This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0559
Case C-559/12 P: Judgment of the Court (First Chamber) of 3 April 2014 — French Republic v European Commission (Appeals — State aid — Aid in the form of an implied, unlimited guarantee in favour of La Poste as a result of its status as a publicly-owned establishment — Existence of the guarantee — Presence of State resources — Advantage — Burden and standard of proof)
Kawża C-559/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 3 ta’ April 2014 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna fil-forma ta’ garanzija impliċita illimitata favur La Poste li tirriżulta mill-istatus tagħha ta’ entità pubblika — Eżistenza tal-garanzija — Preżenza ta’ riżorsi tal-Istat — Vantaġġ — Oneru u livell tal-prova)
Kawża C-559/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 3 ta’ April 2014 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna fil-forma ta’ garanzija impliċita illimitata favur La Poste li tirriżulta mill-istatus tagħha ta’ entità pubblika — Eżistenza tal-garanzija — Preżenza ta’ riżorsi tal-Istat — Vantaġġ — Oneru u livell tal-prova)
ĠU C 159, 26.5.2014, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ April 2014 – Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-559/12 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna fil-forma ta’ garanzija impliċita illimitata favur La Poste li tirriżulta mill-istatus tagħha ta’ entità pubblika - Eżistenza tal-garanzija - Preżenza ta’ riżorsi tal-Istat - Vantaġġ - Oneru u livell tal-prova))
2014/C 159/10
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas, J. Gstalter u J. Bousin, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012, Franza vs Il-Kummissjoni (T — 154/10) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-Repubblika Franċiża li kellu bħala suġġett l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/605/UE, tas-26 ta’ Jannar 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/07 (eks E 15/05) mogħtija minn Franza lil La Poste (ĠU L 274, p. 1) – Għajnuna allegatament implementata minn Franza taħt forma ta’ garanzija impliċita illimitata favur La Poste li tirriżulta mill-istatus tagħha ta’ stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali – Stabbiliment li ma huwiex kopert mid-dritt ordinarju dwar l-amministrazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi f’diffikultà – Eżistenza ta’ vantaġġ – Eżistenza ta’ trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat – Oneru u livell tal-prova – Assimilazzjoni tal-kundizzjonijiet sabiex Stat jinżamm responsabbli ma’ mekkaniżmu ta’ garanzija
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |