Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0234

    Kawża C-234/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio — l-Italja) — Sky Italia Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (Xandir televiżiv — Direttiva 2010/13/UE — Artikoli 4(1) u 23(1) — Reklami — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għax-xandir bi ħlas perċentwali massima ta’ trażmissjoni li tista’ tkun iddedikata għar-reklamar inqas minn dik ipprovduta għax-xandir bla ħlas — Ugwaljanza fit-trattament — Libertà li jiġu pprovduti servizzi)

    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 260, 7.9.2013, p. 15–15 (HR)

    7.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 260/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio — l-Italja) — Sky Italia Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

    (Kawża C-234/12) (1)

    (Xandir televiżiv - Direttiva 2010/13/UE - Artikoli 4(1) u 23(1) - Reklami - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għax-xandir bi ħlas perċentwali massima ta’ trażmissjoni li tista’ tkun iddedikata għar-reklamar inqas minn dik ipprovduta għax-xandir bla ħlas - Ugwaljanza fit-trattament - Libertà li jiġu pprovduti servizzi)

    2013/C 260/26

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sky Italia Srl

    Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

    fil-preżenza ta’: Reti Televisive Italiane (RTI) SpA, Maria Iaccarino,

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (ĠU L 95, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 56 u 63 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 10 tal-KEDB kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem — Perċentwali massima ta’ trażmissjoni li tista’ tkun iddedikata għar-reklamar — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għax-xandir bi ħlas perċentwali massima inqas minn dik ipprovduta għax-xandara l-oħra

    Dispożittiv

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva), kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-Artikolu 56 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal limiti ta’ ħin iqsar għar-reklamar televiżiv fuq xandir bi ħlas minn dawk stabbiliti għal xandir bla ħlas, sa fejn il-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa osservat, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 217, 21.07.2012.


    Top