Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0348

    Kawża C-348/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 28 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Miżuri kontra l-industrija taż-żejt u tal-gass Iranjan — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura)

    ĠU C 39, 8.2.2014, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-348/12 P) (1)

    (Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Miżuri kontra l-industrija taż-żejt u tal-gass Iranjan - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura)

    2014/C 39/10

    Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, agenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u E. Cujo, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2012, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft (T-509/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat, sa fejn kienet tikkonċerna lil Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 335M, p. 969), id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li timmodifika d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1) — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan tal-prevenzjoni tal-proliferazzjoni nukleari — Lista ta’ persuni, organi u entitajiet li fir-riġward tagħhom japplika l-iffriżar tal-fondi — Żbalji ta’ liġi — Ammissibbiltà — Kwalità ta’ organizzazzjoni governattiva tal-entità kkonċernata — Invokabbiltà tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali min-naħa ta’ tali organizzazzjoni — Oneru tal-prova

    Dispożittiv

    (1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ April 2012, Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill (T-509/10), hija annullata.

    (2)

    Ir-rikors għal annullament ta’ Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, huwa miċħud.

    (3)

    Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati kemm mal-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell.

    (4)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kemm fil-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell.


    (1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


    Top