Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0280

    Kawża C-280/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 28 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Fulmen, Fereydoun Mahmoudian, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura)

    ĠU C 45, 15.2.2014, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Novembru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Fulmen, Fereydoun Mahmoudian, Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-280/12 P) (1)

    (Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu li tiġi ġġustifikata l-fondatezza tal-miżura)

    2014/C 45/17

    Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Fulmen, Fereydoun Mahmoudian (rappreżentanti: A. Kronshagen u C. Hirtzberger, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Konstantinidis, aġent)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-appellanti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: J. Beeko u A. Robinson, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Ranaivoson u D. Colas, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012, Fulmen u Mahmoudian vs Il-Kunsill (Kawżi magħquda T-439/10 u T-440/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1) — Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran, sabiex tiġi prevenuta l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Żball ta’ liġi — Żball ta’ evalwazzjoni — Oneru tal-prova

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 235, 04.08.2012


    Top