Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0171

    Kawża T-171/11: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2011 — Hopf vs UASI (Clampflex)

    ĠU C 145, 14.5.2011, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/35


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2011 — Hopf vs UASI (Clampflex)

    (Kawża T-171/11)

    2011/C 145/58

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Hans-Jürgen Hopf (Zirndorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Mensing, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Jannar 2011, fil-Każ R 1514/2010 4;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Clampflex” għal prodotti fil-klassijiet 5, 9, 10, 17 u 20.

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark ikkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex deskrittiva.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


    Top