This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0404
Case T-404/11: Action brought on 25 July 2011 — Turbo v Council
Kawża T-404/11: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Lulju 2011 — Turbo Compressor Manufacturer vs Il-Kunsill
Kawża T-404/11: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Lulju 2011 — Turbo Compressor Manufacturer vs Il-Kunsill
ĠU C 290, 1.10.2011, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/11 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2011 — Turbo Compressor Manufacturer vs Il-Kunsill
(Kawża T-404/11)
2011/C 290/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Turbo Compressor Manufacturer (Teheran, Iran) (rappreżentanti: K. Kleinschmidt, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn dan l-att jirrigwarda r-rikorrenti; |
— |
tordna l-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, kif ukoll li l-konvenut jissottometti d-dokumenti kollha relatati mad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea Id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta tad-Drittijiet Fundamentali”) ġew miksura. Fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id-dritt tal-libertà tal-intrapriża huwa rrikonoxxut kif ukoll l-Artikolu 17 jiggarantixxi d-dritt għal proprjetà fl-Unjoni Ewropea u li wieħed jiddisponi liberament. L-Artikolu 20 u l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiggarantixxu lir-rikorrenti trattament ugwali kif ukoll nondiskriminazzjoni. Permezz tad-deċiżjoni kkontestata r-rikorrenti hija eskluża milli tipparteċipa f’kummerċ fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-eżistenza ekonomika tar-rikorrenti qegħda f’riskju. Ir-rikorrenti tiddipendi fuq il-provvisti mis-settur ekonomiku tal-Unjoni Ewropea. Ma hemmx interess pubbliku fir-restrizzjoni tal-libertà tar-rikorrenti milli tipparteċipa f’kummerċ, tad-dritt ta’ proprjetà, tad-dritt għal trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni tagħha. B’mod partikolari, ma kienx hemm fatti li jiġġustifikaw b’mod suffiċjenti d-deċiżjoni tal-konvenut u l-impatt konsegwenti fuq id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti ma kinitx partikolarment involuta fil-proliferazzjoni ta’ attivitajiet nukleari sensittivi u/jew l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari. Barra minn hekk hemm ukoll żball. Il-kumpanija SATAK imsemmija fid-deċiżjoni kkontestata ma hijiex l-istess bħar-rikorrenti. Din hija kumpannija terza li hija barranija għar-rikorrenti. Ir-rikorrenti tispjega li hija kienet tinsab fid-deċiżjoni kkontestata, fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, biss minħabba f’konfużjoni ma’ kumpannija oħra li tikkontrolla lil “SATAK” jew kumpannija oħra simili. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-fatti li fuqhom id-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata Ir-rikorrenti ma hijiex involuta fil-proliferazzjoni ta’ attivitajiet nukleari sensittivi, il-kummerċ u/jew l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari jew sistema oħra ta’ armi. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità Il-konvenut ma osservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-deċiżjoni tiegħu. Ir-rikorrenti tista’ biss tassumi, fuq il-bażi ta’ tfittxijiet li saru fuq l-internet tal-kliem prinċipali “SATAK” u “programm nukleari tal-Iran”, li l-kunsinna identifikata fil-punt 31 tal-Anness IB tad-Deċiżjoni 2011/299/PESK tinvolvi sitt tipi Sovjetiċi ta’ missili tal-ajru cruise KH-55(SM), li l-Iran allegatament kiseb mill-Ukraina fl-2001 jew fl-2002. Ir-rikorrenti ma kellha l-ebda kummerċ mal-intrapriża pubblika tal-Ukraina UkrSpetzExport, u lanqas ma timporta tipi Sovjetiċi ta’ missili tal-ajru cruise KH-55(SM) jew armi oħra jew sistemi ta’ kunsinna ta’ armi. Ir-rikorrenti ma hijiex il-kumpannija “SATAK” imsemmija fil-punt 31 tal-Anness 1B tad-deċiżjoni kkontestata. |
(4) |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża Id-dikjarazzjoni ta’ raġunijiet stabbilita fil-punt 31 tal-Anness 1B tad-deċiżjoni kkontestata hija inkomprensibbli għar-rikorrenti u raġunijiet verifikabbli ma ġewx ikkomunikati lir-rikorrenti mill-konvenut, bir-riżultat li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u ta’ protezzjoni ġuridika effettiva ġew miksura. |