EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0474
Case T-474/11: Action brought on 6 September 2011 — Oster Weinkellerei v OHIM — Viñedos Emiliana (Igama)
Kawża T-474/11: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Settembru 2011 — Oster Weinkellerei vs UASI — Viñedos Emiliana (Igama)
Kawża T-474/11: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Settembru 2011 — Oster Weinkellerei vs UASI — Viñedos Emiliana (Igama)
ĠU C 319, 29.10.2011, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/24 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2011 — Oster Weinkellerei vs UASI — Viñedos Emiliana (Igama)
(Kawża T-474/11)
2011/C 319/51
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Andreas Oster Weinkellerei KG (Cochem, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schindler, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Viñedos Emiliana, SA (Santiago, iċ-Cilì)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Ġunju 2011 fil-Każ R 637/2010-2; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tiegħu u għall-ispejjeż tar-rikorrenti; |
— |
sussidjarjament: tissospendi l-proċedura sakemm tingħata deċiżjoni definittiva dwar il-proċedimenti ta’ invalidità li attwalment jinsabu pendenti quddiem l-UASI bin-numru ta’ referenza 000005716 C. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Igama” għal prodotti fil-klassi 33
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Viñedos Emiliana, SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “GAMMA” għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti