EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0304

Kawża T-304/11: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Ġunju 2011 — Alumina vs Il-Kunsill

ĠU C 226, 30.7.2011, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/29


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2011 — Alumina vs Il-Kunsill

(Kawża T-304/11)

2011/C 226/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alumina d.o.o. (Zvornik, il-Bosnja-Ħerzegovina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u B. Servais, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-dazju antidumping impost fuq ir-rikorrenti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011 tal-11 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tikkunsidra li d-dazju antidumping stabbilit fir-regolament ikkontestat huwa illegali sa fejn il-metodu użat għall-kalkolu tal-valur normali maħdum jikser l-Artikolu 2(3) u (6) tar-regolament bażiku. Fil-mod kif inħadem il-valur normali, il-konvenut uża marġini ta’ profitt ta’ 58,89 % ikkalkolat abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi li ma humiex rappreżentattivi tar-rikorrenti. L-użu ta tali marġni ta’ profitt huwa inkompatibbli mal-Artikolu 2 tar-regolament bażiku. Fil-fatt, il-mod ta’ kif inħadem il-valur normali huwa affettwat minn kontradizzjoni fundamentali safejn il-metodu użat mill-konvenut sabiex jaħdem il-valur normali għandu l-istess riżultat bħal jekk il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku mhux rappreżentattiv. Tali metodu huwa kuntrarju għall-prattika kostanti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill kif ukoll għall-ġurisprudenza tat-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, il-marġni ta’ profitt ta’ 58,89 % ikkunsidrat ma huwiex “raġonevoli”. Fl-aħħar nett, huwa b’mod żbaljat li l-konvenut jibbaża fuq ġurisprudenza meħuda minn deċiżjonijiet tad-WTO sabiex japplika marġni ta’ profitt li ma huwiex “raġonevoli” fil-mod ta’ kif jinħadem il-valur normali applikabbli għall-esportazzjonijiet tar-rikorrenti.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tikkunsidra wkoll li l-metodu użat għall-kalkolu tal-valur normali maħdum jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6) tar-regolament bażiku safejn il-bejgħ domestiku tar-rikorrenti ma sarx matul “tmexxija ordinarja tal-kummerċ” fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-regolament bażiku.


Top