This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0471
Case T-471/11: Action brought on 5 September 2011 — Éditions Jacob v Commission
Kawża T-471/11: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Settembru 2011 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni
Kawża T-471/11: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Settembru 2011 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni
ĠU C 305, 15.10.2011, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/9 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2011 — Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-471/11)
2011/C 305/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: O. Fréget, M. Struys u L. Eskenazi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru SG-Greffe (2011) D/C(2011) 3503 tat-13 ta’ Mejju 2011, meħuda fil-Kawża COMP/M.2978 Lagardère/Natexis/VUP wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża Éditions Odile Jacob vs Il-Kummissjoni, u li biha l-Kummissjoni approvat għal darb’oħra Wendel bħala akkwirent tal-assi ttrasferiti skont impenji marbuta mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Jannar 2004 li tawtorizza l-konċentrazzjoni Lagardère vs Natexis/VUP; |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-impossibbiltà manifesta għall-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni ta’ konfermazzjoni li tivvalida ex post, flimkien barra minn hekk effett retroattiv, l-approvazzjoni ta’ Wendel li jakkwista fl-2004 l-assi ta’ Editis. Ir-rikorenti ssostni li:
|
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Jannar li tawtorizza l-konċertazzjoni saret inapplikabbli wara l-konstatazzjoni mill-Qorti Ġenerali tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ ċerti impenji minn Lagardère. |
(3) |
It-tielet u r-raba’ motivi bbażati fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-kandidatura ta’ Wendel, kemm fl-2004 kif ukoll fid-deċiżjoni l-ġdid ta’ approvazzjoni, kif ukoll fuq żbalji li jirrigwardaw, minn naħa, it-teħid inkunsiderazzjoni, sabiex tiġi adottata d-deċiżjoni kkontestata, ta’ data sussegwenti t-30 ta’ Lulju 2004 u, min-naħa l-oħra, it-teħid inkunsiderazzjoni b’mod selettiv u parzjali ta’ din id-data sussegwenti. |
(4) |
Il-ħames motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter b’mod partikolari sa fejn, billi adottat ex post deċiżjoni ta’ validazzjoni retroattiva ta’ trasferiment illegali u billi approvat mandatorju ġdid responsabbli mill-inkarigu biss li jabbozza rapport ġdid li jikkonferma l-kwalitajiet ta’ Wendel bħala akkwirent tal-assi trasferiti, il-Kummissjoni biddlet l-għan tal-Artikolu 266 TFUE u tar-Regolament Nru 4064/89 (1), li kien jipprovdi, fost oħrajn, il-possibbiltà li tiġi rrevokat id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni u li jiġu ssanzjonati l-partijiet responsabbli għall-illegalità mwettqa. |
(5) |
Is-sitt motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni peress li d-deċiżjoni kkontestata hija nieqsa kemm minn insuffiċjenza u minn kontradizzjoni ta’ motivi. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89, tal-21 ta' Diċembru 1989, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8,Vol. 1, p. 31).