Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0510

    Kawża C-510/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas- 6 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent – il-Belġju) – Bloomsbury NV vs Belgische Staat (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Ir-Raba’ Direttiva 78/660/KEE — Artikolu 2(3) — Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta — Artikolu 2(4) — Obbligu ta’ informazzjoni — Artikolu 2(5) — Obbligu ta’ deroga — Artikolu 32 — Metodu ta’ evalwazzjoni bbażata fuq il-prezz storiku — Akkwist minn kumpannija ta’ attiv b’xejn)

    ĠU C 184, 16.6.2014, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 184/2


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent – il-Belġju) – Bloomsbury NV vs Belgische Staat

    (Kawża C-510/12) (1)

    ((Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Ir-Raba’ Direttiva 78/660/KEE - Artikolu 2(3) - Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta - Artikolu 2(4) - Obbligu ta’ informazzjoni - Artikolu 2(5) - Obbligu ta’ deroga - Artikolu 32 - Metodu ta’ evalwazzjoni bbażata fuq il-prezz storiku - Akkwist minn kumpannija ta’ attiv b’xejn))

    2014/C 184/03

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van Beroep te Gent

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bloomsbury NV

    Konvenut: Belgische Staat

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Hof van Beroep te Gent – il-Belġju – Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(3), (4) u (5) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21) – Prinċipju ta’ stampa vera u ġusta – Akkwist minn kumpannija ta’ attiv importanti b’xejn – Impossibbiltà li jiġi inkluż il-valur tal-akkwist fil-kontijiet tagħha, bir-riżultat li tingħata stampa qarrieqa tal-patrimonju, tas-sitwazzjoni finanzjarja u tal-qligħ u tat-telf tal-kumpannija

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(3) sa (5) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu [44(2)(g) KE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jimponix fuq kumpannija li takkwista attiv b’xejn li tinkudi fil-kontijiet annwali tagħha l-valur reali tiegħu.


    (1)  ĠU C 46, 16.02.2013.


    Top