EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0302

Kawża C-302/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X vs Minister van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 43 KE — Vetturi bil-mutur — Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur privata rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Intaxxar ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali kif ukoll fit-tieni Stat Membru meta tiġi rreġistrata — Vettura użata miċ-ċittadin ikkonċernat kemm għal finijiet privati kif ukoll sabiex imur, mill-Istat Membru ta’ oriġini, lejn il-post tax-xogħol li jinsab fl-ewwel Stat Membru)

ĠU C 39, 8.2.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X vs Minister van Financiën

(Kawża C-302/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 43 KE - Vetturi bil-mutur - Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur privata rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Intaxxar ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali kif ukoll fit-tieni Stat Membru meta tiġi rreġistrata - Vettura użata miċ-ċittadin ikkonċernat kemm għal finijiet privati kif ukoll sabiex imur, mill-Istat Membru ta’ oriġini, lejn il-post tax-xogħol li jinsab fl-ewwel Stat Membru)

2014/C 39/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent(i): X

Konvenut: Minister van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 21, 45, 49 u 56 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi taxxa ta’ reġistrazzjoni matul l-ewwel użu ta’ vettura fuq in-netwerk nazzjonali tat-toroq — Taxxa dovuta minn persuna li tirrisjedi f’żewġ Stati Membri, inkluż l-Istat Membru inkwistjoni, u li juża l-vettura fit-tul — Vettura reġistrata fl-Istat Membru l-ieħor — Eżerċizzju ta’ kompetenzi fiskali miż-żewġ Stati Membri

Dispożittiv

L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta għal taxxa, meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali, vettura bil-mutur irreġistrata li diġà kienet suġġetta għal taxxa minħabba r-reġistrazzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor, meta din il-vettura tkun intiża sabiex essenzjalment u effettivament tintuża fit-tul f’dawn iż-żewġ Stati Membri jew tkun, fil-fatt, użata b’dan il-mod, sakemm din it-taxxa ma tkunx diskriminatorja.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


Top