Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0104

    Kawża C-104/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Köln-Nord vs Wolfram Becker (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 17(2)(a) — Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Neċessità tal-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni tal-input u tranżazzjoni tal-output — Kriterju li jistabbilixxi din ir-rabta — Servizzi ta’ avukat ipprovduti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali għall-korruzzjoni mibdija f’kapaċità personali kontra l-amministratur u s-soċju prinċipali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata)

    ĠU C 114, 20.4.2013, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 114/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Köln-Nord vs Wolfram Becker

    (Kawża C-104/12) (1)

    (Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 17(2)(a) - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Neċessità tal-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni tal-input u tranżazzjoni tal-output - Kriterju li jistabbilixxi din ir-rabta - Servizzi ta’ avukat ipprovduti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali għall-korruzzjoni mibdija f’kapaċità personali kontra l-amministratur u s-soċju prinċipali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata)

    2013/C 114/29

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Finanzamt Köln-Nord

    Konvenuta: Wolfram Becker

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 17(2)(a) u 22(3)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnissil u portata tad-dritt għal tnaqqis — Neċessità ta’ rabta diretta u immedjata bejn l-attività ekonomika tal-persuna taxxabbi u provvista ta’ servizz — Servizzi ta’ avukat ipprovduti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali għall-korruzzjoni kontra l-amministratur u s-soċju prinċipali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata

    Dispożittiv

    L-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata bejn tranżazzjoni partikolari u l-attività fl-intier tagħha tal-persuna taxxabbli sabiex jiġi ddeterminat jekk il-beni u s-servizzi kinux ġew użati minnha “għall-iskopijiet fuq it-transazzjoni taxxabbli tiegħu [tagħha]”, skont l-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, hekk kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, tiddependi fuq il-kontenut oġġettiv tal-oġġett jew tas-servizz akkwistat minn din il-persuna taxxabbli.

    F’dan il-każ, il-provvisti ta’ servizzi ta’ avukat, li l-għan tagħhom huwa li jiġu evitati sanzjonijiet kriminali kontra persuni fiżiċi, amministraturi ta’ impriża taxxabbli, ma jagħtux lil din l-impriża d-dritt li tnaqqas bħala taxxa tal-input il-VAT dovuta fuq is-servizzi pprovduti.


    (1)  ĠU C 138, 12.05.2012.


    Top