Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0063

Kawża C-63/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2011/866/UE — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea — Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal — Metodu ta’ aġġustament — Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Klawżola ta’ eċċezzjoni — Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal タヤ Deterjorament serju u għal għarrieda tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali — Aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal — Deċiżjoni tal-Kunsill — Rifjut li tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni)

ĠU C 39, 8.2.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 39/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-63/12) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni 2011/866/UE - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal oħra tal-Unjoni Ewropea - Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal - Metodu ta’ aġġustament - Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Klawżola ta’ eċċezzjoni - Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Deterjorament serju u għal għarrieda tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali - Aġġustament tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - Deċiżjoni tal-Kunsill - Rifjut li tiġi adottata l-proposta tal-Kummissjoni)

2014/C 39/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, D. Martin u J.-P. Keppenne, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u S. Seyr, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, D. Hadroušek u J. Vláčil, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u N. Graf Vitzthum, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. Bulterman, aġenti), Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u J. Beeko, assistit minn R. Palmer, barrister)

Suġġett

Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/866/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2011, li tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 341, p. 54) — Nuqqas ta’ osservanza tal-metodu ta’ aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal l-oħra tal-Unjoni Ewropea — Użu ħażin ta’ poter — Ksur tal-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-Artikoli 1, 3 u 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Ksur tal-prinċipju “patere legem quam ipse fecisti” — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali — Nuqqas ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 118, 21.04.2012


Top