EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0003

Kawża C-3/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 13 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Syndicat OP 84 vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgrimer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR), li min-naħa tiegħu huwa l-aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (ONIFLHOR) (Agrikoltura — Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija — Kunċett ta’ “perijodu ta’ skrutinju” — Possibbiltà ta’ estensjoni, minn Stat Membru, tal-perijodu ta’ skrutinju fil-każ ta’ impossibbiltà materjali li jsir skrutinju matul it-terminu mogħti — Ħlas lura tal-għajnuna rċevuta — Sanzjonijiet)

ĠU C 225, 3.8.2013, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Syndicat OP 84 vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgrimer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR), li min-naħa tiegħu huwa l-aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (ONIFLHOR)

(Kawża C-3/12) (1)

(Agrikoltura - Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija - Kunċett ta’ “perijodu ta’ skrutinju” - Possibbiltà ta’ estensjoni, minn Stat Membru, tal-perijodu ta’ skrutinju fil-każ ta’ impossibbiltà materjali li jsir skrutinju matul it-terminu mogħti - Ħlas lura tal-għajnuna rċevuta - Sanzjonijiet)

2013/C 225/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Syndicat OP 84

Konvenuta: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgrimer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (VINIFLHOR), li min-naħa tiegħu huwa l-aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (ONIFLHOR)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 208) — Kunċett ta’ “perijodu ta’ skrutinju” — Possibbiltà ta’ estensjoni, minn Stat Membru, tal-perijodu ta’ skrutinju fil-każ ta’ impossibbiltà materjali li tiġi vverifikata l-imġieba tal-benefiċjarju tal-għajnuna — Ħlas lura tal-għajnuna rċevuta — Sanzjonijiet

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal 21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094//94, tat 12 ta’ Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, tkompli l-operat tagħha ta’ skrutinju, imħabbar matul il-perijodu ta’ skrutinju inkluż bejn l-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari u t 30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, lil hinn mill-imsemmi perijodu mingħajr madankollu ma tivvizzja l-proċedura b’irregolarità li l-operatur skrutinat jista’ jinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet il-konsegwenzi tar-riżultati ta’ dan l-iskrutinju.


(1)  ĠU C 89, 24.3.2012


Top