EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0486

Kawża C-486/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te ‘s-Hertogenbosch — il-Pajjiżi l-Baxxi) — fil-proċeduri mibdija minn X (Protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Kundizzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt għal aċċess — Ġbir ta’ spejjeż eċċessivi)

ĠU C 45, 15.2.2014, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 45/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te ‘s-Hertogenbosch — il-Pajjiżi l-Baxxi) — fil-proċeduri mibdija minn X

(Kawża C-486/12) (1)

(Protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Kundizzjoni għall-eżerċizzju tad-dritt għal aċċess - Ġbir ta’ spejjeż eċċessivi)

2014/C 45/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te 's-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

X

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te 's-Hertogenbosch — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) — Dritt ta’ aċċess għad-data — Komunikazzjoni tad-data li tkun qiegħda tiġi pproċessata — Kunċett — Għoti ta’ aċċess għad-data — Impożizzjoni ta’ tariffa

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-ġbir ta’ spejjeż għall-komunikazzjoni minn awtorità pubblika ta’ data personali.

(2)

L-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi żgurat li l-ispejjeż miġbura matul l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għad-data personali ma jkunux eċċessivi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-ammont tagħhom ma jistax jaqbeż l-ispiża tal-komunikazzjoni ta’ din id-data. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-verifiki neċessarji.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


Top