EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0514

Kawża C-514/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 5 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg — l-Awstrija) — Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH vs Land Salzburg (Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45 TFUE — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Artikolu 7(1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-perijodi ta’ attività mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw li ma humiex il-Land Salzburg jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod parzjali — Restrizzjoni għal moviment liberu tal-ħaddiema — Ġustifikazzjonijiet — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Għan ta’ fedeltà — Semplifikazzjoni amministrattiva — Trasparenza)

ĠU C 45, 15.2.2014, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg — l-Awstrija) — Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH vs Land Salzburg

(Kawża C-514/12) (1)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-perijodi ta’ attività mwettqa ma’ persuni li jimpjegaw li ma humiex il-Land Salzburg jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod parzjali - Restrizzjoni għal moviment liberu tal-ħaddiema - Ġustifikazzjonijiet - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Għan ta’ fedeltà - Semplifikazzjoni amministrattiva - Trasparenza)

2014/C 45/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH

Konvenut: Land Salzburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht Salzburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, p. 1) — Remunerazzjoni ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz pubbliku ta’ Stat Membru — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-teħid inkunsiderazzjoni tat-totalità tal-perijodi ta’ attività mwettqa għal persuna pubblika partikolari li timpjega, iżda biss ta’ perċentwali ta’ perijodi ta’ attività mwettqa wara ċertu età ma’ persuni pubbliċi jew privati oħra li jimpjegaw

Dispożittiv

L-Artikoli 45 TFUE u 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, sabiex tiġi ddeterminata d-data ta’ riferiment għall-finijiet tal-avvanz ta’ impjegati ta’ kollettività territorjali għall-iskali ogħla ta’ remunerazzjoni fil-kategorija tagħhom għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fit-totalità tagħhom il-perijodi ta’ attività mwettqa mingħajr interruzzjoni fis-servizz ta’ din il-kollettività, filwaqt li kull perijodu ieħor ta’ attività għandu jittieħed inkunsidrazzjoni biss b’mod parzjali.


(1)  ĠU C 63, 02.03.2013


Top