikolu 16(3) TUE, jipprovdi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata, ħlief fil-każ meta t-Trattati jipprovdu b’mod ieħor. Jekk il-Kunsill irrefera f’dan il-każ għall-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 240(3) TFUE, li jawtorizza lill-Kunsill li jiddeċiedi b’maġġoranza sempliċi għall-kwistjonijiet proċedurali kif ukoll għall-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura, id-deċiżjoni li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja, jekk tipproduċi effetti legali vinkolanti, ma tikkostitwixxix, madankollu, sempliċi kwistjoni proċedurali u tinkludi, għall-kuntrarju, deċiżjoni ta’ prinċipju fuq il-mertu, billi tesprimi l-oppożizzjoni tal-Kunsill għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni tal-metodu.

    321.

    Peress li l-Kunsill ma aġixxiex b’maġġoranza kkwalifikata, id-deċiżjoni li tiġi adita l-Qorti għandha tiġi kkunsidrata bħala li ma ġietx adottata. Fil-fatt, ir-Regoli ta’ Proċedura stabbiliti bit-Trattati ma humiex għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri jew tal-istitituzzjonijiet tal-Unjoni u jippreżentaw importanza fundamentali. Barra minn hekk, meta l-volontà tar-rikorrent li jippreżenta rikors ma hijiex stabbilita, ir-rikors għandu jiġi ddikjarat inammissibbli.

    322.

    Il-Kunsill jirrispondi li d-deċiżjoni li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja hija, minnha nnifisha, deċiżjoni ta’ proċedura u mhux deċiżjoni ta’ mertu, peress li hija ma għandhiex bħala suġġett l-adozzjoni ta’ att jew ta’ miżura previsti mit-Trattati u ma tinkludi ebda deċiżjoni ta’ mertu tal-kwistjonijiet legali ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja.

    323.

    Billi jargumenta li, qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, huwa dejjem qies — mingħajr ma kien kontradett mill-Kummissjoni, li r-regola ta’ vot għal deċiżjoni li jitressqu proċeduri ġudizzjarji ma ssegwix dik prevista għall-bażi legali speċifika li tirregola l-qasam li jaqgħu taħtu l-kwistjonijiet ta’ mertu ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, iżda kienet ir-regola fil-kontumaċja tal-maġġoranza sempliċi prevista fl-Artikolu 205(1) KE, il-Kunsill isostni li l-Artikolu 16(3) TUE jistabbilixxi l-vot b’maġġoranza kkwalifikata mhux bħala prinċipju ġenerali, iżda sempliċement bħala regola fil-kontumaċja.

    324.

    Barra minn hekk, jekk jiġi preżunt li d-deċiżjoni li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi adottata b’maġġoranza kkwalifikata, ikun meħtieġ, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, anness ma-Trattati UE u FUE, li jinġabru tal-inqas 255 vot li jesprimu l-vot favorevoli tal-inqas żewġ terzi tal-membri tal-Kunsill, peress li tali deċiżjoni ma tittiħidx fuq proposta tal-Kummissjoni. Għalhekk, paradossalment, l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja ssir iktar diffiċli mill-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet politiċi importanti, għalkemm ma jeżisti ebda indizju li l-awturi tat-Trattat ta’ Lisbona kellhom l-intenzjoni li jnaqqsu l-possibbiltajiet għall-Kunsill li jasserixxi d-drittijiet tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u li joħolqu żbilanċ bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-Kummissjoni tiddeċiedi, min-naħa tagħha, b’maġġoranza tal-membri tagħha fuq il-preżentata ta’ rikors ( 104 ).

    325.

    Ir-Renju ta’ Spanja jżid li tiġi limitata l-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors ġudizzjarju jikkawża preġudizzju lill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, anki jekk it-Trattat ta’ Lisbona ma għandux bħala għan li jrendi iktar diffiċli l-eżerċizzju ta’ azzjonijiet legali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-regola tal-maġġoranza kkwalifikata ma tkunx koerenti mal-prattika ta’ istituzzjonijiet oħrajn, li r-Regoli ta’ Proċedura tagħhom jiffavorixxu l-azzjonijiet legali, u jaffettwaw il-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali, billi timpedixxi istituzzjoni milli tippreżenta rikors sabiex tiddefendi l-kompetenzi tagħha.

    326.

    Ir-Repubblika Franċiża ssostni li l-uniċi dispożizzjonijiet espressi tat-Trattat dwar ir-regola tal-maġġoranza applikabbli għall-każijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-Kunsill huma dawk li jinsabu fl-Artikoli 245 TFUE u 247 TFUE, għar-rikors intiż għat-tneħħija ta’ membru tal-Kummissjoni, u ssostni li huwa iktar paradossali li tiġi imposta regola ta’ maġġoranza iktar stretta għall-preżentazzjoni ta’ rikors għal annullament jew għal rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni milli għal rikors għal tneħħija li l-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni ta’ proċeduri għal tneħħija huma tradizzjonalment akkumpanjati minn regoli protettivi, iġġustifikati mill-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri u l-prinċipju ta’ kontinwità tal-Gvern.

    327.

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jitlob li l-Artikolu 240(3) TFUE ma jiġix interpretat b’mod strett wisq. Skont dan l-Istat Membru, id-deċiżjoni, jekk tiġi preżunta illegali, għandha titqies valida minħabba l-preżunzjoni tal-legalità marbuta mal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sakemm dawn ma ġewx irtirati jew annullati.

    328.

    Ir-Renju Unit isostni li, jekk jiġi preżunt li d-deċiżjoni kellha tittieħed b’maġġoranza kkwalifikata, din il-maġġoranza kkwalifikata ġiet ipprovduta mill-Kunsill “Ambjent” tad-19 ta’ Diċembru 2011, peress li l-kwistjoni, taħt il-Punt A tal-aġenda, ġiet adottata b’kunsens tal-Kunsill, inkwantu l-ebda membru ma esprima opinjoni, ma talab li d-dikjarazzjonijiet jiġu rreġistrati fil-minuti jew issuġġerixxa li l-punt jista’ jwassal għal dibattitu ġdid li jiġġustifika t-tneħħija tiegħu mill-aġenda.

    329.

    Il-Kummissjoni tistaqsi fuq l-ammissibbiltà tal-motiv imqajjem mir-Renju Unit, intervenjent, sa fejn il-Kunsill, rikorrent, ma jikkontestax li adotta d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza sempliċi. Fuq il-mertu, hija ssostni l-adozzjoni ta’ punt “mingħajr dibattitu” ma jfissirx l-adozzjoni tiegħu unanimament u li min-nota tal-Coreper lill-Kunsill ( 105 ) u mil-lista tal-punti A proposti għall-adozzjoni mill-Kunsill ( 106 ) jirriżulta b’mod ċar li ma kienx hemm maġġoranza kkwalifikata tal-membri tal-Kunsill favur tad-deċiżjoni.

    2. L-evalwazzjoni tiegħi

    330.

    Qabel tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk id-deċiżjoni li jintalab annullament jew għal nuqqas li tittieħed azzjoni teħtieġx il-maġġoranza fil-Kunsill, jidhirli li huwa neċessarju li jiġi vverifikat, preliminarjament, b’liema maġġoranza effettivament ittieħdet id-deċiżjoni, peress li, jekk hija kienet ittieħdet b’maġġoranza kkwalifikata, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni ma għandhiex bażi fattwali.

    331.

    Qabel kollox, ir-Renju Unit, intervenjent, jitlobni nwettaq din il-verifika, b’mezz li, kuntrarjament għall-argument imressaq mill-Kummissjoni, ma jistax jiġi ddikjarat inammissibbli. Fil-fatt, il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 129(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jipprovdi li l-għan tal-intervent jista’ jkun biss li jiġu sostnuti, it-talbiet ta’ waħda mill-partijiet, ma jipprekludix lill-intervenjent milli jinvoka argumenti tiegħu.

    332.

    Sussegwentment, inqis, fi kwalunkwe każ, li hija l-Qorti tal-Ġustizzja, li quddiemha jitqajjem l-eċċezzjoni ta’ inammissibiltà bbażata fuq nuqqas ta’ maġġoranza, li għandha tivverifika, jekk ikun meħtieġ ex officio, b’liema maġġoranza ttieħdet id-deċiżjoni kkontestata.

    333.

    Fid-dawl tal-provi prodotti mill-partijiet, u b’mod partikolari tan-nota tal-Coreper lill-Kunsill, li tattesta li sitt delegazzjonijiet kienu indikaw li huma jastjenu ( 107 ), u tal-lista tal-punti A eżaminati waqt is-Sezzjoni 3139 tal-Kunsill “Ambjent”, għandu jitqies li d-deċiżjonijiet ma kinux is-suġġett ta’ vot b’maġġoranza “speċjali” meħtieġa meta l-Kunsill jiddeċiedi fuq proposta tal-Kummissjoni ( 108 ).

    334.

    Jibqa’ li jiġi stabbilit jekk din il-maġġoranza hijiex meħtieġa jew le għall-eżerċizzju ta’ rikors għal annullament jew għal rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni.

    335.

    Qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-Artikolu 205(1) KE kien jipprovdi bħala regola għal vot applikabbli fil-kontumaċja fil-Kunsill “il-maġġoranza tal-membri tiegħu”, jew il-maġġoranza sempliċi, l-Istati Membri jitqiegħdu għalhekk fuq bażi ugwali.

    336.

    Fir-realtà, din ir-regola tippreżenta natura artifiċjali, ġeneralment il-Kunsill jivvota bl-unanimità jew b’maġġoranza kkwalifikata u ma jivvotax b’maġġoranza sempliċi ħlief f’numru ta’ każijiet limitati ħafna.

    337.

    Is-sostituzzjoni tar-regola tal-maġġoranza kkwalifikata b’dik tal-maġġoranza sempliċi bħala regola fil-kontumaċja komuni tqieset għalhekk li temmet din l-istramberija, billi tqarrab il-kliem tal-liġi tar-realtà.

    338.

    Hija obbligat l-awturi tat-Trattat ta’ Lisbona sabiex jelenkaw espressament il-każijiet li fihom, b’eċċezzjoni, il-maġġoranza sempliċi hija applikabbli.

    339.

    Għalhekk, it-Trattat ta’ Lisbona u l-Protokoll Nru 1 li jemenda l-protokolli annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u/jew mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika, anness mat-Trattat ta’ Lisbona, jinkludi, fost “emendi orizzontali” tagħhom, dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jinkludu l-kliem “jaġixxi b’maġġoranza sempliċi”, wara l-kliem “il-Kunsill”.

    340.

    L-Artikolu 2 A 3 tat-Trattat ta’ Lisbona jemenda f’dan is-sens seba’ dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE, jiġifieri l-ewwel paragrafu tal-Artikoli 150 TFUE, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 160 u l-Artikolu 242 TFUE, dwar il-ħolqien ta’ kumitati ta’ konsulenza ( 109 ) u dwar l-adozzjoni tal-istatut tal-kumitati previsti mit-Trattati, l-Artikolu 241 TFUE, dwar ir-rikors quddiem il-Kummissjoni sabiex twettaq studji u tippreżenta lill-Kunsill proposti xierqa, l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 245 TFUE u l-Artikolu 247 TFUE dwar ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi fuq l-irtirar ex officio ta’ membru tal-Kummissjoni, u fl-aħħar nett, l-Artikolu 337 TFUE, dwar l-iffissar ta’ kundizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista’ tiġbor informazzjoni u twettaq verifiki neċessarji.

    341.

    L-Artikolu 1 A 7(a) u (b) tal-Protokoll Nru 1, imsemmi iktar ’il fuq, jemenda r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 4 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tal-Protokoll dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dwar l-għoti ta’ deroga bil-ħsieb tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali u n-nomina ta’ assistenti relaturi, rispettivament, kif ukoll l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal‑Artikolu tal‑Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-forma tal-laissez-passer li jistgħu jinħarġu lill-membri u lill-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-Presidenti tagħhom.

    342.

    Barra minn hekk, it-Trattat ta’ Lisbona emenda l-Artikolu 207 KE dwar l-organizzazzjoni tal-Kunsill. Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 240(2) TFUE jipprovdi li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni tas-Segretarjat Ġenerali b’maġġoranza sempliċi, filwaqt li l-Artikolu 240(3) TFUE jipprovdi li l-Kunsill “jaġixxi b’maġġoranza sempliċi għal kwistjonijiet proċedurali u għall-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu”.

    343.

    L-awturi tat-Trattat ta’ Lisbona jidhru għaldaqstant li taw attenzjoni kbira li jelenkaw il-każijiet li fihom il-vot jista’ jsir b’maġġoranza sempliċi permezz ta’ deroga mir-regola tal-maġġoranza kkwalifikata, bil-ġdid istitwita f’regola fil-kontumaċja.

    344.

    Id-diffikultà tinsab fl-evalwazzjoni tal-portata tas-silenzju tagħhom fir-rigward tar-regola tal-maġġoranza applikabbli għall-eżerċizzju ta’ rikorsi previsti fl-Artikoli 263 TFUE u 265 TFUE ( 110 ).

    345.

    Il-Kunsill u l-Istati Membri intervenjenti jqisu li r-risposta għandha tinsab fin-natura tad-deċiżjoni li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja, li tkun “kwistjoni proċedurali” fis-sens tal-Artikolu 240(3) TFUE.

    346.

    Min-naħa tiegħi, jien naqbel ma’ din l-analiżi.

    347.

    L-ewwel nett, il-kunċett ta’ kwistjoni proċedurali jidhirli li tirreferi għall-proċedura interna tal-Kunsill, u mhux għall-proċeduri esterni, bħall-proċedura ġudizzjarja quddiem il-qorti tal-Unjoni.

    348.

    It-tieni nett, anki jekk jiġi preżunt li l-kunċett ta’ kwistjoni proċedurali jista’ jinkludi l-proċedura ġudizzjarja, jien naħseb li teżisti differenza fundamentali bejn id-deċiżjoni tal-Kunsill li jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja u d-determinazzjoni minn dan l-istess Kunsill tal-modalitajiet prattiċi għal bidu u sussegwentement għall-eżerċizzju tar-rikors. Għalkemm huwa possibbli li jiġi ammess li d-deċiżjoinjiet adottati sabiex jiġu ffissati l-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ rikors jistgħu jikkostitwixxu kwistjonijiet proċedurali, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni ta’ prinċipju fuq il-bidu tal-azzjoni ma tistax titqabbel għal din il-kategorija ta’ kwistjonijiet. Id-deċiżjoni tal-Kunsill li jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ aċċess għall-qorti tal-Unjoni sabiex tiġi eżaminata l-legalità ta’ azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni minn istituzzjoni oħra tal-Unjoni u sabiex jiġi osservat it-tqasssim tal-kompetenzi interni hija deċiżjoni importanti, li ma tistax taqa’ taħt il-kunċett ta’ kwistjoni proċedurali. Jekk ir-rikors għandu bħala suġġett kwistjoni li fuqha l-Kunsill diġà ħa pożizzjoni fuq il-mertu f’deċiżjoni distinta ma jbiddel xejn għall-problema, peress li ma jistax jiġi dedott minn dan it-teħid ta’ pożizzjoni preċedenti l-volontà impliċita tal-Kunsill li jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe bażi testwali, l-iskwalifika tad-deċiżjoni milli tiġi adita lill-Qorti tal-Ġustizzja f’sempliċi kwistjoni proċedurali.

    349.

    Jien lanqas naħseb li r-risposta tista’ tiġi dedotta, permezz ta’ raġunament a fortiori, mill-Artikoli 245 TFUE u 247 TFUE li jipprovdu li l-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza sempliċi fil-każ li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi fuq l-irtirar ex officio ta’ membru tal-Kummissjoni li jibqax josserva l-kundizzjonijiet mitluba għall-qadi tad-dmirijietu jew li jkun ħati ta’ mġiba serjament ħażina.

    350.

    Jidhirli li ma huwiex wisq rilevanti li jiġu interpretati dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-sistema istituzzjonali tal-Unjoni, li għandha oriġinalità fundamentali fir-rigward tal-ordinamenti kostituzzjonali nazzjonali, billi tqabbilhom mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw, fid-dritt Franċiż jew fid-dritt Ġermaniż, għall-proċeduri ta’ tneħħija tal-membri tas-setgħa eżekuttiva ( 111 ).

    351.

    Li jiġi sostnut, kif għamlet ir-Repubblika Franċiża, li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE għandhom bħala għan li jiġi evitatat li jiġu kkontestati l-membri tal-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirrileva extrapolazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, barra minn hekk kontroversjali.

    352.

    L-argument li l-Kunsill u ċerti Stati Membri intervenjenti jisiltu mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja u dak tal-ekwilibriju istituzzjonali kif ukoll, b’mod iktar wiesa’, minn rekwiżiti ta’ Unjoni ta’ dritt, jidhirli huwa inqas dgħajjef, għalkemm huwa ma huwiex żviluppat, b’mod partikolari mill-Kunsill, li jikkuntenta ruħu li jafferma b’mod konċiż li ma jeżisti ebda indizju li l-awturi tat-Trattat ta’ Lisbona kellhom l-intenzjoni li jnaqqsu daqshekk radikalment il-possibbiltajiet għall-Kunsill li jasserixxi d-drittijiet tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    353.

    Dan huwa, infakkar, f’isem “l-interess fundamentali relatat maż-żamma u mal-osservanza tal-ekwilibriju istituzzjonali” ( 112 ) u billi tfakkar is-“sistema” ( 113 ) tat-Trattati li l-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet għall-“lakuna proċedurali” tat-Trattat u rrikonoxxiet lill-Parlament id-dritt għal rikors għal annullament għall-protezzjoni tal-prerogattivi tiegħu.

    354.

    Jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk in-neċessità li l-Kunsill, depożitarju tal-leġittima intergovernattiva, li jiġi pprovdut l-motivi li jiżguraw id-difiża tal-kompetenzi tiegħu tiġġustifikax li tiġi prekluża r-regola fil-kontumaċja tal-Artikolu 16(3) TUE favur il-maġġoranza sempliċi.

    355.

    Jien m’iniex daqshekk konvint li l-kunsiderazzjoni bbażata fuq li l-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali, li jimponi lil kull istituzzjoni sabiex taġixxi fil-limiti tal-attribuzzjonijiet mogħtija lilha fit-Trattati ( 114 ), jimplika ugwaljanza tar-regoli ta’ votazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jikkostitwixxi t-triangolu deċiżjonali.

    356.

    L-Artikolu 250 TFUE jipprovdi li d-deliberazzjonijiet tal-Kummissjoni jsiru bil-maġġoranza tal-membri tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja, billi tibbaża fuq il-prinċipju ta’ kolleġġjalità, speċifikat li deċiżjoni li jiġi ppreżentat rikor għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra Stat Membru, meħuda mill-Kummissjoni fil-kuntest tar-rwol tagħha ta’ gwardjan tat-Trattat, għandha tiġi ddeliberata b’mod kollettiv mill-kulleġġ, u li l-elementi kollha li fuqhom din id-deċiżjoni hija bbażata għandhom ikunu disponibbli għall-membri tal-kulleġġ ( 115 ).

    357.

    Fir-rigward tal-Parlament, l-Artikolu 231(1) TFUE jipprovdi li huwa jaġixxi b’maġġoranza tal-voti espressi, ħlief fejn ipprovdut mod ieħor fit-Trattati. Barra minn hekk, l-Artikolu 128 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu jipprovdi li l-preżentata ta’ rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mill-President tal-Parlament f’ismu, għalkemm issir fuq rakkomandazzjoni tal-kummissjoni, tista’ tiġi deċiża wkoll fin-nuqqas ta’ vot tal-Assemblea Parlamentari ( 116 ).

    358.

    Madankollu, ir-regoli ta’ votazzjoni applikabbli f’dawn l-istituzzjonijiet ma humiex direttament komparabbli, peress li huma bbażati fuq loġiki ta’ organizzazzjoni radikalment differenti.

    359.

    Barra minn hekk, l-argument ibbażat fuq l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ maġġoranza inugwali, jidhirli li huwa paradossali, peress li s-sottomissjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill għar-regola tal-maġġoranza kkwalifikata twassal, għall-kuntrarju, għall-applikazzjoni ugwali tar-regola ordinarja — jew fil-kontumaċja — prevista bit-Trattati għal kull waħda mit-tliet istituzzjonijiet ikkonċernati.

    360.

    Huwa veru li l-prinċipju tal-ekwilibriju istituzzjonali jikkostitwixxi aspett ieħor, fis-sens li jeżiġi li kull nuqqas tal-prinċipju tar-regola ta’ tqassim ta’ kompetenzi bejn l-istituzzjonijiet, jekk iseħħ, jista’ jiġi ssanzjonat. Minn din il-perspettiva, il-fatt li l-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni tiegħu li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja b’maġġoranza kkwalifikata jista’ jiġi analizzat bħala li jfixklu milli jeżerċita rikors ġudizzjarju b’mod ċert u effettiv. Hija fl-aħħar nett l-effettività tad-dritt ta’ riferiment lill-Kunsill li jeħtieġ li dan ikollu l-possibbiltà li jadotta d-deċiżjoni tiegħu mingħajr restrizzjoni ta’ maġġoranza partikolari.

    361.

    Sensittiv għal dan l-argument, jien nistqasi jekk ikunx possibbli, peress li l-użu tal-Artikolu 240(3) TFUE jidhirli li huwa riskjuż, li tinsab, fl-Artikolu 16(1) TUE, limitazzjoni għall-portata tar-regola stabbilita fl-Artikolu 16(3) TUE u li jitqies li din ir-regola tapplika biss għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) TUE, jiġifieri meta l-Kunsill jeżerċita l-funzjonijiet leġiżlattivi jew baġitarji tiegħu u dawk ta’ definizzjoni jew ta’ koordinazzjoni tal-politika. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni, fit-Trattati, fuq il-mod ta’ votazzjoni applikabbli għad-deċiżjoni li jitressqu proċeduri ġudizzjarji, din il-kwistjoni tkun parti minn dawk li fuqhom il-Kunsill huwa intitolat li jaġixxi skont is-setgħa tiegħu ta’ organizzazzjoni interna.

    362.

    Madankollu, dan ir-raġunament jolqot tliet oġġezzjonijiet li jidhirli li huma projbittivi.

    363.

    L-ewwel oġġezzjoni hija bbażata fuq osservazzjonijiet tal-Kunsill stess, li jenfasizza li, qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, ir-regola ta’ vot għal deċiżjoni li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja ma ssegwix dik prevista mill-bażi legali speċifika li tirregola l-qasam ikkonċernat, iżda kienet ir-regola fil-kontumaċja tal-Artikolu 205(1) KE. Sa fejn ma hemmx dubju li r-regola tal-Artikolu 16(3) TUE ġiet issostitwita bħala regola fil-kontumaċja b’dik tal-Artikolu 205(1) KE, ma jidhirlix li huwa koerenti li tiġi ddikjarata inapplikabbli għal deċiżjonijiet li mingħajr ebda dubju jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola preċedenti.

    364.

    It-tieni oġġezzjoni hija bbażata fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    365.

    Qabel kollox jien nemmen li nista’ nidentifika t-tħassib li tikkonferixxi għar-regola tal-maġġoranza fil-kontumaċja l-kamp ta’ applikazzjoni l-iktar wiesa’ possibbli, mingħajr ebda pass sostanzjalment lura. Fil-fatt, fis-sentenza tagħha tad-9 ta’ Novembru 1995, il-Ġermanja vs Il-Kunsill ( 117 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-artikolu tat-Trattat li jiprovdi regola ta’ maġġoranza fil-kontumaċja fil-Kunsill “tkun superfluwa jekk n-nuqqas ta’ regola ta’ votazzjoni speċifika f’dispożizzjoni tat-Trattat tfixkel li din isservu ta’ bażi legali għal att tal-Kunsill” ( 118 ). Madankollu, jekk dan l-artikolu ma huwiex superfluwu, huwa għaliex japplika meta r-regola li jistabbilixxi ma hijiex eskluża b’dispożizzjoni espressa, tispeċifika, għall-bażi legali kkunsidrata, ir-regola ta’ maġġoranza applikabbli. Għalkemm din il-ġurisprudenza hija preċedenti għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jibqa’ l-fatt li l-imsemmi Trattat ma jbiddilix in-natura ta’ regola ġenerali u fin-nuqqas tar-regola stabbilita fl-Artikolu 16(3) TUE, li huwa għaldaqstant diffiċli li jiġi interpretat restrittivament fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni espressa kuntrarja.

    366.

    Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jien nislet ukoll informazzjoni interessanti fuq in-natura legali tad-deċiżjoni li jitressqu proċeduri ġudizzjarji. F’kawża li kienet tirrigwarda rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-deċiżjoni li jiġi ppreżentat rikors, adottata mill-Kummissjon fil-kuntest tar-rwol tiegħu ta’ gwardjan tat-Trattati, “ma tistax tiġi kkwalifikata bħala miżura ta’ ammistrazzjoni jew ta’ ġestjoni” ( 119 ). Din id-deċiżjoni, trasposta għar-rikors għal annullamen, twassal sabiex tiġi kkundannata t-teżi li tipprovdi li din it-tip ta’ deċiżjoni teskludi l-metodi ta’ votazzjoni previsti mit-Trattat u tirriżulta fis-setgħa ta’ organizzazzjoni interna tal-Kunsill.

    367.

    It-tielet oġġezzjoni, l-iktar fundamentali, hija bbażata fuq l-importanza tar-regoli li jirregolaw il-proċess deċiżjonali fil-Kunsill u tas-sistema ta’ numru ta’ voti attribwiti lill-Istati Membri. Din il-kwistjoni estremament sensibbli ġiet konstantament diskussa fil-konferenzi intergovernattivi u l-awturi tat-Trattati dejjem taw attenzjoni partikolari sabiex jiddefinixxu espressament u speċifikament, matul reviżjonijiet suċċessivi tat-Trattati, il-modalitajiet ta’ vot għal kull bażi legali li tibbaża l-azzjoni tal-Kunsill, mhux biss fil-perimetru tal-funzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 16(1) TUE.

    368.

    Kollox flimkien, jien naħseb li jeżistu oġġezzjonijet projbittivi sabiex tiġi eskluża, għad-deċiżjoni tal-Kunsill li jadixxi l-Qorti tal-Ġustizzja b’rikors għal annullament jew b’rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni, ir-regola tal-maġġoranza kkwalifikata, li ġiet istitwita f’regola fil-kontumaċja mill-awturi tat-Trattati.

    369.

    Jeħtieġ jiġi ddeterminat jekk l-irregolarità li taffettwa d-deċiżjoni tal-Kunsill twassal għall-inammissibbiltà tar-rikors u jekk il-Kummissjoni tistax tibbaża ruħha fuq din l-irregolarità.

    370.

    Jien nirrispondi mingħajr eżitazzjoni fl-affermattiv għall-ewwel domanda.

    371.

    Minn naħa, ir-regoli dwar il-modalitajiet ta’ vot jikkostitwixxu regoli essenzjali għall-osservanza li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħtihom importanza speċifika, kif jattesta il-kontenzjuż tal-bażi legali. Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rikors uża b’mod żbaljat artikolu tat-Trattat bħala bażi legali, bil-konsegwenza tas-sostituzzjoni tal-unanimità għall-maġġoranza kkwalifikata fi ħdan il-Kunsill, ma jistax fil-prinċipju jitqies bħala vizzju purament formali peress li bidla tal-mod ta’ vot tista’ jkollha konsegwenzi fuq il-kontenut tal-att adottat ( 120 ). Li regoli daqshekk essenzjali jitħallew mingħajr sanzjoni ma jidhirlix li huwa konformi mar-rekwiżit ta’ Unjoni ta’ dritt.

    372.

    Min-naħa l-oħra, kuntrarjament għal dak li ssostni r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma huwiex possibbli li tiġi sostnuta l-irregolarità tad-deċiżjoni tal-Kunsill billi jiġi ppreżentat rikors għal annullament, peress li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-deċiżjoni li jiġi ppreżentat rikors ġudizzjarju ma tistax, fil-prinċipju, titqies bħala deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata ( 121 ). Għaldaqstant huwa biss permezz ta’ eċċezzjoni, fil-kuntest tad-difiża tal-azzjoni eżerċitata mill-Kunsill, li jista’ jiġi invokat il-ksur tar-regola tal-maġġoraza kkwalifikata.

    373.

    Din it-tieni kwistjoni għandha wkoll tingħata risposta affermattiva.

    374.

    Kif indikajt, ir-regoli ta’ votazzjoni huma regoli essenzjali li s-sanzjoni tagħhom ma tinteressax esklużivament lill-Istati Membri, iżda tikkontribwixxi għall-osservanza tal-legalità f’Unjoni ta’ dritt. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tistabbilixxi, bħala regola ġenerali, in-natura ta’ ordni pubblika tal-motiv ibbażati fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għar-rikors għal annulament, bir-riżultat li dawn jistgħu jitqajmu ex officio mill-qorti tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, f’diversi sentenzi, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat il-mertu tal-motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli ta’ votazzjoni f’istituzzjoni, imqajjem mill-konvenut, u li jammetti għalhekk b’mod impliċitu l-ammissibbiltà tiegħu ( 122 ).

    375.

    Fl-aħħar nett, jien inqis li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tar-regola tal-maġġoranza kkwalifikata stabbilita fl-Artikolu 16(3) TUE u li din l-irregolarità, li l-Kummissjoni hija intitolata li tibbaża fuqha, twassal għall-inammissibbiltà tar-rikors tal-Kunsill kollu kemm hu.

    376.

    Jien nastjeni, konsegwentement, milli neżamina l-motivi l-oħrajn ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni.

    VI – Fuq l-ispejjeż

    377.

    Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li jipprovdi li l-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu, jien inqis li għandhom jintlaqgħu t-talbiet intiżi għall-kundanna tal-Kunsill fil-Kawżi C‑63/12 u C‑66/12 kif ukoll dawk intiżi għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ispejjeż fil-Kawża C‑196/12.

    378.

    Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Parlament u l-Istati Membri intervenjenti għandhom ibatu, f’kull kawża, l-ispejjeż tagħhom.

    VII – Konklużjoni

    379.

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:

    1)

    Fuq ir-rikors fil-kawża C‑63/12:

    tannulla d-Deċiżjoni 2011/866/UE tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 2011, li tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-remunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament għandhom isostnu l-ispejjeż tagħhom.

    2)

    Fuq ir-rikors fil-kawża C‑66/12:

    tiċħad ir-rikors mingħajr ma teżamina l-ammissibbiltà tiegħu;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż,

    ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament għandhom isostnu l-ispejjeż tagħhom.

    3)

    Fuq ir-rikors fil-kawża C‑196/12:

    tiddikajra dan ir-rikors inammissibbli;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż, u

    ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament għandhom isostnu l-ispejjeż tagħhom.


    ( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

    ( 2 ) C-40/10, Ġabra p. I-12043.

    ( 3 ) Regolament li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom (ĠU L 348, p. 10).

    ( 4 ) ĠU L 56, p. 1.

    ( 5 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 1.

    ( 6 ) ĠU L 311, p. 1, iktar’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”.

    ( 7 ) Dokument tal-Kunsill 17946/10 ADD 1, tas-17 ta’ Diċembru 2010.

    ( 8 ) Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill fuq il-klawsola ta’ eċċezzjoni (l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal) [COM(2011) 440 finali, iktar ’il quddiem ir-“Rapport fuq il-klawsola ta’ eċċezzjoni”].

    ( 9 ) Dokument tal-Kunsill 16281/11, tal-31 ta’ Ottubru 2011 (deċiżjoni adottata permezz tal-proċedura bil-miktub magħluqa fl-4 ta’ Novembru 2011).

    ( 10 ) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill li tipprovdi informazzjoni supplimentari għar-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-klawsola ta’ eċċezzjoni tat-13 ta’ Lulju 2011 [COM(2011) 829 finali, iktar ’il quddiem il-“Komunikazzjoni”].

    ( 11 ) Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il‑koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom [COM(2011) 820 finali, iktar ’il quddiem il-“proposta għal Regolament”].

    ( 12 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/866/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2011, li tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 , ir-remunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 341, p. 54, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).

    ( 13 ) Dawn huma r-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

    ( 14 ) L-Irlanda, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Litwanja.

    ( 15 ) Dawn huma l-Istati Membri li ġejjin: Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljan, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit. Fl-istess dispożizzjoni huwa previst, wara din il-lista, li l-Kunsill, meta jiddeċiedi fuq il-proċedura prevista fl-Artikolu 65(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, jista’ jadotta kampjun ġdid li jippreżenta tal-inqas 75 % tal-prodott gross nazzjonali (PGN) tal-Unjoni u li japplika mis-sena ta’ wara l-adozzjoni tiegħu.

    ( 16 ) Il-Kunsill jiċċita s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Novembru 1981, IBM vs Il-Kummissjoni (60/81, Ġabra p. 2639), u tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 1990, Automec vs Il-Kummissjoni (T-64/89, Ġabra p. II-367).

    ( 17 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li d-dritt tal-Unjoni huwa bbażat fuq l-istabbiliment ta’ sistema kompluta ta’ rimedji ġudizzjarji u proċeduri maħsuba sabiex jikkonferixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja bl-istħarriġ tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet, korpi u organi tal-Unjoni [ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-14 ta’ Ġunju, 2012 CIVAD (C‑533/10, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata)].

    ( 18 ) Ara s-sentenzi tat-18 ta’ Novembru 1970, Chevalley vs Il-Kummissjoni (15/70, Ġabra p. 975, punt 6), u tas-26 ta’ Novembru 1996, T. Port (C-68/95, Ġabra p. I-6065, punt 59), kif ukoll id-digriet tal-1 ta’ Ottubru 2004, Pérez Escolar vs Il-Kummissjoni (C‑379/03 P, punt 15). Dawn id-deċiżjonijiet jikkonkludu li l-individwi, li jistgħu jippreżentaw rikors għal annullament kontra att ta’ istituzzjoni li huma ma humiex id-destinatarji tiegħu peress li dan l-att jikkonċernahom direttivament u individwalment, għandhom ikunu u jistgħu jippreżentaw rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni kontra istituzzjoni li naqset milli tadotta att li jikkonċernahom bl-istess mod.

    ( 19 ) Ara s-sentenza tat-22 ta’ Mejju 1985, Il-Parlament vs Il-Kunsill (13/83, Ġabra p. 1513, punt 36).

    ( 20 ) Bid-differenza tat-Trattat KEFA li, billi jiddefinixxi n-nuqqas li tittieħed azzjoni bħala “id-deċizjoni impliċita ta’ rifjut li tidher li tirriżulta [mis]-silenzju” (Artikolu 35), billi jagħmel modalità partikolari tar-rikors għal annullament, it-Trattat KE kkonferixxa awtonomija għar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni billi ddefinixxih bħala intiż li “jiġi kkonstatat” il-ksur tat-Trattat li jirriżulta mill-astensjoni li tingħata deċiżjoni (Artikolu 175 tat-Trattat KE, li sar l-Artikolu 232 KE, li dan sar l-Artikolu 265 TFUE).

    ( 21 ) Dawn l-effetti ma humiex fundamentalment differenti u huma barra minn hekk ippreċiżati minn dispożizzjoni unika, jiġifieri l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, li jimponi lill-istituzzjoni inkwistjoni li “[t]ieħu l-miżuri neċessarji sabiex [t]ikkonforma ruħ[ha] mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja”. Madankollu, filwaqt li l-annullament ta’ att iwassal għall-eleminazzjoni immedjata u retroattiva ta’ dan l-att mill-ordinament ġuridiku , il-konstatazzjoni tan-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-istituzzjoni, mingħajr ma twassal għal bidla immedjata tas-sitwazzjoni legali, tobbliga l-istituzzjoni kkonċernata li tadotta l-att li hija rrifjutat li tadotta.

    ( 22 ) Fuq din il-kwisjtoni, ara, b’mod partikolari, it-teżi ta’ Berrod, F., La systématique des voies de droit communautaires, Dalloz, Pariġi, 2003; Ritleng, D., Pour une systématique des contentieux au profit d’une protection juridictionnelle effective, “Mélanges en hommage à Guy Isaac: 50 ans de droit communautaire”, PU Toulouse, 2004, p. 735, u Lenaerts, K., La systémique des voies de recours dans l’ordre juridique de l’Union européenne, “Mélanges en hommage à Georges Vandersanden”, Bruylant, Brussel, 2008, p. 257.

    ( 23 ) Ara, f’dan is-sens, it-teżi ta’ Berrod,. F., op. cit., Nru 388, p. 356, u Nru 392, p. 359. Dan l-awtur jiġbor fil-qosor it-tensjoni djalettika li teżisti bejn iż-żewġ rikorsi billi jiċċita r-“rabta consostanzjali” li tgħaqqadhom filwaqt li jenfasizza li teżisti, madankollu, “awtonomija eżistenzjali” tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni meta mqabbel mar-rikors għal annullament.

    ( 24 ) Ara s-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2011, Deutsche Post u l-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (C-463/10 P u C-475/10 P, Ġabra p. I-9639, punt 36 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 25 ) Ara d-digriet tal-14 ta’ Mejju 2012, Sepracor Pharmaceuticals (L-Irlanda) vs Il-l-Kummissjoni (C‑477/11 P, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 26 ) Ara s-sentenza tal-5 ta’ Diċembru 1963, Henricot et Haute Autorité (23/63, 24/63 u 52/63, Ġabra p. 439, p. 455).

    ( 27 ) Ara, b’mod partikolair, is-sentenza IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 10), kif ukoll id-digriet Sepracor Pharmaceuticals (L-Irlanda) vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, (punti 55 u 56).

    ( 28 ) Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 1997, Berthu vs Il-Kummissjoni (T-175/96, Ġabra p. II-811, punti 21 u 22).

    ( 29 ) Ara d-digriet Sepracor Pharmaceuticals (L-Irlanda) vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar’il fuq (punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 30 ) Ara s-sentenzi IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punt 12), kif ukoll tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2012, Spanja vs Il-Kummissjoni (T‑264/10 u T‑266/10, punt 13).

    ( 31 ) Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 1993, ENU vs Il-Kummissjoni (C-107/91, Ġabra p. I-599, punt 10 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 32 ) Għandu jiġi nnotat, b’mod partikolari, li, minħabba, fit-Trattat KEFA, l-assimilazzjoni tas-silenzju għal deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda, effett ta’ kontaġju jiġi eżerċitat sabiex jinftiehem permezz tar-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni għal kull deċiżjoni ta’ ċaħda, anki espliċita. Ara, fuq din il-kwistjoni, Soldatos, P., “L’introuvable recours en carence devant la Cour de justice des Communautés européennes”, Cahiers de droit européen, 1969, p. 316 et suiv.

    ( 33 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-23 ta’ Frar 1961, De Gezamenlijke Steenkolenmijnen in Limburg vs Haute Autorité (30/59, Ġabra p. 1); tal-15 ta’ Diċembru 1988, Irish Cement vs Il-Kummissjoni (166/86 u 220/86, Ġabra p. 6473), fuq iċ-ċaħda ta’ lment kontra l-għoti ta’ għajnuna; tad-9 ta’ Diċembru 2004, Il-Kummissjoni vs Greencore (C-123/03 P, Ġabra p. I-11647), fuq ir-rifjut tal-Kummissjoni li tħallas interessi moratorji fuq l-ammont irrimborsat ta’ multa, u tat-18 ta’ Novembru 2010, NDSHT vs Il-Kummissjoni (C-322/09 P, Ġabra p. I-11911), fuq id-deċiżjoni li tirrifjuta li tagħti bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.

    ( 34 ) 302/87, Ġabra p. 5615.

    ( 35 ) Punt 17.

    ( 36 ) Ara Simon, D., Le système juridique communautaire, PUF, Pariġi, it-2 Edizzjoni, 1998, Nru 379, p. 402.

    ( 37 ) Ara s-sentenza NDSHT vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq (punti 44 sa 56).

    ( 38 ) Ara s-sentenza tat-8 ta’ Marzu 1972, Nordgetreide vs Il-Kummissjoni (42/71, Ġabra p. 105, punt 5), li kienet tirrigwarda r-rifjut, tal-Kummissjoni, li temenda l-lista tal-prodotti li għalihom seta’ jiġi applikat il-mekkaniżmu tal-ammonti kompensatorji. Ara, f’dan l-istess sens, is-sentenza tal-24 ta’ Novembru 1992, Buckl et vs Il-Kummssjoni (C-15/91 u C-108/91, Ġabra p. I-6061, punt 22), li kienet tikkonċerna r-rifjut, mill-Kummissjon, li tiġi stabbilita mill-ġdid taxxa applikata fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli. Ara, ukoll, id-digrieti tas-6 ta’ April 2006, GISTI vs Il-Kummissjoni (C‑408/05 P, punt 10), kif ukoll tal-15 ta’ Diċembru 2011, Altner vs Il-Kummissjoni (C-411/11 P, punt 7 u l-ġurisprudenza ċċitata), dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni li tibda’ proċedura sabiex jiġi kkonstatat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Dan id-digriet tal-aħħar jispjega n-nuqqas ta’ rikors għal annullament kontra dan ir-rifjut permezz tal-esklużjoni tar-rikors individwali kontra l-atti li l-Kummissjoni setgħet titwassal li tieħu fil-kuntest tal-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu rregolata permezz tal-Artikolu 258 TFUE, sa fejn dawn l-atti huma indirizzata lill-Istati Membru u mhux lil destinatarji individwali. Żewġ spjegazzjonijiet oħrajn huma ġeneralment ippreżentati sabiex jiġi eskluż tali rikors, jiġifieri n-nuqqas ta’ effett legali vinkolanti tal-opinjonijiet motivati maħruġa mill-Kummissjoni u s-setgħa diskrezzjonali rikonoxxuta lill-Kummissjoni, kemm sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kif ukoll sabiex tinbeda l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Din l-ispjegazzjoni tal-aħħar jidhirli li tibbaża fuq konfużjoni bejn kundizzjoni ta’ ammissibbiltà u kundizzjoni ta’ mertu. Fil-fatt, l-eżistenza ta’ setgħa diskrezzjonali min-naħa tal-istituzzjoni inkwisjtoni ma għandhiex twassal għall-inammissibbiltà tar-rikors għal annullament fil-każ ta’ ċaħda espliċita ta’ talba għat-tressiq ta’ kawża għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu) jew għal nuqqas li tittieħed azzjoni (fil-każ ta’ nuqqas ta’ teħid ta’ pożizzjoni wara intimazzjoni sabiex titressaq kawża għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu), iżda sabiex tirrendih infondat, billi tipprojbixxi li jitqies li l-att jew l-astensjoni mill-istituzzjoni huwa/hija illegali.

    ( 39 ) Is-sentenza Buckl et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, tinvoka evalwazzjoni skont in-“natura” tat-talba, filwaqt li s-sentenza Nordgetreide vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, tanalizza l-“suġġett” tagħha.

    ( 40 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 2001, Il-Kummissjoni vs Camar u Tico (C-312/00 P, Ġabra p. I-11355), dwar rikors għal annullament ippreżentat kontra r-rifjut mill-Kummissjoni li tadotta Regolament skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93, tat-13 ta’ Frar 1993, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 388), sabiex tiġi aġġustata l-kwota tariffarja prevista fl-Artikolu 18 tar-Regoalment Nru 404/93 sabiex jiġu ffaċċjati l-effetti fuq il-produzzjoni ta’ banana fis-Somalja minn għargħar eċċezzjonali osservati fl-1997 u fl-1998.

    ( 41 ) Ara s-sentenza tat-13 ta’ Lulju 1971, Deutscher Komponistenverband vs Il-Kummissjoni (8/71, Ġabra p. 705, punt 2). Din il-formulazzjoni ġiet irrepetuta b’mod identiku fis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Irish Cement vs Il-Kummissjoni (punt 17); Buckl et vs Il-Kummissjoni (punt 17), u ENU vs Il-Kummissjoni (punt 10). Ara, ukoll, id-digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Novembru 2010, Victoria Sánchez vs Il-Parlament u L-Kummissjoni (T‑61/10, punt 38).

    ( 42 ) C-301/90, Ġabra p. I-221.

    ( 43 ) Punt 14.

    ( 44 ) Fil-punt 11 tal-konklużjonijiet li huwa ppreżenta fil-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, l-Avukat Ġenerali Jacobs jiddikjara li, għalkemm jista’ jidher mhux komuni li jintalab l-annullament ta’ Regolament sa fejn dan ma jinkludiex dispożizzjoni speċifika, il-problema hija, essenzjalment, l-istess “li Regolament ikun illegali peress li jinkludi dispożizzjoni speċifika jew peress li tali dispożizzjoni tħalliet barra”. Dawn l-ispjegazzjonijiet ma jikkonvinċuniex kompletament. F’każ bħala dan, l-illegalità ma tirriżultax minħabba r-Regolament adottat li ma humiex, fih innifsu, illegali, iżda tirriżulta minn omissjoni li tingħata deċiżjoni. Barra minn hekk, l-adozzjoni ta’ dispożizzjoni differenti minn dik li ntalbet u n-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ dispożizzjoni jidhirli li mhux żewġ affarajiet differenti. Il-fatt li t-tieni waħda titqabbel mal-ewwel waħda jeżiġi li tittieħed l-astensjoni parzjali li tingħata deċiżjoni fuq talba għal rifjut impliċitu, li jidhirli li ma huwiex possibbli minħabba r-raġuni msemmija fil-punt 105 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 45 ) Ara d-digriet tat-13 ta’ Diċembru 2000, Sodima vs Il-Kummissjoni (C-44/00 P, Ġabra p. I-11231, punt 24). Ara, ukoll, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Greencore, iċċitata iktar’il fuq (punt 45), kif ukoll id-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni (T-36/10, Ġabra p. II-1403, punt 38), u tat-13 ta’ Novembru 2012, ClientEarth et vs Il-Kummissjoni (T‑278/11, punt 32). Dawn iż-żewġ digrieti joffru eżempju topiku ta’ dispożizzoni li tqabbel in-nuqqas ta’ tweġiba minn istituzzjoni fit-terminu stipulat għal tweġiba negattiva. Dawn jirrigwarda l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), li jipprovdi li n-nuqqas ta’ tweġiba mill-istituzzjoni fit-terminu stipulat għal mistoqsija konfermatorja ta’ għoti għal aċċess għal dokument “għandu jitqies bħala tweġiba negattiva”. Madankollu, il-qasam ta’ predilizzjoni ta’ dan it-tip ta’ dispożizzjoni jibqa’ d-dritt tas-Servizz Pubbliku, għalkemm joħroġ f’oqsma oħra. Ara, għal diversi illustrazzjonijiet, Mariatte, F., u Muñoz, R., Contentieux de l’Union européenne / 2 – Carence – Responsabilité, Lamy Axe droit, Pariġi, 2011, p. 29.

    ( 46 ) Sentenza Il-Kummissjoni vs Greencore, iċċitata iktar ’il fuq (punt 45). Jien ma nafx b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali li kieku japplikaw din l-eċċezzjoni billi jikkonstataw l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.

    ( 47 ) C-27/04, Ġabra p. I-6649.

    ( 48 ) Artikolu 126(8) u (9) TFUE.

    ( 49 ) Punt 32 ta’ din is-sentenza.

    ( 50 ) C-76/01 P, Ġabra p. I-10091.

    ( 51 ) Punti 58 u 59.

    ( 52 ) Punt 64.

    ( 53 ) Sentenza tas-17 ta’ Lulju 2008, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (C-521/06 P, Ġabra p. I-5829, punt 42).

    ( 54 ) Il-Komunikazzjoni u l-proposta għal Regolament.

    ( 55 ) Ara t-titolu tal-motivi prinċipali li jinsabu bejn il-punt 38 u l-punt 39 tar-rikors tal-Kummissjoni.

    ( 56 ) Il-Kummissjoni, tiċċita, fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, is-sentenzi tad-29 ta’ Ottubru 1980, Roquette Frères vs Il-Kunsill (138/79, Ġabra p. 3333, punt 25); tas-17 ta’ Novembru 1987, British American Tobacco u Reynolds Industries vs Il-Kummissjoni (142/84 u 156/84, Ġabra p. 4487, punt 62); tal-10 ta’ Marzu 1992, Ricoh vs Il-Kunsill (C-174/87, Ġabra p. I-1335, punt 68), u tal-15 ta’ Ġunju 1993, Matra vs Il-Kummissjoni (C-225/91, Ġabra p. I-3203, punt 25), kif ukoll, fir-rigward ta’ dumping, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 1999, EFMA vs Il-Kunsill (T-210/95, Ġabra p. II-3291, punt 57).

    ( 57 ) Il-Kunsill jirreferi, bħala eżempju, għas-sentenza tal-10 ta’ Lulju 2008, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala (C-413/06 P, Ġabra p. I-4951).

    ( 58 ) Il-Kunsill jirreferi, minn naħa, għall-previżjonijiet tad-DĠ “Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji” tax-xahar ta’ Marzu 2011, li jirreferu għal previżjoni ta’ tnaqqis tar-remunerazzjoni fi 17 minn 19-il Stat Membru kkonċernat u, min-naħa l-oħra, għad-dokument Eurostat A65/11/12 tax-xahar ta’ Marzu 2011, bit-titolu “Forecast of the trend in purchasing power of national officials to July 2011”.

    ( 59 ) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro [COM(2011) 819 finali] u proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro [COM(2011) 821 finali].

    ( 60 ) Ser nuża t-terminoloġija proposta minn K. Lenaerts fit-teżi tiegħu bit-titolu “Le juge et la constitution aux États-Unis d’Amérique et dans l’ordre juridique européen”, Bruylant, Bruxelles, 1988, Nru 298, p. 343.

    ( 61 ) Ara, għal analiżi ta’ dawn il-kunflitti mill-perspettiva tat-tqassim u tar-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet ta’ setgħat bejn istituzzjonijiet, Lenaerts, K., op. cit., Nri 295 sa 307, p. 340 et seq.

    ( 62 ) Ħames metodi ġew segwiti mis-sena 1972 skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 u l-21 ta’ Marzu,1972; id- Deċiżjoni 81/1061/Euratom, KEFA, KEE, tal-15 ta’ Diċembru 1981 li temenda l-metodu ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet ta’ uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet (ĠU L 386, p. 6); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/530/ Euratom, KEFA, KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1987, li temenda l-metodu ta’ aġġustament tar-remunerazzjonijiet ta’ uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet (ĠU L 307, p. 40); ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3830/91,tad-19 ta’ Diċembru 1991, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet u l-kondizzjonijiet tal-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet għal dak li jikkonċerna r-regoli għall-aġġustament tar-remunerazzjonijiet (ĠU L 361, p. 1); ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2181/2003, tat-8 ta’ Diċembru 2003, dwar miżuri transitorji li għandhom jiġu adottati għar-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari fir-rigward tal-paga u tal-pensjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 123), kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130).

    ( 63 ) Punt 63 ta’ din is-sentenza.

    ( 64 ) Punt 71 tal-imsemmija sentenza.

    ( 65 ) 81/72, Ġabra p. 575. Fil-punt 9 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, “permezz tad-deċiżjoni tiegħu tal-21 ta’ Marzu 1972, il-Kunsill, meta ddeċieda fil-kuntest tas-setgħat li huwa jikkonferixxi l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward ta’ remunerazzjonijiet tal-persunal, assuma obbligi li għall-osservazzjoni tagħhom huwa ntrabat għall-perijodu stabbilit minnu”.

    ( 66 ) 70/74, Ġabra p. 795. Fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, “l-Kunsill, permezz tad-deċiżjoni tiegħu tal-20 u tal-21 ta’ Marzu 1972, ried, għall-implementazzjoni tal-Artikolu 65 [tar-Regolamenti tal-Persunal], jintrabat, għal perijodu definit, sabiex josserva kriterji stabbiliti”.

    ( 67 ) Punt 74 tal-imsemmija sentenza.

    ( 68 ) Punt 75 tal-istess sentenza.

    ( 69 ) Sentenza tal-24 ta’ Novembru 2010, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq (punt 77).

    ( 70 ) Ibid. (punt 79).

    ( 71 ) Ibid. (punt 80).

    ( 72 ) Id-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Kunsill jippreżentaw il-karatteristiċi kollha ta’ djalogu tat-torox.

    ( 73 ) Bħala eżempju, l-imsemmi Artikolu 10 seta’ jipprovdi l-użu ta’ klawsola ta’ eċċezzjoni “jekk il-Kunsill [jew il-Parlament] iqis li teżisti kriżi ekonomika serja u f’daqqa”.

    ( 74 ) Punt 78 ta’ din is-sentenza.

    ( 75 ) Punt 79 tal-imsemmija sentenza.

    ( 76 ) Lenaerts, K., op. cit., Nru 305, p. 354.

    ( 77 ) Ara, f’dan is-sens, it-teżi ta’ Ritleng, D., “Le contrôle de la légalité des actes communautaires par la Cour de justice et le Tribunal de première instance des Communautés européennes”, 1998, Nru 683, p. 583.

    ( 78 ) Ara s-sentenza tal-21 ta’ Ġunju 1988, ISA et vs Il-Kummissjoni (32/87, 52/87 u 57/87, Ġabra p. 3305, punt 8 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 79 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 1994, Unifruit Hellas vs Il-Kummissjoni (T-489/93, Ġabra p. II-1201, punt 84), u tal-14 ta’ Diċembru 2011, Nycomed Danmark vs EMA (T-52/09, Ġabra p. II-8133, punt 103). Ara, ukoll, it-teżi ta’ Ritleng, D., op. cit., Nru 193, p. 182.

    ( 80 ) Ara, f’dan il-każ, is-sentenza tal-15 ta’ Mejju 2008, Spanja vs Il-Kunsill (C-442/04, Ġabra p. I-3517, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata).

    ( 81 ) Ara s-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2008, Chronopost u La Poste vs UFEX et (C-341/06 P u C-342/06 P, Ġabra p. I-4777, punt 143 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll id-digriet tal-25 ta’ Arpil 2002, DSG vs Il-Kummissjoni (C-323/00 P, Ġabra p. I-3919, punt 43).

    ( 82 ) Punt 4, p. 5.

    ( 83 ) Punt 4.2, p. 7.

    ( 84 ) Ibid.

    ( 85 ) Iż-żieda fil-PGD, id-domanda domestika, l-inventarji, l-esportazzjonijiet netti, il-konsum privat, il-konsum pubbliku, l-investiment totali, u l-inflazzjoni (HICP) fi ħdan l-Unjoni.

    ( 86 ) Il-bilanċ tal-gvern ġenerali u d-dejn pubbliku fi ħdan l-Unjoni.

    ( 87 ) L-impjieg totali, ir-rata tal-qgħad u l-kumpens lill-impjegati fi ħdan l-Unjoni.

    ( 88 ) Indikatur tas-Sentiment Ekonomiku u l-aspettattivi tal-impjieg fi ħdan l-Unjoni.

    ( 89 ) Is-sitt paragrafu tal-punt 1, p. 3.

    ( 90 ) Ir-raba’ paragrafu tal-punt 3, p. 11.

    ( 91 ) Id-disa’ paragrafu tal-punt 3, p. 12.

    ( 92 ) Din id-differenza hija spjegata mill-fatt li, skont id-dispożizzjonijeit tal-Artikolu 1(2) u (4) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussel jikkunsidra l-bidliet bejn ix-xahar ta’ Ġunju tas-sena ta’ qabel u x-xahar ta’ Ġunju tas-sena kurrenti u l-indikaturi speċifiċi stabbiliti minn Eurostat jirriflettu l-bidliet fir-remunerazzjonijiet attwali tal-uffiċjali taċ-ċivil fil-gvern ċentrali, bejn ix-xahar ta’ Lulju tas-sena ta qabel u x-xahar ta’ Lulju tas-sena kurrenti. Fil-punt 70 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni din id-differenza li rrilevat li l-bidliet fis-salarji fl-Istati Membri li seħħew bejn ix-xahar ta’ Lulju tas-sena ta’ qabel u x-xahar tas-sena kurrenti kienu jirriflettu d-deċiżjonijiet dwar ir-remunerazzjonijiet tal-uffiċjali adottati mill-awtoritajiet ta’ dawn l-Istati fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika eżistenti matul dan il-perijodu.

    ( 93 ) Ara l-punt 40 tal-kontroreplika tal-Kunsill fil-Kawża C‑63/12.

    ( 94 ) Ara l-punt 251 iktar ’il fuq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 95 ) Ara r-Rapport fuq il-klawsola ta’ eċċezzjoni, il-ħames paragrafu tal-punt 5.2.5, p. 23.

    ( 96 ) Fil-premessa 8 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill jirrileva li l-kriżi finanzjarja “tirriżulta f’aġġustamenti fiskali sostanzjali, inter alia aġġustamenti fis-salarji ta’ uffiċjali nazzjonali, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri”.

    ( 97 ) Pożizzjoni bil-ħsieb għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea.

    ( 98 ) Ara l-punt 53 tal-Artikolu 1 ta’ din il-pożizzjoni li temenda l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal billi tintroduċi klawsola ta’ eċċezzjoni ġdida (l-Artikolu 11 ġdid). Jekk il-bidliet fil-PGD jinsab bejn –0,1 % u – 1 %, 33 % tal-valur tal-indiċi speċifiku jittieħdu inkunsiderazzjoni immedjatament, is-67 % li jibqa’ jiġu rrapportati fl-1 ta’ April n + 1; jekk il-bidliet fil-PGD jinsabu bejn – 1 % u - 3 %, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tal-indiċi ġie rrapportat kollu kemm hu fl-1 ta’April n + 1, fl-aħħar nett, jekk il-PGD jonqos b’iktar minn 3 %, l-ebda aġġornament ma jitwettaq peress li ż-żieda kumulattiva fil-PGD, imkejla mis-sena kurrenti, ma ssirx pożittiva. Il-premessa 4 tal-imsemmija pożizzjoni tispeċifika li din il-klawsola awtomatika ta’ kriżi għandha l-għan li “tindirizza d-diffikultajiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-metodu fil-passat”.

    ( 99 ) Skont l-istatistiki tal-Eurostat, ir-rata ta’ żieda fil-PGD reali tal-Unjoni żiedet għal 1.6 % fl-2011 [tabella dwar ir-rata ta’ żieda fil-PGD reali (fil-volum), disponibbli fl-indirizz tal-internet http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/product_details/dataset?p_product_code=tec00115].

    ( 100 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Frar 2002, Il-Kunsill vs Boehringer (C-23/00 P, Ġabra p. I-1873, punti 51 u 52), u tat-23 ta’ Marzu 2004, Franza vs Il-Kummissjoni, (C-233/02, Ġabra p. I-2759, punt 26), kif ukoll tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Kummissjoni (T‑526/10, punt 20).

    ( 101 ) Ara, b’mod partikolari, il-punti 46 sa 53 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2013, Suisse vs Il-Kummissjoni (C‑547/10 P), kif ukoll Bouveresse, A., “Recevabilité et moyens d’annulation”, nota taħt TUE, 24 ta’ April 2013, Kawża C‑256/10, Revue Europe, Com. 257.

    ( 102 ) Ara l-punti 123 sa 127 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    ( 103 ) Jien nippreċiża li l-argumenti mressqa mill-Irlanda u r-Repubblika Franċiża ma humiex ta’ natura li jikkontestaw din il-konklużjoni.

    ( 104 ) Ara l-Artikolu 250 TFUE.

    ( 105 ) Dokument tal-Kunsill 18771/11, tas-16 ta’ Diċembru 2011 (Anness B. 7 tar-risposta tal-Kummissjoni fil-Kawża C‑66/12).

    ( 106 ) Dokument tal-Kunsill 18665/11, tas-16 ta’ Diċembru 2011 (Anness B. 8 tar-risposta tal-Kummissjoni fil-Kawża C‑66/12).

    ( 107 ) Fir-rigward tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ellenika, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Repubblika tal-Polonja u tar-Repubblika Portugiża.

    ( 108 ) Ara l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) imsemmi iktar ’il fuq.

    ( 109 ) Fir-rigward tal-Kumitat tal-Impjieg u tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali.

    ( 110 ) Hemm lok li jiġi osservat li l-Artikolu 218(11) TFUE dwar ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti opinjoni fuq il-kompatibblità ta’ ftehim mat-Trattati, lanqas isemmi regola ta’ maġġoranza speċifika.

    ( 111 ) Jien ninnota, b’mod partikolari, li l-prinċipju tas-separazzjoni tal-poteri tqum, fis-sistema istituzzjonali tal-Unjoni, f’konfigurazzjoni differenti minn dik li teżisti fl-ordinament ġuridiku nazzjonali. Ara, f’dan is-sens, Georgopoulos, T., “Doctrine de séparation des pouvoirs et intégration européenne”, La prise de décision dans le système de l’Union européenne, 2011, p. 3.

    ( 112 ) Sentenza tat-22 ta’ Mejju 1990, Il-Parlament vs Il-Kunsill (C-70/88, Ġabra p. I-2041, punt 26).

    ( 113 ) Ibid. (punt 14).

    ( 114 ) Artikolu 13(2) TUE.

    ( 115 ) Sentenzi tad-29 ta’ Settembru 1998, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-191/95, Ġabra p. I-5449, punt 48), u tat-13 ta’ Diċembru 2001, Il-Kummissjoni vs Franza (C-1/00, Ġabra p. I-9989, punt 80).

    ( 116 ) It-tieni sentenza tal-Artikolu 128(3) ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura tipprovdi li l-President tal-Parlament “jista’” iressaq id-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-azzjoni quddiem is-seduta plenarja, fil-bidu tas-sessjoni parzjali li jkun imiss.

    ( 117 ) C-426/93, Ġabra p. I-3723.

    ( 118 ) Punt 18.

    ( 119 ) Sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq (punt 37).

    ( 120 ) Sentenza tal-11 ta’ Settembru 2003, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, (C-211/01, Ġabra p. I-8913, punt 52).

    ( 121 ) Sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq (punt 47); tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Settembru 2006, Reynolds Tobacco et vs Il-Kummissjoni (C-131/03 P, Ġabra p. I-7795, punt 56), kif ukoll tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2003, Philip Morris International et vs Il-Kummissjoni (T-377/00, T-379/00, T-380/00, T-260/01 u T-272/01, Ġabra p. II-1, punt 79).

    ( 122 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-17 ta’ Frar 2011, Il-Kummissjoni vs Ċipru (C‑251/09, punt 13 sa 17).

    Top