EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0438

Kawża C-438/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Irmengard Weber vs Mechthilde Weber (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Punt 1 tal-Artikolu 22 — Ġurisdizzjoni esklużiva — Tilwim fil-qasam tad-drittijiet immobiljari — Natura tad-dritt ta’ prelazzjoni — Artikolu 27(1) — Lis alibi pendens — Kunċett ta’ talbiet ippreżentati bejn l-istess partijiet u li jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni — Rabta bejn il-punt 1 tal-Artikolu 22 u l-Artikolu 27(1) — Artikolu 28(1) — Konnessjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni tas-sospensjoni tad-deċiżjoni)

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – Irmengard Weber vs Mechthilde Weber

(Kawża C-438/12) (1)

((Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Punt 1 tal-Artikolu 22 - Ġurisdizzjoni esklużiva - Tilwim fil-qasam tad-drittijiet immobiljari - Natura tad-dritt ta’ prelazzjoni - Artikolu 27(1) - Lis alibi pendens - Kunċett ta’ talbiet ippreżentati bejn l-istess partijiet u li jinvolvu l-istess kawża ta’ azzjoni - Rabta bejn il-punt 1 tal-Artikolu 22 u l-Artikolu 27(1) - Artikolu 28(1) - Konnessjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni tas-sospensjoni tad-deċiżjoni))

2014/C 159/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Irmengard Weber

Konvenuta: Mechthilde Weber

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Oberlandesgericht München – Interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 22, tal-Artikoli 27 u 28, kif ukoll tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) – Lis alibi pendens – Talbiet bl-istess suġġett u bl-istess kawża ta’ azzjoni mressqa bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti – Interpretazzjoni tal-kunċetti tal-“istess kawża ta’ azzjoni” kif ukoll tal-“istess partijiet” – Sitwazzjoni fejn l-ewwel talba tressqet minn terz kontra żewġ partijiet u t-tieni waħda tressqet minn waħda minn dawn il-partijiet kontra l-parti l-oħra

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kategorija tal-kawżi “li jkollhom l-obbjettiv tagħhom in rem fi propjetà immobbli” msemmija f’din id-dispożizzjoni, azzjoni, bħal dik li, f’dan il-każ, tressqet quddiem il-qorti ta’ Stat Membru ieħor, intiża li tiġi kkonstatata l-invalidità tal-eżerċizzju ta’ dritt ta’ prelazzjoni gravanti din il-proprjetà immobbli u li jipproduċi effetti fir-rigward ta’ kulħadd.

2)

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, qabel ma tissospendi d-deċiżjoni b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-qorti adita fit-tieni lok hija marbuta teżamina jekk, minħabba ksur tal-ġurisdizzjoni esklużiva prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament, deċiżjoni eventwali, fuq il-mertu, tal-qorti adita fl-ewwel lok tiġix rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra, skont l-Artikolu 35(1) tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 379, 08.12.2012.


Top