Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0413

    Kawża C-413/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 5 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Salamanca — Spanja) — Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León vs Anuntis Segundamano España SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Mandat ta’ inibizzjoni mressaq minn assoċjazzjoni reġjonali ta’ protezzjoni tal-konsumaturi — Qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali — Assenza ta’ possibbiltà li tiġi kkontestata deċiżjoni li tirrifjuta ġurisdizzjoni mogħtija fl-ewwel istanza — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

    ĠU C 45, 15.2.2014, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Salamanca — Spanja) — Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León vs Anuntis Segundamano España SL

    (Kawża C-413/12) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Mandat ta’ inibizzjoni mressaq minn assoċjazzjoni reġjonali ta’ protezzjoni tal-konsumaturi - Qorti li għandha ġurisdizzjoni territorjali - Assenza ta’ possibbiltà li tiġi kkontestata deċiżjoni li tirrifjuta ġurisdizzjoni mogħtija fl-ewwel istanza - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

    2014/C 45/21

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Salamanca

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Asociación de Consumidores Independientes de Castilla y León

    Konvenuta: Anuntis Segundamano España SL

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Salamanca — Spanja — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4, 12, 114 u 169 TFUE, tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2000, C 364, p. 1) u tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Mezzi adegwati u effikaċi għall-waqfien mill-użu ta’ klawżoli inġusti — Azzjoni preventiva ta’ interess kollettiv mressqa minn assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u intiża sabiex tipprojbixxi l-użu minn kummerċjant ta’ klawżoli inġusti — Regoli nazzjonali tal-proċedura ċivili li jagħtu ġurisdizzjoni lill-qorti tas-sede tal-konvenut — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi kull rikors kontra digriet ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni territorjali

    Dispożittiv

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skont din, fil-qasam ta’ mandat ta’ inibizzjoni mressaq mill-assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, minn naħa, azzjoni bħal din għandha titressaq quddiem il-qrati tal-post tal-istabbiliment jew tad-domiċilju tal-konvenut u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni territorjali mogħtija minn qorti tal-ewwel istanza ma hijiex suġġetta għal appell.


    (1)  ĠU C 379, 08.12.2012


    Top