This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0659
Case T-659/11: Action brought on 21 December 2011 — Commission/OHMI — European Alliance for Solutions and Innovations (EASI European Alliance Solutions Innovations)
Kawża T-659/11: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni vs UASI — European Alliance for Solutions and Innovations (EASI European Alliance Solutions Innovations)
Kawża T-659/11: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni vs UASI — European Alliance for Solutions and Innovations (EASI European Alliance Solutions Innovations)
ĠU C 58, 25.2.2012, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/14 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni vs UASI — European Alliance for Solutions and Innovations (EASI European Alliance Solutions Innovations)
(Kawża T-659/11)
2012/C 58/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Berenboom, A. Joachimowicz, u M. Isgour, avukati, J. Samnadda, u F. Wilman, aġenti)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: European Alliance for Solutions and Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ottubru 2011 fil-Każ R 1991/2010-4; |
— |
tiddikjara għalhekk bħala invalida t-trade mark Komunitarja Nru 6112403 irreġistrata fis-17 ta’ Ottubru 2008 mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-klassijiet 36, 37, 44 u 45; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “EASI European Alliance Solutions Innovations” bil-kulur “isfar, blu ċar, blu” għal servizzi fil-klassijiet 36, 37, 44 u 45 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6112403.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq ir-raġunijiet assoluti stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u (h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 6b(1) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi sa fejn it-trade mark Komunitarja ġiet irreġistrata, għalkemm ir-reġistrazzjoni tagħha hija pprojbita skont dawn id-dispożizzjonijiet. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll l-Artikolu 7(1)(g) sa fejn din ir-reġistrazzjoni tqarraq bil-pubbliku peress li twasslu sabiex jemmen li l-prodotti u s-servizzi li għalihom it-trade mark Komunitarja hija rreġistrata huma approvati u promossi mill-Unjoni Ewropea jew minn waħda mill-istituzzjonijiet tagħha.