Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0257

    Kawża T-257/11: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Mejju 2011 — Pangyrus vs UASI — RSVP Design (COLOURBLIND)

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/29


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Pangyrus vs UASI — RSVP Design (COLOURBLIND)

    (Kawża T-257/11)

    2011/C 211/62

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Pangyrus Ltd (York, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Clubb, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: RSVP Design Ltd (Renfrewshire, ir-Renju Unit)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tat-23 ta’ Marzu 2011 fil-Każ R 751/2009-4;

    tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tat-12 ta’ Mejju 2009; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “COLOURBLIND”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28, 35 u 41 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3337979

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq żewġ motivi, jiġifieri l-Artikolu 53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi invokat dritt preċedenti mhux irreġistrat protett mil-liġi kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (passing off) fir-Renju Unit, kif ukoll fuq l-eżistenza ta’ mala fide skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja ddikjarata kollha kemm hi invalida

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi billi kkonstata li: (i) il-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja ma aġixxiex in mala fide meta applika għat-trade mark Komunitarja; u (ii) ir-rikorrenti naqset milli tipprova li kienet użat sinjal preċedenti matul in-negozju tagħha qabel id-data li fiha saret l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata.


    Top