Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CB0154

    Kawża C-154/12: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal- 21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) — Isera & Scaldis Sugar SA, Philippe Bedoret and Co SPRL, Jean Rigot, Mathieu Vrancken vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB) (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Zokkor — Regolament (KE) Nru 318/2006 — Artikolu 16 — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Artikolu 51 — Impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-produzzjoni — Validità — Nuqqas ta’ bażi legali — Nuqqas ta’ motivazzjoni ċara u inekwivoka — Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità)

    ĠU C 108, 13.4.2013, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 108/10


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) — Isera & Scaldis Sugar SA, Philippe Bedoret and Co SPRL, Jean Rigot, Mathieu Vrancken vs Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

    (Kawża C-154/12) (1)

    (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Zokkor - Regolament (KE) Nru 318/2006 - Artikolu 16 - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikolu 51 - Impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-produzzjoni - Validità - Nuqqas ta’ bażi legali - Nuqqas ta’ motivazzjoni ċara u inekwivoka - Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità)

    2013/C 108/19

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de première instance de Bruxelles

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Isera & Scaldis Sugar SA, Philippe Bedoret and Co SPRL, Jean Rigot, Mathieu Vrancken

    Konvenut: Bureau d’intervention et de restitution belge (BIRB)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Joseph Cockx et

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de première instance de Bruxelles — Validità tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 58, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 37(2) KE u 253 KE — Impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-produzzjoni fis-settur “zokkor-pitravi” — Nuqqas ta’ bażi legali — Nuqqas ta’ motivazzjoni ċara u inekwivoka — Diskriminazzjoni fir-rigward tal-industriji l-oħra kif ukoll fir-rigward tas-setturi agrikoli u mhux agrikoli l-oħra — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    Dispożittiv

    L-eżami tad-domanda preliminari ma wera’ ebda element ta’ natura li taffettwa l-validità tal-Artikoli 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u 51 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS).


    (1)  ĠU C 174, 16.06.2012.


    Top