Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0511

    Kawża T-511/11: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 340, 19.11.2011, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/31


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-511/11)

    2011/C 340/62

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, J. Gstalter u J. Rossi, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2011) 4973 finali tat-13 ta’ Lulju 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 46/2003 dwar il-kontribuzzjonijiet favur l-Association nationale interprofessionnelle du bétail et des viandes (Interbev). Il-Kummissjoni qieset li l-kontribuzzjonijiet volontarji magħmula obbligatorji, miġbura minn Interbev, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi fejn l-ewwel wieħed huwa essenzjalment identiku jew simili għal dak invokat fil-kuntest tal-Kawża T-478/11, Franza vs Il-Kummissjoni.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligu tagħha li tosserva terminu raġjonevoli fit-tmexxija tal-proċedura amministrattiva.


    Top