Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0436

    Kawża C-436/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 13 ta’ Ġunju 2013 — Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl, fi stralċ vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia)

    ĠU C 225, 3.8.2013, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 225/51


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 — Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl, fi stralċ vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-436/12 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia)

    2013/C 225/91

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl, fi stralċ (rappreżentanti: A. Vianello, A. Bortoluzzi u A. Veglianiti, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, aġenti), Ir-Repubblika Taljana

    Suġġett

    Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-12 ta’ Lulju 2012, Compagnia Generale delle Acque vs Il-Kummissjoni (T-264/00), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ piżijiet socjali (ĠU L 150, p. 50) — Effett fuq il-kummerċ intra-Komunitarju — Effett fuq il-kompetizzjoni — Portata tal-istħarriġ — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Veolia Acqua Compagnia Generale delle Acque srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  GU C 379, 8.12.2012.


    Top